Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — ħlas għal konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Korporazzoni Enemalta kemm ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tigi migbura.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba qieghda nkluza fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1562

Enemalta — xiri ta' żejt - hedging

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni Enemalta qed tieħu passi minn qabel, u għal kemm tul, biex tixtri ż-żejt b'mod li kemm jista' jkun ma tintlaqatx ħażin mill-prezz taż-żejt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta hija vigilanti u għandha strateġija illi jekk ikun hemm opportunitajiet fis-suq taż-żejt, tintervjeni biex tnaqqas ir-riskju fuq il-volatilità tal-prezz taż-żejt. Dan il-process huwa mmexxi minn Risk Management Committee.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — kompożizzjoni ta’ bordijiet ta' entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Deputy chief of staff/head of secretariat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali kariga msemmija ma teżistix fil-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.

San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl – tneħħija ta’ arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arbli tad-dawl li huma mwaħħla fuq in-naħa tal-bankina fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, bejn il-Veċċja u r-roundabout tax-Xemxija jinqalgħu minn fejn qegħdin bħalissa minħabba l-inkonvenjent li qed jinħoloq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-arbli li qed jirreferi għalihom qegħdin quddiem Helopolis Court, Triq San Pawl. Biex dawn l-arbli jitneħħew irid isir culvert jew inkella jiġu stallati brackets mal-faċċati tar-residenti.

Highly Polished Reclaimed Water Master Plan for the Maltese Islands

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma li jismu Highly Polished Reclaimed Water Master Plan for the Maltese Islands?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan id-dokument tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 21 ta' Marzu, 2012 mill-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien f'seduta 459.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Kuntratt tal-Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt tal-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Manutenzjoni ta’ switchgears

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u meta ssir il-manutenzjoni ta’ switchgear ta’ vultaġġ għoli speċjalment dawk ta’ ’l fuq minn 30 sena? Min u kif jiċċertifika li dawn huma mingħajr periklu għal min iħaddimhom jew jaħdem fuqhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-substations kollha fis-sistema tal-vultaġġ għoli u l-appartat tagħhom jiġi spezzjonat ta' lanqas darba fis-sena. Jekk jinstab li hemm bżonn ta' manutenzzjoni dan isir skont il-ħtieġa. Apparti din l-ispezzjoni anwali l-apparat issirlu wkoll manutenzjoni ġenerali tal-anqas darba kull sitt snin. Dan ix-xogħol isir kollu mill-ħaddiema tekniċi tal-Enenmalta. Ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq switchgear jinvolvi tindif, bdil taż-żejt u li s-switchgear jiġi operat biex jiġi kkonfermat li qed jaħdem sewwa. Din l-operazzjoni ssir skont il-manwal tal-manifattur u ma tbiddel xejn mid-disinn u l-konztruzzjoni tal-apparat u allura ma tirrikjedi ebda ċertifikazzjoni oħra fuq dak li diġà jkun ipprovda l-manifattur.

L-Imsida – Qtugħ ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bejn l-24 ta’ Ġunju u s-27 ta’ Ġunju 2013, inqata’ d-dawl darbtejn ġewwa l-Imsida? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan il-qtugħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-24 u s-27 ta' Ġunju kien hemm żewġ okkazjonijiet fejn partijiet differenti ġewwa l-Imsida kienu mingħajr l-provvista tal-elettriku. Fl-24 ta' Ġunju gew affettwati partijiet mis-Swatar minħabba li żviluppat ħsara fil-High Tension Network. Fis-27 ta' Ġunju kien hemm avviż mill-Koporazzjoni Enemalta li minħabba xogħol ta' devjazzjoni fil-linji, Clarence Street u toroq oħra fl-inħawi kienu se jkunu mingħajr provvista tal-elettriku.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – servizz tal-emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li s-servizz tal-emerġenza tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sar jopera biss sat-3:00p.m.? Jekk fl-affermattiv, f’każ li jkun hemm xi ħsara f’pajpijiet u kaġun ta’ dan ikun hemm ħafna ħela ta’ ilma ma jsir xejn? Jekk huwa minnu x’kien l-iskop wara din il-miżura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-emerġenza tal-Koprazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa miftuħ kif dejjem kien għal 24 siegħa kuljum is-sena kollha.

