Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36772 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq il-manifatturi

Question

B'referenza għall-Common Agricultural Policy, jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa / levy fuq l-importazzjoni tal-manufacturers barra mill-Unjoni Ewropea hija ta' 3.7% u se tibqa' hekk wara s-sena 2010?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li d-definizzjoni manufacturers hija wiesgħa wisq biex tista' tiġi ikkalkulata tariffa medja li fil-prattika tagħmel sens.
Leg 9 PQ #36787 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

OECD — Importazzjoni ta' Ħut

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex skond l-OECD l-Unjoni Ewropea timponi tariffi fuq il-ħut importat lejn l-Unjoni ta' 3.6% mill-pajjiżi li huma barra mill-Unjoni Ewropea u pajjiżna, skond il-gvern, qed iħallas 7.5% u dan għaliex skond il-gvern tal-ġurnata saru arranġamenti speċjali? Jista' il-Ministru jinvestiga jekk it-Tuneżija hijiex eżenti mill-istess tariffa li l-Unjoni ilha timponi sa mill-1994?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fl-Unjoni Ewropea l-importazzjoni ta' ħut, kemm dak tal-baħar kif ukoll dak ta' l-ilma ħelu, hija suġġetta għat-tariffi. Dawn ivarjaw skond l-ispeċi tal-ħut u skond jekk il-ħut huwiex qed jiġi impurtat ħaj (live), frisk (fresh) jew iffriżat (frozen). Għal dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni ta' ħut tal-baħar frisk, it-tariffa tipika hija ta' ħmistax fil-mija. Fil-każ ta' importazzjoni ta' awrat u paġell (sea bass and sea bream), minn din is-sena, l-Unjoni Ewropeja adottat tariffa imnaqqsa marbuta ma' kwota. It-tariffa fuq l-importazzjoni ta' ħut ieħor, jew ta' awrat u paġell fi kwantitajiet li jaqbżu l-kwota, ġiet imnaqqsa wkoll kif spjegat fit-tabella li ġejja: TARIFFA TARIFFA SENA TARIFFA KWOTA FUQ IL-BQIJA NORMALI 2002 7.5 fil-mija 1500 tunnellata 10 fil-mija 15 fil-mija 2003 0 fil-mija 1750 tunnellata 5 fil-mija 15 fil-mija 2004 0 fil-mija bla limitu 0 fil-mija 15 fil-mija Ħut li joriġina mit-Tuneżija jidħol fl-Unjoni Ewropeja mingħajr ma jitħallas dazju. Dan isir a bażi ta' ftehim għal żona ta' kummerċ ħieles li t-Tuneżija ikkonkludiet ma' l-Unjoni Ewropeja. Dan il-ftehim ikopri ukoll l-oqsma tas-sajd u tal-biedja u mhux biss il-qasam industrijali.
Leg 9 PQ #36885 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Permessi — Open air markets

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn permessi validi bħalissa lill-persuni biex jarmaw f'open air market? Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom li reġgħu nfetħu l-applikazzjonijiet għal dawn it-tip ta' permessi, u kemm hemm pendenti applikazzjonijiet għal tali permessi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa hawn 70 permessi validi li ingħataw lil persuni biex jarmaw f'open air markets. L-applikazzjonijiet għal dawn it-tipi ta' permessi infetħu fit-2 ta' Mejju 2002 u fil-preżent hemm 96 applikazzjoni għal tali permessi li għad iridu jitħallsu. Dwar liċenzji ta' dan it-tip li nħarġu mill-Pulizija sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena, nissuġġerixxi li l-mistoqsija issir lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #36892 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tuna Pennings — Esportazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tunnellata tonn, mit-tuna pennings Maltin, l-Air Malta ġarret bejn l-1 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Ottubru 2002? Lejn liema destinazzjonijiet dan it-tonn twassal mill-Air Malta u liema kienu d-destinazzjonijiet finali ta' dan it-tonn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36942 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Arbli tad-dawl

Question

B'referneza għall mistoqsija parlamentari preċedenti tiegħi fuq arbli tad-dawl ta' l-elettriku li jinsabu f'għalqa fis-Sqaq taċ-Ċaqma fi Triq tar-Rumi, M'Scala possibbli li l-Enemalta tinnota li l-arbli msemmija kellhom jinqalgħu madwar sena ilu u minkejja li kien inqala' wieħed, l-oħrajn baqgħu ma nqalawx? Billi dawn l-arbli huma ta' inkonvenjent għal sid l-għalqa, possibli tittieħed azzjoni biex dawn l-arbli jinqalgħu għax lis-sid ta' l-għalqa in kwestjoni qed itellfuh fix-xogħol tar-raba'? Jekk l-Enemalta qed issib problema biex issib fejn huma dawn l-arbli, tista' tikkuntatja lili biex nindikalhom fejn joqgħod sid l-għalqa.

