Jista’ l-Ministru jgħid min għandu aċċess għall-I soft u Pacs barra l-intranet tal-Isptar Mater Dei u servizzi oħra tal-Gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda persuna jew entità ma jirriżulta li għandha aċċess għall-iSoft u l-PACS barra n-network tal-Gvern. Permezz tal-myhealth it-tobba tal-familja għandhom aċċess għal numru ta’ riżulati u rekords bil-kunsens tal-pazjent involut. L-aċċess huwa permezz ta’ myhealth u mhux aċċess dirett minn fuq is-sistemi msemmija.
Studji dwar il-BMI u l-basktijiet tal-iskola tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnhom dawk l-istudji dwar il-BMI u l-basktijiet tal-iskola u d-dahar tat-tfal? X’riżultati ħarġu minn dawn l-istudji?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ilha tinġabar mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sa mill-bidu tas-sena skolastika kurrenti. Din il-fażi, li kienet tinvolvi qrib 40,000 tifel u tifla fl-iskejjel kollha ta’ Malta, dalwaqt titlesta. Wara li tinġabar kollha, d-data tiġi ċċekkjata u ppreparata għall-analiżi preliminarja. Id-Direttorat għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka se jkun qed jgħin lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-analiżi tal-istudju.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22754, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid kemm-il direct order ingħata lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, minn Marzu 2013 sal-jum li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, u x'kien il-valur ta' kull direct order peress li fil-mistoqsija parlamentari 22754 ma tlabtx jekk ix-xiri sarx skont ir-regoli tal-procurement jew b'kemm tnaqqsu l-mediċini out of stock?
Jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri qed jittieħdu mill-Gvern u x’inhuma r-rakkomandazzjonijiet ta’ prekawzjoni li kull persuna (speċjalment nisa tqal) għandha tieħu fir-rigward ta’ Zika Virus li jidher li qed jinxtered?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ħa azzjoni immedjata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Qed jinżamm monitoraġġ tas-sitwazzjoni dinija permess tal-EWRS(early warning rapid alert system) u kommunikazjoni ma' WHO (Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa), l-ECDC (European Centre for Disease Prevention and Control) u CDC ( Communicable Disease Centre, US).
Informazzjoni lill-pubbliku ġiet ippublikata fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta Mard (http://health.gov.mt/en/health-promotion/idpcu/Pages/introduction.aspx). Din tinkludi l-aħħar informazzjoni għall min ikun se jivjaġġa, lista tal-pajjizi affetwati mill-virus, kif ukoll informazzjoni għal nisa tqal u miżuri ta’ prevenzjoni li jistgħu jittieħdu sabiex tnaqqas ir-riskju li tiġi infettat. Twaqqaf ukoll helpline - 21324086 għall-pubbliku kif ukoll għat tobba li joffri parir professjonali fuq iz-Zika virus.
Informazzjoni fuq iz-Zika virus intbaghtet ukoll lit-tobba sabiex ikunu mgħarrfa dwar is-sintomi ta’ din il-marda u jagħtu parir professjonali lill-pazjenti li jkun se jsiefru jew ġejjin lura mill-pajjiżi affetwati u biex jkunu aktar alert għal xi każ.
Informazzjoni lill-pubbliku ġiet ukoll mħabbra fuq it-televixin, radju u gazetti lokali permezz ta’ intervisti ma’ specjalisti fil-mard infettiv u sahha pubblika. Id-Dipartiment ikkomunika ukoll ma’ agenti ta’ l-ivjaggar sabiex jitqassam informazzjoni dwar il-virus taz-Zika ma’ dawk il-klijenti li jkunu se jsiefru fil-pajjizi affetwati.
Id-Dipartiment ħadem ukoll sabiex jipprovdi il-facilita ta’ testijiet għall dan il-virus f’Mater Dei. Qed jitwaqqaf grupp għall-ħidma bejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-Università ta Malta biex jittieħdu l-mizuri għall-kontroll tan-nemus.
Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ prekawzjoni li kull persuna għandha tieħu huma:
· Kull persuna li se tivvjaġġa f’ wieħed mill-pajjizi affetwati għandha tieħu miżuri sabiex tevita li tingidem minn nemus. Dan jinkludi użu ta’
repellents
apposta kontra nnemus; li jintlibsu ħwejjeġ bi kmiem u qliezet twal; użu ta’ nets kontra nnemus mat-twieqi jew madwar is-sodda.
