Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed jintbagħtu uffiċjali diplomatiċi kkunsidrati bħala junior meta mqabbla ma’ uffiċjali aktar senior għall-kariga ta’ Ambaxxatur? Kemm kienu dawk l-uffiċjali li nqabżu? X’kienet ir-raġuni?
Response (VELLA, GEORGE)
Dawn il-ħatriet uffiċċjali ma jitteħdux biss fuq bażi ta'
seniority.
Hemm ħafna fatturi oħra li jwasslu biex uffiċċjal diplomatiku jintgħażel minflok uffiċċjal ieħor.
Kien hemm żmien meta addirittura printer fi stamperija inħatar Ambaxxatur. Jien konvint li l-Ministru kellu raġunijiet tiegħu biex għamel dik l-għażla.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Konslu Onorarju ta’ pajjiżna f’Hong Kong li servietna nbidlitx? Jekk iva, jista’ jindika r-raġuni u min ġie maħtur minflokha?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħatra tal-Konslu Onorarju ta' Malta f'Hong Kong intemmet reċentement għaliex il-Gvern Malti pprefera jappunta persuna Maltija, li hi wkoll residenti f'Hong Kong, bħala Konslu. Għalissa mhuwiex prudenti li jinghata isem din il-persuna qabel ma jkun hemm l-approvazzjoni tan-nomina tagħha mill-awtoritajiet Ċinizi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20060 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’Settembru 2015 rtiraw għaxar ħaddiema.
Fir-rigward ta’ ħaddiema impjegati matul l-istess żmien, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 19841 – Impjegati.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hawn ċittadini Maltin li jinsabu miżmuma f’ħabsijiet barra minn Malta u f’liema pajjiż? Kemm minn dawn għadhom qed jistennew li jiġu proċessati u kemm minnhom qegħdin iservu sentenzi ta’ ħabs?
Response (VELLA, GEORGE)
Hemm tlettax-il persuna ta' nazzjonalita' Maltija li jinsabu miżmuma f'ħabsijiet barra minn Malta, kif imsemmi hawn taħt :
Awstralja 5
Italja 1
Brażil 1
Libja 1
Renju Unit 2
Stati Uniti 1
Ġappun 1
Tuneżija 1
Tnejn minnhom għadhom qegħdin jistennew li jibdew il-proċeduri kriminali kontrihom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux rapporti ta’ Maltin li b’xi mod mhux magħruf ġew irraportati nieqsa meta kienu jinsabu f’pajjiż barra minn Malta? F’liema pajjiżi huma rrapportati nieqsa u f’kull każ kemm ilhom hekk nieqsa?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm każ ta' persuna Libjana li għandu wkoll passaport Malti li ġie rrapurtat nieqes minn daru f'Benghazi f'Novembru 2011.
Minn dak iż-żmien 'l hawn ma sar ebda kuntatt, sa fejn huwa magħruf, mal-familja tiegħu u ma hemm ebda ħjiel fejn jista' jkun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’konsulenti fil-Ministeru tiegħu nkluż dipartimenti u entitajiet bejn l-2008 u Marzu 2013?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2008 u Marzu 2013 il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin nefaq €889,015 f’konsulenzi.
Barra minn hekk konsulent minnhom kellu s-servizzi tat-telefonija ċellulari u kien intitolat għal karozza u fuel kif jirċievu d-Diretturi Generali.
Konsulent ieħor kellu servizz ta’ telefonija ċelullari u internet connection id-dar, għal spiża massima ta’ €815 fis-sena.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, m'hawn ebda impjegat full-time jew part-time, li huwa jew kien membru parlamentari bejn l-2008 sal-lum.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17741, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-mistoqsija oriġinali sal-lum u jelenka f’liema entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa rrispondejt il-Mistoqsija kif saret oriġinarjament.
Dwar l-informazzjoni ġdida li qed titlob l-Onor. Interpellant ninformaha li l-konsulenti kollha huma ingaġġati mal-Ministeru.
