Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol mogħti lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħlijiet ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għawdex — Ix-Xewkija – upgrading taż-Żona Industrijali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23427, jista' l-Ministru jgħid fiex intefqu l-madwar miljun u nofs ewro mill-Programm Operattiv 1 tal-Unjoni Ewropea fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol u kif intgħażel kif ukoll meta beda x-xogħol b'dawn il-fondi u meta spiċċa? Jista' jgħid liema xogħlijiet jonqos isir biex tkompli tiġi rranġata ż-Żona Industrijali tax-Xewkija u li se jkunu finanzjati minn fondi pubbliċi? Min se jagħmel dawn ix-xogħlijiet u kif intgħażel? Meta mistenni jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li se tkun lesta din iż-żona?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — membri ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Marsaxlokk – Triq Abdosir – cables tal-internet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir dak kollu neċessarju sabiex l-impjegati tas-soċjeta GO jkunu jistgħu jgħaddu l-cable relattiv fi Triq Abdosir f’Marsaxlokk għall-komunikazzjoni tas-servizz tal-internet li b’konsegwenza tan-nuqqas, huma sprovvisti mill-użu ta’lift?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonfermama li ma rċeviet l-ebda ilment/i mingħand resident/i fi 'Triq Abdosir' ġewwa Marsaxlokk dwar talba lill-kumpanija GO għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronici. Minkejja dan, l-Awtorità għamlet kuntatt mal-kumpanjia GO li filwaqt li kkonfermat li fl-inħawi msemmija hemm diversi xogħlijiet għaddejin infurmata wkoll li teħtieg li jkollha aktar dettalji speċifici dwar il-każ li għaliha qed tagħmel referenza l-mistoqsija parlamentari (bħal per eżempju indirizz speċifiku, etc) biex tkun f’pożizzjoni li tagħti l-informazzjoni meħtieġa.

Postijiet fejn jintrama l-monti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jistgħux jiġu stabbiliti postijiet ġodda li fihom ikun jista’ jintrama monti? Jekk iva, x’għandu jsir biex tali monti ikun jista’ jibda jarma?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li konformi ma’ Artikolu 12 tal-Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ, bi ftehim mal-Kunsill Lokali rispettiv, il-Ministru responsabbli għall-kummerċ jista’ b’ordni fil-Gazzetta tal-Gvern jistabbilixxi suq fil-beraħ. Biex persuna tkun tista’ tiġġestixxi attività kummerċjali minn suq fil-beraħ irid ikollu liċenza biex jagħmel dan mis-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ u jkun ġie allokat posta fissa mill-Kunsill Lokali tal-lokalità fejn ikun jinsab dak is-suq. Il-Kunsill Lokali rispettiv għandu jassigura li r-regolamenti kollha relatati mal-L.S. 441.04, regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali jkunu segwiti.

Maritime Hub — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Maritime Hub fil-Marsa, meta se jiġi ffirmat il-kuntratt finali u meta se jibda x-xogħol fuq is-sit imsemmi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill- Onor Interpellant li sabiex il-propjeta tingħata lil offerent preferut fi stat liberu, it-tim tan-negozjati ltaqa’ mal-entitajiet kollha li b’xi mod għandhom relazzjoni ma’ din il-propjetà u issa wasalna fi stat li jibda jingħalaq dan il-proċess. Saru diversi laqgħat ma’ Transport Malta li għandhom it-tmexxija tal-mollijiet, mar-rikazli tank cleaning, mal-Water Services, mal-Enemalta, mal-Marsovin, mal-Protezzjoni Civili, u mal-Go plc.

Għawdex – Cruise liner terminal — privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Cruise Liner Terminal f’Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tar-Rikjesta għal-Proposti għal-Koncessjoni għad-Dizinn, Bini u Operat ta’ Cruise Liner Terminal u Faċilitajiet ta’ Irmigg u Yacht Marina fil-Gzira ta’ Ghawdex qiegħed fl-istadju inizjali ta’ negozjati.

White Rocks — privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-White Rocks? Kemm-il kumpanija tefgħet l-offerta tagħha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-privatizzazzjoni tal-White Rocks Malta wasal fl-istadju ta' evalwazzjoni tal-proposti sottomessi. Għal dan il-proġett, ġew sottomessi żewġ proposti. L-istadju ta' dan il-proġett, kif ukoll il-kumpaniji li tefgħu il-proposti tagħhom ġew ippubblikati fil-website tal-Privatisation Unit fil-21 ta' Diċembru 2015.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Itrapriżi Żgħar — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Digital Hub – proġett — rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa fil-Proġett tal-Digital Hub?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istruttura tad-Digital Hub hija prattikament kompluta. Bħalissa qed isiru l-aħħar ftit attrezzaturi bħal-partitions, twaħħil ta’ bibien, twaħħil ta’ dwal u t-tkomplija tal-lifts.

