Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Ħajt

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex ħajt li hemm ma ġenb 94, Triq ix-Xatt, Bormla, jiġi irranġat jew jitneħħa għax qed iservi ta' latrina b'inkonvenjent għar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħajt li hemm ma' ġenb 94, Triq ix-Xatt, Bormla, jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' Bormla. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel dan is-suġġeriment lill-Kunsill Lokali konċernat.

Ċangaturi taż-Żonqor

Question

Jista' l-Ministru responsabbli mill-Cottonera R.P, jara li meta jsir xogħol ta' xi servizz fil-ibliet tal-Cottonera fejn ikun hemm ċangaturi taż-żonqor, dawn jinqalgħu bil-galbu u ma jitkissrux? Jista' jara għaliex sar xogħol bl-addoċċ fi Triq Xandru, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kull darba li jsir xi xogħol minn dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' dan il-Ministeru f'Bormla, ix-xogħol isir bil-galbu u b'serjeta'. Anzi kemm il-darba l-materjal taż-żonqor li jkun se jintrema minn xi kuntrattur jinġabar u jittieħed fl-istore ta' Sant'Iermu jew l-Ospizio. Barra minn hekk bħalissa l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, bil-kollaborazzjoni tat-Taqsima tar-Restawr, qiegħed jirrestawra triq li oriġinarjament kienet miksija biż-żonqor, triq dritta, iżda fil-fatt kienet tgħattiet kollha bl-asfalt. Barra minn hekk hemm proġett għal Triq San Mikiel, Bormla, biex jitbidlu l-pipes ta' l-ilma u l-Proġett għar-Riabiltazzjoni tal-Kottonera ħareġ sejħa għal offerti sabiex iċ-ċangatura tinqala' u terġa' titqiegħed: dan il-proġett waħdu huwa stmat li jiswa ma' l-Lm20,000.

Mall — Floriana

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fil-Mall, Floriana u jekk hux ser ikun imdawwal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi, dik tat-tqegħid ta' sistema ta' 'drip irrigation' , diġa' saret. Fi ftit jiem ser jibda r-restawr tal-funtana ta' "l-Ajkla. It-talba għal permess għall-proġett sħiħ, li jinkludi titjib sostanzjali, paviment, dawl, bankijiet eċċ qiegħed quddiem l-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar.

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti dawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt u Floriana - tlettax-il raġel u mara waħda Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera - erbatax-il raġel u mara waħda Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina - disat irġiel u mara waħda Bord għall-Bennejja - sitt irġiel Bord tal-Warrant tal-Periti - sebat irġiel Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - ħamest irġiel u mara waħda Bord ta' l-Inġinerija - sebat irġiel B.I.C.C. - sbatax-il raġel u mara waħda
Leg 9 PQ #35033 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-Marina u l-Pontoons tal-Proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fuq dan is-suġġett hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' għall-Ambjent u l-Ippjanar.

Reverse Osmosis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34606 li ġiet riferuta lilu, jista' jgħid hemmx xi indikazzjonijiet li impjanti ta' reverse osmosis pubbliċi u privati fiċ-Ċirkewwa - fil-Marfa qed jolqtu ħażin l-ispieri tal-bdiewa tal-inħawi u qed jispiċċaw jew b'ilma mielaħ ħafna jew niexfa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara investigazzjoni li għamlet l-Awtorita ta' Malta dwar ir-Riżorsi jista jiġi kkonfermat li l-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa, li tħaddem il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, ma jħalli l-ebda effet fuq l-ispejjer tal-bdiewa fl-inħawi. Ta' min jgħid illi fl-1989 il-Water Works Department, li dak iż-żmien kien responsabbli għall-istallazzjoni ta' l-impjant taċ-Ċirkewwa, ħa ħsçb bçx jalloka l-impjant il-barra mill-private abstraction zone sabiex ma jaffettwax ħażin lill-bdiewa. Qatt ma ġew irrappurtati problemi fuq xi spejjer. Iżda minn investigazzjoni li għamlet l-Awtorita dan l-aħħar, jirriżulta li operatur ta' lukanda fil-Marfa qçgħed itella ilma minn-boreholes bçx jippurifikaħ permess ta' impjant tar-Reverse Osmosis Għalhekk l-Awtorita ta' Malta dwar ir-Riżorsi ħarġet Enforcement Notice fil-11 ta' Lulju, fejn l-operatur ġie ordnat bçx ma jużax dawk il-boreholes minn fejn qçgħed itella dan l-ilma, u jçħu l-ilma dirett mill-baħar. L-Awtorita jidhrilha li n-nuqqas ta' l-ilma li qçgħed jiġi rrapurtat huwa wkoll kawża tan-nixfa ta' dawn l-aħħar snin, barra minn l-irfçħ ta' l-ilma bla rażan minn xi operaturi irresponsabbli. L-Awtorita qçgħda tkompli bl-investigazzjonijiet u timmonitorja s-sitwazzjoni.