L-iskop tal-konsulenza u l-ħlas diġa' kien indikat fit-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari 17741.
Dwar il-metodu kif ġew ingaġġati dawn il-konsulenti, fir-risposta għall-mistoqsija oriġinali diġa' indikajt li dawn il-konsulenti kienu ngaġġati bħala 'persons of trust'. L-Onor. Membru tifhem li 'persons of trust' ma jistgħux ikunu ngaġġati b'sejħa għall-offerti, u qatt ma kienu ngaġġati b'dan il-mod. Kif tista' tinnota l-Onor. Interpellant, il-maġġoranza ta' dawn il-konsulenti ilhom jagħtu servizz lill-Ministeru għal snin twal taħt amministrazzjonijiet differenti, u jien ħassejt li kelli nkompli nuża s-servizzi u l-esperjenza kbira tagħhom. Il-Konsulenti li mpjegajt jien ukoll għandhom esperjenza diplomatika twila li fuqha bbażajt id-deċiżjoni tiegħi li nitlobhom jagħtu s-servizz tagħhom lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sistema ta' teleworking hija offruta fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Public Service Management Code (PSMC) 5.4.2. Kull applikazzjoni tiġi mistħarrġa skont il-kriterji tan-natura tax-xogħol u tal-impjegat. Dawn il-kriterji jinsabu fl-applikazzjoni tat-telework stess, u dan jingħata biss jekk il-kriterji kollha jkunu sodisfatti. Jekk dawn il-kriterji ma jiġux sodisfatti kollha, allura l-applikazzjoni ma tkunx tista' tiġi approvata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil-ċittadini Russi fis-sena, sena b’sena fl-2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta' viżi maħruġa lil ċittadini Russi fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2015 huwa kif muri hawn taħt:
Sena
Numru
2011
18,315
2012
22,877
2013
23,755
2014
16,658
2015
9,298
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil-ċittadini Ċiniżi fis-sena, sena b’sena fl-2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' viżi maħruġa lil ċittadini Ċiniżi fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2015 huwa kif muri hawn taħt:
Sena
Numru
2011
1186
2012
1542
2013
1570
2014
2655
2015
3381
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kinux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-8 ta’ Mejju 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015 mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ġew impjegati 47 persuna ġdida flok 58 li rtiraw, irreżenjaw jew spiċċalhom il-kuntratt. Tliet Second Secretaries impjegati ġodda komplew il-kuntratt li għandhom f’Ministeri jew Dipartimenti oħra.
Il-Ministeru qed juża’ s-servizzi ta’ 9 persuni tal-Kuntrattur, il-parti kbira cleaners. Dawn il-cleaners jaħdmu skond l-esiġenzi tal-Ministeru u qed jagħtu servizz ta’ madwar 30 siegħa fil-ġimgħa kull wieħed. Huma ħadu post cleaner oħra ta’ kuntrattur differenti u tliet ħaddiema oħra full-time tal-IPSL li ngħataw dmirijiet oħra.
Barra minn hekk, ġew impjegati 74 locally-engaged persons flok 46 li spiċċaw mis-servizz. Dan in-numru ta’ impjegati ġodda jinkludi impjegati casual flok oħrajn b’xi tip ta’ leave speċjali, part-timers, impjegati temporanji u numru ta’ visa officers. Kienu impjegati wkoll 4 ħaddiema (locally-engaged) tal-kuntrattur.
Kien hemm impjieg wieħed mal-INIA.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Onorevoli David Agius kien jassisti lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' dak iż-żmien, bħala Assistent Parlamentari bejn l-2010 u l-2013.