Life Sciences Park — operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-operaturi li hemm fil-Life Sciences Park u għal kull operatur jgħid: a) l-isem tal-operatur; b) x’inhi l-attività li qed jagħmel; c) xi spazju qed jokkupa; d) x’inhuma t-termini tal-użu tal-ispazju; u e) kemm se jimpjega persuni u f’liema livell?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Barts School of Medicine – rendikont tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa b’riżultat tal-ftehim li kien iffirmat mal-Barts School of Medicine f’Marzu 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġie ffirmat il-kuntratt ta’ Barts, il-Gvern fittex li jiffirma agreements ma’ stakeholders differenti biex tiġi iffaċilitata l-operazzjoni ta’ Barts f’Malta.

Malta Industrial Parks – lista ta’ spazji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk l-ispazji ta’ aktar minn 300 metru kwadru industrijali/kummerċjali li l-Malta Industrial Parks tat b’kera fl-2013, 2014 u 2015? Għal kull każ, jista’ jgħid: a) id-data tal-kuntratt tal-kera; b) it-terminu tal-kuntratt tal-kera; c) l-isem tal-kumpanija lil min inkriet; d) l-attività li għaliha inkriet (jiġifieri dak li bih intrabtet il-kumpanija benefiċċjarja); u e) x’inhuma l-obbligi ta’ investiment u impjiegi ġodda li ġew imposti fuq il-kumpanija benefiċjarja?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

Malta Industrial Parks – lista ta’ spazji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk l-ispazji industrijali/kummerċjali li l-Malta Industrial Parks tat b’ċens fl-2013, 2014 u 2015? Għal kull każ, jista’ jgħid: a) id-data tal-kuntratt tal-kera; b) it-terminu tal-kuntratt tal-kera; c) l-isem tal-kumpanija lil min inkriet; d) l-attività li għaliha inkriet (jiġifieri dak li bih intrabtet il-kumpanija benefiċċjarja); u e) x’inhuma l-obbligi ta’ investiment u impjiegi ġodda li ġew imposti fuq il-kumpanija benefiċjarja?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

Għawdex — Ix-Xewkija – upgrading taż-Żona Industrijali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23210, jista’ l-Ministru jgħid x'sar mill-miljun u nofs ewro fondi tal-Unjoni Ewropea mill-proġett Operattiv 1 għall-perjodu 2007-2013 fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija? Jista' jgħid għaliex ix-xogħol f'din iż-Żona Industrijali għadu mhux lest minkejja li l-programm 2007-2013 issa huwa magħluq? X'xogħol fadal isir f'din iż-żona u meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol? Kemm se jkunu qed jinħarġu fondi nazzjonali għal dan il-proġett biex tiġi rranġata ż-Żona Industrijali tax-Xewkija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond ta’ madwar €1.5 miljun allokat ħames snin ilu mill-Programm Operattiv 1 tal-Unjoni Ewropeja għall-perjodu 2007-2013 biex jiġi investit għall-upgrading taż-Żona industrijali tax-Xewkija ġie utilizzat u x-xogħolijiet huma lesti. Dalwaqt ser jibda x-xogħol biex tkompli tiġi rrangata z-Zona Industrijali tax-Xewkija'.Dawn ix-xogħolijiet ser ikunu finanzjati minn fondi publiċi.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Interest Rate Subsidies’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema Interest rate Subsidies, 12-il impriża bbenifikaw fl-2014 (8 kumpaniji zgħar u medji u 4 kumpanji kbar), b’ l-għajnuna finanzjarja tammonta għal €529,990, li minnhom €512,950 ingħataw lill-kumpaniji ta’ daqs zgħir u medju. Matul is-sena 2015, bbenefikaw 5 impriżi (4 zgħar u medji u 1 kbira), bl-għajnuna finanzjarja tammonta għal €3,967,399, li minnhom €1,405,899 ingħataw lill-kumpaniji ta’ daqs zgħir u medju.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Loan Guarantees’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Loan Guarantee, 3 impriżi zgħar u medji bbenifikaw fl-2014 u 5 impriżi (2 zgħar u medji u 3 kbar) bbenifikaw fl-2015. Fl-2014 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €447,500 waqt li fl-2015 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €2,764,000, li minnhom €164,000 ingħataw lill-impriżi żgħar u medji.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Soft Loan’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tas-Soft Loans, 7 impriżi (5 zgħar u medji; 2 kbar) bbenifikaw fl-2014 u 4 impriżi zgħar u medji bbenifikaw fl-2015. Fl-2014 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €9,135,000 li minnhom €6,335,000 ingħataw lil kumpaniji zgħar u medji; waqt li fl-2015 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €5,363,750.