· Nisa tqal jew li qed jippruvaw jinqabdu tqal għandhom jevitaw li jsiefru fil-pajjiżi affetwati miz-Zika virus minħabba rriskju ta’ kumplikazzjoniiet fit-tarbija jekk huma jiġu esposti għall dan il-virus. Filwaqt li nisa tqal li rritornaw minn pajjiżi affetwati għandhom jinfurmaw lil tabib tagħhom sabiex jiġu mħarsa b’mod adegwat
· Persuni li jbaghtu b’immunita baxxa jew minn mard kroniku għandhom ifittxu parir mediku qabel ma jsiefru fil-pajjizi affetwati miz-Zika virus.
· Persuni li jizvillupaw sintomi ta’ infezzjoni miz-Zika virus fi żmien 3 ġimgħat li jkunu rritornaw minn pajjiż affetwat mill-virus għandhom jirrikorru għall-parir mediku.
· Studji riċenti qed juru il-possibilta li il-virus jista jiġi transmess sesswalment mill-isperma tar-raġel sa’ ġimgħat wara li persuna tkun fieqet. Għalhekk persuni li se jsiefru fil pajjiżi affetwati huma mħeġġa jużaw protezzjoni u li jnaqqsu ir-riskju li jiġu nfettati billi jużaw condoms.
· Rġiel li gejjin lura minn pajjiżi affetwati u ikollhom relazzjoni sesswali għandhom jużaw protezzjoni mal-partner għall-28 jum wara li jkun irritorna (jekk qatt ma kellu sintomi ta’ infezzjoni) u għall-6 xhur sħaħ wara li jkun irkupra minn infezzjoni taz-Zika virus.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat li d-dawl tat-triq fit-tarf ta’ Triq B’Kara, San Ġwann (min-naħa ta’ Triq Tas-Sliema) hu maqtugħ? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li ssir it-tiswija meħtieġa minħabba l-urġenza tal-każ peress li f’din iż-żona għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni u nuqqas ta’ dawl jista’ jikkostitwixxi f’periklu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għan-nies li jkunu għaddejjin minn dawn l-inħawi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-lampa viċin l-area ta’ kostruzzjoni ġiet skonnettjata minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin. Lampa oħra ġiet imqegħdha n-naħa l-oħra tat-triq f’post adekwat.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament jekk qiegħedx isir ingaġġ ta’ carers f’Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid xi kwalifiki jeħtieġu u x’taħriġ qiegħed jingħatalhom qabel ma jiġu ngaġġati? Jista’ jgħid kemm hu twil it-taħriġ li qiegħed jingħatalhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġ tal-carers fl-Isptar Mater Dei isir skont it-termini tal-kuntrat mal-kuntrattur.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi proċeduri ntużaw biex jintgħażel min għandu jagħti s-servizzi legali għal dak li jikkonċerna l-Enemalta Energy Project? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan ix-xogħol ingħatax permezz ta’ direct order, jew inkella ingħatax wara sejħa għall-offerti? Jekk ix-xogħol ingħata b’direct order, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-proċeduri elenkati fiċ-ċirkulari MFIN 3/2013 ġewx osservati jew le? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta’ ħlas li tħallas għal dan ix-xogħol? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk l-Awditur Ġenerali ġibidx l-attenzjoni għal xi rregolaritajiet dwar dan ix-xogħol, fir-rapport annwali tal-2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport tal-Awditur Ġenerali li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21260, billi hu magħruf li numru sew ta' ċimiterji għandhom spazji hekk magħrufa bħala tal-komun, li fihom issir difna regolari, u billi fiċ-ċimiterju ta' San Pawl il-Baħar hemm l-oqbra msemmija fid-domanda li huma maħsuba biex ikunu tal-komun, jista' l-Ministru jawtorizza li tibda ssir id-difna f'dawn l-istess oqbra, iktar u iktar meta huma diġà mibnija għal dan l-iskop u ilhom hekk mibnija għal bosta snin, u meta l-istess ċimiterju għandu problema ta' spazju available biex jintużaw għad-difna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-oqbra msemmija huma mizmuma mil-Gvern u amministrati minnu permezz tad-Direttorat Ambjentali. Għalkemm jeżistu oqbra tal-komun f’kull ċimiterju tal-Gvern, bhala preferenza d-direttorat juza dejjem dawk li jinsabu fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata f’Raħal Ġdid u dan għall-amministrazzjoni aħjar ta’ dawn l-oqbra. Madanakollu d-Direttorat qieghed jikkonsidra s-uggeriment tal-Onor. Interpellant f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ spazju fil-komun tal-Addolorata.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward meter tad-dawl f'post magħluq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS Ltd li ttieħdu l-provvedimenti meħtieġa sabiex jingħalaq il-kont ikkontestat skont il-proċeduri.