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment u s-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġew mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #36764 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Kortina San Nikola - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li d-dawl li hemm f'Kortina San Nikola, Bormla jibda jixgħel fid-dlam biss peress li ilu jixgħel lejl u nhar għal numru ta' xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36765 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Kortina San Nikola - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir bozza barra t-trejqa li tagħti lejn Kortina San Nikola, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #36766 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Każin tal-Banda San Ġorġ - Dawl tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li jinbidlu l-bozoz tal-fanali li hemm quddiem il-każin tal-banda San Ġorġ, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-bozoz li qed issir riferenza għalihom diġa' inbidlu.
Leg 9 PQ #36768 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq tessuti

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy, jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa /levy fuq l-importazzjoni tat-textiles/wearing apparel barra mill-Unjoni Ewropea hija ta' 10.2% u se tibqa' hekk wara s-sena 2010?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li normalment l-importazzjoni tat-textiles/wearing apparel ma tiġix inkwadrada fil-kuntest tal-Common Agricultural Policy ta' l-Unjoni Ewropeja. Rigward il-medja tad-dazju applikat bħalissa mill-Unjoni Ewropeja fuq l-importazzjoni tal-prodotti ikkonċernati, sa kemm ma hemmx ftehim partikulari bħal fil-każ tat-Turkija, l-Onorevoli interpellant għandu jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 36162. L-indikazzjoni illum hija li dawn it-tariffi ser ikunu sostanzjalment anqas fil-futur qrib. Dan skond il-pożizzjoni favur il-liberalizzazzjoni ulterjuri tal-kummerċ internazzjonali li qed tadotta l-Unjoni Ewropeja fin-negozjati li qed isiru fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ wara l-konferenza li saret f'Doha is-sena li għaddiet.
Leg 9 PQ #36769 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq Xorb u Tabakk

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy, jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' beverages and tabacco barra mill-Unjoni Ewropea hija ta' 8.3% u se tibqa' hekk wara s-sena 2010?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li d-definizzjoni "beverages and tobacco" hija wiesgħa ħafna. Għal tabella li turi l-medja tad-dazju applikat bħalissa mill-Unjoni Ewropeja fuq l-importazzjoni tal-prodotti konċernati, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 36161. Illum l-indikazzjoni hija li fil-futur dawn it-tariffi ser jitnaqqsu. Dan minħabba l-pożizzjoni favur il-liberalizzazzjoni ulterjuri tal-kummerċ internazzjonali li qed tadotta l-Unjoni Ewropeja fin-negozjati li qed isiru fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ wara l-konferenza li saret f'Doha is-sena li għaddiet.
Leg 9 PQ #36770 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq injam u prodotti tal-karti

Question

B'riferenza għall-Common Agricultural Policy, jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa / levy fuq l-importazzjoni wood / paper products barra mill-Unjoni Ewropea hija ta' 2.4% u se tibqa hekk wara s-sena 2010?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li d-definizzjoni "paper products" tinkludi ħafna prodotti differenti u diffiċli wieħed jikkalkula tariffa medja mingħajr ma jidentifika l-prodotti speċifiċi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Fin-nuqqas ta' kalkolu ikar eżatt, iċ-ċifra ikkwotata tidher rejalistika. Illum l-indikazzjoni hija li fil-futur dawn it-tariffi ser jitnaqqsu . Dan minħabba l-pożizzjoni fuq il-liberalizzazzjoni ulterjuri tal-kummerċ internazzjonali li qed tadotta l-Unjoni Ewropeja fin-negozjati li qed isiru fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ wara l-konferenza li saret f'Doha is-sena li għaddiet.
Leg 9 PQ #36771 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq petrol u kimiki

Question

B'referenza għall-Common Agricultural Policy, jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa / levy fuq l-importazzjoni tat-Petrol / Chemicals / Minerals barra mill-Unjoni Ewropea hija ta' 3.2% u se tibqa' hekk wara s-sena 2010?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li normalment l-importazzjoni tal-petrol/chemicals/minerals ma tiġix inkwadrata fil-kuntest tal-Common Agricultural Policy ta' l-Unjoni Ewropeja. Id-definizzjoni petrol/chemicals/minerals hija wiesgħa wisq biex tista' tiġi ikkalkulata tariffa medja li fil-prattika tagħmel sens.
Leg 9 PQ #36844 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Recording Studios