Serq

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija 32680 (Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) ma l-ewwel 6 xhur tas-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-serqiet li saru matul iż-żmien indikat huma dawn: 1 23/03/01 2 'Batteries' Lm 64 2 26/04/01 9 Travi tal Ħadid Lm 648 3 16/07/01 1 'Sledgehammer' Lm 10 4 16/07/01 2 'Aluminium Ladders' Lm 200 5 06/12/01 2 'Batteries' Lm 64 6 19/12/01 1 Ġeneratur Lm 6000 7 31/01/02 20 'Drainage Rods' Lm 60 8 21/03/02 4 'Flash Lamps' Lm 20 9 08/05/02 15 'Traffic Barriers' Lm 375 10 10/05/02 2 Bandieri Lm 22 Dawn il-każi kollha ġew imressqa quddiem il-Pulizija.

Bormla — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li titnaddaf l-area li hemm wara l-bini ta' kwartier San Nikola Bormla, peress li t-triq hija fi stat abbandunat għall-aħħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-area li hemm wara l-bini ta' kwartier San Nikola f'Bormla ġçt imnaddfa mill-Unit Għal Servizz ta' Tisbiħ bejn it-8 u l-11 ta' Ġunju 2002, minn fejn tneħħew 123 tunnellata ta' materjal.

Senglea — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-istatwa tal-Madonna li hemm fil-pjazza prinċipali fil-Belt Senglejana faċċata tal-każin tal-Banda Queen's Own u li baqgħet hemm minkejja l-attakki tal-aħħar gwerra dinjija tiġi restawrata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proposta ta' l-Onorevoli Membru ser tiġi kkonsidrata.

Senglea — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-balavostri u z-zuntier sħiħ li hemm fil-Knisja ta' San Filippu Sengleja jiġu mibdula u l-ambjent kollu jiġi rranġat u restawrat billi c-cangatura ta' l-art għadha l-oriġinali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proposta ta' l-Onorevoli Membru ser tiġi kkonsidrata.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk huwiex minnu li d-dipartiment tad-drenaġġ huwa sprovvist minn tappieri tat-tip tad-drenaġġ u jekk le kemm hemm minnhom fl-imħażen?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-provvista ta' tappieri mhijiex waħda adegwata għad- Dipartiment tad-Drenaġġ, imma s-sitwazzjoni ser tiġi riżolta fil-futur qarib b'permzz ta' tender.

Polluter Pays

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34299, il-gvern qiegħed jadotta s-sistema polluter pays u għalhekk dak l-istabbiliment privat f'Buġibba/Qawra li min għandu irriżultat il-ħsara fis-sistema tad-drenaġġ, jiġi mġiegħel iħallas għal ispiżi straordinarji fuq id-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm hija stmata l-ispiża involuta mid-dipartiment biex issewwiet il-ħsara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li drenaġġ mhux ħçreġ iżjed mill-post imsemmi. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ħa passi mmedjati bçx jara li ma kienx hemm xi ħsara jew xi żbroff minn naħa ta xi 'main' tal-Gvern. Irriżulta li l-'mains' tal-Gvern kçnu qegħdin jiffunzjonaw tajjeb u d-drenaġġ li kçn ħiereġ kçn minn xi stabbiliment privat. Dan l-istabbiliment ġç identifikat. Ġie identifikat ukoll il-post preċiż fejn kien hemm il-ħsara wara ħidma intensiva mid-Dipartiment ta-Saħħa mgħejjun mid-Dipartiment tad-Drenaġġ. Din l-ażjenda privata ħadet passi privati biex tissewwa l-ħsara. Wara li l-ħsara ssewwiet, mhux qçgħed jirriżulta ħruġ iżjed. Sa llum din il-problema hija riżolta għax m'hemm l-ebda ħruġ ta' drenaġġ. It-tiswijiet neċessarji saru minn din l-entita' privata, u għaldaqstant id-Dipartiment ma nvolviex ruħu f'xi spejjes.
Leg 9 PQ #34687 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Birgu — Triq il-Majjistral