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħsarat fil-main tal-ilma fit-triq li b'konsegwenza t'hekk qed jidħol ammont ta' ilma fi ħwejjiġha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-main tal-ilma u s-servizzi fit-triq imsemmija se jinbidlu fi żmien qarib.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-multi li kienu imposti fuq l-Enemalta fl-aħħar snin għar-rigward tal-użu tal-power station tal-Marsa? Meta daħlu fis-seħħ dawn il-multi u għaliex kienu imposti? Jista’ jgħid għal kuljum kemm kienet il-multa imposta fuq l-Enemalta u kemm huwa l-ammont totali tal-multi imposti fuq l-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjon għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment li sar fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-2015 u tas-servizzi li bdew ikunu offruti fl-istess Ċentri tas-Saħħa fl-2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul s-sena li għaddiet iċ-Ċentri tas-Saħħa komplew jissaħħu billi ġew introdotti diversi servizzi ġodda fosthom: Shedule V Clinic, Cardiology outreach Clinic, Plaster Slabs, Fibromyalgia Clinic u Orthopaedic Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid:
Extension of Physiotherapy hours
, Shedule V Clinic,
Plaster Slabs
,
Orthopaedic Clinic
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira:
Anti Coagulant phlebotomy service
,
Shedule V Clinic
,
Digital Imaging and Extension of X-Ray service hours
u
Plaster Slabs
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta:
Extension of Physiotherapy hours
,
Shedule V Clinic
u
Gynae Minor Operations
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi:
Extension of Podiatry afternoon service
,
Shedule V Clinic
,
Digital Imaging and Extension of X-Ray service hours
u
Plaster Slabs
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara,
Extension of Physiotherapy hours
,
Shedule V Clinic
,
Cardiology Outreach Clinic
,
Chronic Disease Management Clinic
,
Extension of Health Centre Hours
u
Social Worker service
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat:
Shedule V Clinic
u
Chronic Disease Management Clinic
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Cospicua:
Anti Coagulant phlebotomy service
,
Shedule V Clinic
u
Social Worker service
.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22443 u jgħid kemm-il direct order ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sal-jum li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien il-valur ta’ kull direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija hija waħda mill-ħafna kumpaniji li jissupplixxu lis-CPSU bil-mediċini. Ix-xiri tal-mediċini mill-Gvern isir skont ir-regoli tal-procurement u bl-awtoriżżazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti. It-tnaqqis ta’ mediċini out-of-stock hija waħda mill-miżuri li huma meqjusin bħala prijorità fil-ħidma tagħna biex intejbu s-settur tas-saħħa. In-numru ta’ medicini out-of-stock tnaqqsu b’mod drastiku bir-riżultat li għal 26-il ġimgħa fis-sena li għadha kemm għaddiet, ma kien hemm l-ebda mediċina out of stock fil-POYC
Jista’ l-Ministru jispjega kif qed jitqassmu l-mediċini li għandhom il-kitba kollha (barra u ġewwa) bil-lingwa Ġermaniża mill-Ispiżerija Tal-Għażla Tiegħek (POYC)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma' kull mediċina li tkun inxtrat b’lingwa barranija il-POYC Unit itqassam ukoll lil kull spiżerija li jkollha pazjenti li qed jibbenifikaw minn dik il-mediċina partikolari, it-traduzzjoni fil-lingwa Ingliza tal-Fuljett ta’ Taghrif ghall-Pazjent li jkun hemm fil-pakkett tal-mediċina bil-lingwa barranija (magħrufa bhala l-Patient Information Leaflet).
Millennium Stand — Triq għall-Pixxina - stallazzjoni ta' dawl
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-triq li hemm wara l-Istadium Nazzjonali, li fiha jkun hemm ipparkjati diversi karozzi speċjalment ta’ min juża l-Pixxina fil-Millennium Stand, ikollha stallat dawl tat-triq peress li meta jidlam u ma jkunx hemm il-flood lights tal-istadium mixgħula, ikun hemm dalma totali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li hija ma ntalbitx tapprova jew tagħti l-provvista lil bozoz ġodda fl-area imsemmija.
L-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi oħrajn m’hijiex responsabilità ta’ Enemalta plc, peress li xi snin ilu dawn is-servizzi izda għaddew f’idejn il-kunsilli lokali u għadd ta’ entitajiet governattivi oħrajn.
Meta dawn l-entitajiet jiddeċiedu li jwaħħlu bozoz ġodda f’postijiet pubbliċi skont it-termini tekniċi u r-regolamenti applikabbli, Enemalta plc tircievi l-Applikazzjoni STL mingħand l-istess entitajiet biex it-tekniċi tagħha jqabbdu dawn l-installazzjonijiet mas-sistema nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-elettriku dedikata għad-dwal tat-toroq.