Is-Selmun – Dawl tat-triq mitfi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni għaliex, b’mod regolari, fil-ħinijiet ta’ filgħaxija d-dawl (street lighting) fit-telgħa ta’ Selmun qed ikun mitfi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istreet lighting tat-telgħa ta' Selmun kien ġie rranġat fit-12 ta' Ġunju,2013. Ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta, il-bieraħ 4 ta' Lulju marru jiċċekkjaw fuq il-post u kkonfermaw li d-dawl imsemmi qed jixgħel. Sal-lum il-Korporazzjoni Enemalta ma rċeviet ebda rapport ieħor fuq din il-ħsara.

Il-Mellieħa – Triq Wied Ruman – sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se titkompla s-sistema tad-drenaġġ fit-Triq Wied Ruman fil-Mellieħa? Huwa konxju li dan in-nuqqas qed jikkawża problemi mhux żgħar lil numru ta’ residenti li jgħixu fil-parti t’isfel ta’ din it-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif hu ppjanat u filfatt diġà beda l-proċess biex is-sistema tad-drenaġġ titkompla fit-triq imsemmija.

Ministeru għall-Enerġija l-Konservazzjoni tal-Ilma – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ARMS Ltd – konsulenzi — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar it-twaqqif tal-kumpanija ARMS Ltd? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li saret fuq xogħol ta' konsulenza laħqet is-somma ta' €39.982. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order għas-snin 2009/2010.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-WSC u l-MRA ma taw l-ebda xogħol lill-individwu. L-Enemalta tat xogħol ta' konsulenza u ħallset is-somma ta' €17,523.95 bejn is-sena 2008 u s-sena 2010. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order. Rigward l-ARMS Ltd nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1536.

Vouchers għall-benefiċċju tal-enerġija – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhux tirċievi vouchers għall-benefiċċju tal-enerġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa d-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali li jiddeciedi min hu elegibbli li jircievi l-vouchers u li jibghat il-vouchers ghall-beneficcju tal-energija. Skont l-Energy Benefits Sections intbaghat voucher lill-persuna msemmija fl-24 ta' Gunju 2013.

Pannelli – ħlas dovut

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jitħallsu l-ħlas dovut lilhom dawk il-persuni li wara li jinstallaw il-pannelli, minflok ikollhom iħallsu l-kont tad-dawl, ikollhom ħlas dovut lilhom? Kull kemm żmien qed joħroġ dan il-ħlas u kif jista’ persuna hekk intitolata għall-ħlas japplika għal dan il-ħlas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-regulazzjonijiet tal-2010 (subsidiary legislation 423.46) li hija fuq feed tarrifs ġġenerati mill-fotovoltaici, ssemmi r-refunds fi klawzola 8. Fuq stallazzjonijiet ta' Kapaċità taħt 100kWp, persuni li jkollhom ħlas dovut lilhom, jistgħu jibagħtu korrispondenza bil-miktub lill-ARMS Ltd biex jingħataw l-kreditu dovut lilhom fuq il-kont permezz ta' cheque jew inkella l-kreditu jista' jiġi trasferit fuq kont ieħor. Dan il-kreditu jista' jintalab lura wara erbgha billing periods. Bħalissa billing period wieħed għall-kontijiet fotovoltaiċi hu ta' sitt xhur. Għal ċirkustanzi speċjali, jiġi kkunsidrat set off waqt l-ewwel erbgħa billing periods. Fuq stallazzjonijiet ta' kapaċità akbar minn 100kWp, dawn jidħlu f'arranġament mal-Enemalta għal set off jew pagamenti tal-kreditu.