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34205 u 34339 peress li din il-mistoqsija diġa' ġiet riferuta lil żewġ ministru differenti? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fit-Triq il-Majjistral, il-Birgu, waqaf u issa ilu wieqaf għal aktar minn seba' ġimgħat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi ta' Triq il-Majjistral tlestiet. Ix-xogħol fuq it-tieni fażi ma tkompliex minħabba il-festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. Hu maħsub li t-tieni fażi tal-pavimentar ser jitkompla l-ġimgħa d-dieħla wara li l-ħaddiema li kienu nvoluti f'dan ix-xogħol ilestu minn xogħol f'lokalitajiet oħra li kien inbeda wara tmiem l-ewwel fażi.
Leg 9 PQ #34694 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Fgura — Hompesch Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fit-Triq Hompesch Fgura n-naħa ta' Hompesch Arch diġa ħiereġ id-drenaġġ minn taħt it-triq meta din lanqas għadha ma ngħatat l-aħħar kisja tat-tarmac?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru xi xogħolijiet ta' 'road surfacing' u anke wkoll saru xi trinek għall sevizzi oħra fi Triq Hompesch, il-Fgura. Normalment meta jkun qed isir dan ix-xogħol bil-'basecourse' jitgħattew it-tappieri kollha tad-drenaġġ u dawn jiġu mgħollijin ghal-livell tat-triq meta ssir l-'wearing course'. Tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex isiru l-proċeduri neċessarji biex jinkixfu dawn il-'manholes' u ssir il-manutenzjoni meħtieġa.

Mgħatab

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju intern sabiex tiġi stabbilita l-kapaċita' tal-Mgħatab? Jekk fl-affermattiv skond dan l-istudju meta sa tintela' għal kollox il-Mgħatab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bil-publikazzjoni ta' l-Istrateġija għall-Immaniġġjar tal-Iskart Solidu, il-Gvern ikkommetta ruħu sabiex jagħlaq il-Magħtab sa' l-aħħar tas-sena 2004. Il-kapaċita tal-Magħtab hija biżżejjed biex tirċievi l-iskart li ser jiġi ġġenerat sa l-aħħar ta dik is-sena.

Water Gutter

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet sabiex jinfetaħ il-water gutter tas-suq tal-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-'Gutter' tal-ġnub tas-saqaf tas-Suq tal-Belt tlesta u x-xogħol li fadal jikkonsisti fi twaħħil ta' l-istess 'Gutter'.Qed isiru arranġamenti sabiex dan jitwaħħal mill-aktar fis possibbli. Barra dan ix-xogħol ser issir ukoll manutenzjoni tas-saqaf.

Cruiseliner Terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jinfetħu l-gates tal-cruiseliner terminal ix-Xatt ta' Pinto sabiex it-turisti jkunu aktar viċin ħwienet f'Xatt ta' Lascaris?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-operat tal-Cruise Terminal ġie mgħoddi lil Viset Consortium u l-Konsortju ddeċieda li minħabba miżuri ta' sigurta, 'Gates' 3 u 5 għandhom jinżammu magħluqa meta ma jkunx hemm cruise liners isorġu mal-moll ta ħdejhom. Iżda l- Konsortju avżana li meta l- cruise liners ikunu qed isorġu mal-moll ta' ħdejn dawn il-'gates', waħda minn dawn il-'gates' tkun miftuħa għan-nies li jkunu jridu joħorġu bil-mixi.

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' xogħlijiet li saru u qed isiru wara sejħa għal tenders approvata lill-ministeru u/jew dipartiment u dekasteri li jaqgħu taħt il-ministeru li għadhom ma tħallsux kompletament? Kemm huwa l-ħlas pendenti u kemm huwa l-ħlas li sar f'ċifra globali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' tenders li għadhom ma tħallsux kompletament jammonta għal 388. L-ammont li tħallas minn dawn it-tenders huwa ta' Lm11,919,422 u l-ammont li għad fadal biex jitħallas peress li x-xogħol għadu qed isir huwa ta' Lm5,283,592.

Wied il-Marfa — Spieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex jiġi studjat x'wassal biex l-ispieri fil-Wied tal-Marfa qed jispiċċaw bla ilma u hekk l-uċuh tal-għaleiqi fl-inħawi qed jinxfu u jmutu u l-bdiewa huma nkwetati ħafna dwar il-futur tagħhom? Jekk sar xi studju, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.