L-Assistenti Parlamentari kienu jitħallsu allowance ta' 15% ta' Skala 1 fis-Servizz Pubbliku mill-Kamra tar-Rappreżentanti u mhux mill-Ministeru li kienu jassistu fih. Fl-2013 is-salarju ta' Skala 1 kien ta' €40,221 u għaldaqstant f'dik is-sena l-Assistenti Parlamentari rċevew allowance ta' €6,033.15. Il-Ministeru huwa nfurmat li l-Onorevoli Agius kien jitħallas l-onorarja ta' Membru Parlamentari u allowance bħala Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
Il-Ministeru m'għandux informazzjoni li fuqha jista' jippreżenta rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-Assistent Parlamentari f'dan il-Ministeru.
Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija – applikazzjonijiet għal visas
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19903, jista’ l-Ministru jgħid kemm, inħarġu visas mill-Konsolat Malti fl-Alġerija fil-perjodu Marzu 2014 sa Settembru 2015 xahar b’xahar?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Viżi li ħarġu xahar b'xahar bejn Marzu 2014 u Settembru 2015 mill-Konsolat ta' Malta fl-Alġerija huwa kif indikat hawn taħt.
Qiegħed nagħti wkoll il-figuri ta' kemm saru applikazzjonijiet biex wieħed jikkalkula kemm minnhom ġew rifjutati - prova ta' kemm qiegħed isir skrutinju bis-serjeta'.
Sena 2014
Total ta applikazzjonijiet milqugha fil konsulat kull xahar
Vizi Mahrugin
Marzu
164
127
April
603
491
Mejju
832
347
Gunju
481
161
Lulju
786
482
Awwissu
793
446
Settembru
849
377
Ottubru
568
243
Novembru
648
289
Dicembru
956
444
Total għas sena 2014
6680
3407
Sena 2015
Total ta applikazzjonijiet milqugha fil konsulat kull xahar
Vizi Mahrugin
Jannar
654
325
Frar
768
356
Marzu
667
290
April
1077
529
Mejju
763
254
Gunju
830
351
Lulju
785
336
Awwissu
1272
582
Settembru
1079
351
Total għas sena 2015
7960
3374
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti
Question
Jista’ l- Ministru jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bagħat Talba għall-Parteċipazzjoni għall-provvista ta' bnadar kbar għaċ-CHOGM u s-Summit EU-Afrika lil tmien kumpaniji.
Għal din is-sejħa wieġbu erba' kumpaniji, iżda kumpanija waħda biss offriet bnadar ta' kwalità aċċettabbli. Għaldaqstant, Mompalao Trading ingħatat ordni għal 941 bandiera għall-prezz ta' €66,278, inkluż il-VAT.
Fir-rigward għat-tfittix għaż-żejt u in vista tad-digriet ministerjali maħruġ mill-Gvern Taljan fejn għamel pretensjoni fuq żona illi tgħatti Area 2, Area 7 u parti minn Area 3, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għamilx note verbale bi protesta għal din il-pretensjoni tal-Gvern Taljan? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid meta saret u jintavola kopja tagħha?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kien għamel protesta, mal-Gvern Taljan fir-rigward tad-Dikriet Taljan tas-27 ta' Diċembru 2012 permezz ta' Nota Verbali bid-data tal-15 ta' April 2013.
Wieħed għandu japprezza li kien hemm bidla fil-Gvern wara l-elezzjoni tad-9 ta' Marzu 2013 u għalhekk il-Gvern kellu bżonn ftit taż-żmien biex jifformula tweġiba.
Mhix il-prassi li korrispondenza bejn il-Gvernijiet tkun ippublikata.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 u kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, li kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f'leġislaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li informazzjoni ta' natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huma in-
National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention
u s-Sanctions Monitoring Board.
Il-Kunisll tal-Maltin li Jgħixu Barra ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi imma jiena Chairman ex-ufficio tal-Kunsill.
L-unika remunerazzjoni li titħallas hija lill-Ispettur li jpoġġi fuq in-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention u tammona għal €1,164.69 fis-sena.
Iċ-Chairperson, segretarji u l-membri tal-bordijiet l-oħra msemmija ma jieħdux ħlas.