Question

Jista' il-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 36220 u jindika għalfejn ma teżistix level playingfield fil-qasam tar-recording studios b'tali mod li min m'għandux il-liċenzja jista' jikkompeti ma' min għandu, anke f'festivals nazzjonali Maltin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni qatt ma irċeviet xi ilment dwar din il-materja. Naturalment, jekk id-Diviżjoni tirċievi xi ilment, din tieħu l-passi relattivi.
Leg 9 PQ #36860 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħwienet — Self employed

Question

Jista' il-Ministru jagħti nformazzjoni dwar in-numru tal-ħwienet tad-deheb u fidda fl-1991 u fl-2001 f'dawn il-postijiet; Valletta, San Ġwann, Sliema, St Julians, Ħamrun, Naxxar, Mosta u Gozo? X'kien il-valur tad-deheb, fidda u ħaġar prezzjuż importat f' Malta fl-1991 u fis-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija għas-sena 1991 mhux disponibbli, filwaqt li dik għas-sena 2001 għadha qed tinġabar. Madankollu, skond il-Business Register, fis-sena 2000, in-numru ta' ħwienet tad-deheb u fidda fil-lokalitajiet imsemmija kien kif ġej: LOKALITA NUMRU TA' HWIENET Valletta 39 San Gwann 4 Sliema 18 San Ġiljan 7 Hamrun 6 Naxxar 1 Mosta 10 Għawdex 10 L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36878 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Arblu tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jinbidel jew jissewwa arblu perikoluż tad-dawl li hemm fi triq il-Polverista Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #36879 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija fil-bozza maqtugħa li hemm fil-fetħa bejn blokk 1 u blokk 2 fuq San Pawl Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din it-talba ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #36882 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Kumpaniji Sussidjarji

Question

Jista’ il-Ministru jinformani jekk il-ħaddiema li kienu mal-Maltacom u li ġew trasferiti mal-kumpaniji sussidjarji bħal Wire.net Co., humiex fil-futur intitolati li japplikaw għal xi promozzjonijiet li jista’ jkun hemm? Din il-kumpanija sussidjarja beħsiebha tiftaħ oppotunitajiet ta’ promozzjonijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ħaddiema li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Membru għadhom igawdu l-istess benefiċċji u kundizzjonijiet li kellhom mal-Maltacom. Il-proċess ta' ristrutturazzjoni jista' jaffettwa l-operat preżenti bil-konsegwenza li jistgħu jinħolqu opportunitajiet ta' promozzjonijiet.
Leg 9 PQ #36906 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaż Żebbuġ — Applikazzjoni għad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' l-elettriku post fil-limiti ta' Ħaż Żebbuġ ( A 2949/01) peress li l-applikazzjoni ilha li saret diversi xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-data ta' meta jingħata servizz ta' l-elettriku jiddependi, fost fatturi oħra, min-numru ta' talbiet pendenti li jkun hemm. Madankollu nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel l-almu tagħha biex taqdi lill-konsumaturi bl-aktar mod effiċjenti.
Leg 9 PQ #36918 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Inċident ta' dekompressjoni

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-kamra x'irriżulta mill-inkjesta li saret mill-Air Malta dwar il-każ ta' ajruplan tagħha li waqa' madwar 300 pied f'daqqa waqt titjira? Jista' il-Ministru jgħid jekk konsegwenza ta' dan l-inċident kienx hemm membri tal-crew (inkluż il-kaptan u l-first officer) li kellhom jiġu grounded? Jekk ir-risposta għat-tieni mistoqsija hija fl-affermattiv għal-kemm żmien? Kemm kienu persuni li korrew minħabba dan l-inċidnet? Jikkunsidra il-Ministru li jpoġġi r-riżultat ta' l-inkjesta dwar dan l-inċident fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36920 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaż Żabbar — Bozoz maqtugħin

Question

Jista' il-Ministru jara li l-bozoz fi triq l-Għarar Ħaż Żabbar jinbidlu għax ilhom maqtugħin u minkejja li għalihom saru rapporti fit-8 u fl-14 ta' Ottubru mill-Kunsill baqgħu ma sarux allavolja dan in-nuqqas qed jikkawża ħafna periklu lir-residenti għax din hija area maqtugħa mill-kumplament ta' l-abitat?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.