In vista tal-fatt li l-proġett tal-Partit Nazzjonalista għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta'djar fi Triq San Gwann, Bormla fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar 1999 beda jsir u dawn bdew jaqgħu, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm appartamenti se jinbnew, kemm dawn huma stmati li se jiswew u meta huwa stmat li jkunu lesti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proġett ta' Triq San Gwann Bormla ser jinbnew 20 flat fl-ewwel fażi u 49 flat fit-tieni fażi. Il-flats ta' l-ewwel fażi hu stmat li ser jiswew Lm 265,471 u għandhom jitlestew fi żmien sena u nofs jekk jissolvew il-problemi pendenti li baqa' bl-"evictees" tal-proġett.
22.2.99
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Postijiet vojta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vojta tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali f'dawn il-lokalitajiet: Sliema, San Ġiljan, Pembroke, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Imġarr, Imtarfa u r-Rabat lokal b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi f'idejn id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali, mill-lokalitajiet indikati, hemm biss post wieħed tas-Sliema.
22.2.99
In vista tal-fatt li Kostituzzjoni ta' Malta tipprovdi ħarsien kontra diskriminazzjoni kontra s-sessi, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għad-Drittijiet tan-Nisa fi ħdan il-Ministeru tiegħu ngħatax jew għandux poteri li jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet dwar każijiet ta' abbużi a bażi ta' sess fil-media, fir-reklami, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mit-twaqqif tiegħu, kienet il-prattika li d-Dipartiment għad-Drittijiet tan-Nisa jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet dwar każijiet ta' abbużi a bażi ta' sess fil-media, fir-reklami, eċċ.
22.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx limiti ta' dħul finanzjarju sabiex familja tibbenefika mill-iskema ta' għajnuna finanzjarja għall-irranġar ta' periklu ta' l-Awtorita' tad-Djar? Jekk fl-affermattiv, kemm hu dan il-limitu? Dan jinkludi d-dħul finanzjarju tat-tfal ta' l-applikant? Hemm ħsieb li dan ma jibqax isir, b'mod partikolari fil-każ ta' pensjonanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
22.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huma l-persuni u f'liema gradi qegħdin fi ħdan l-uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li qed jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tar-residenti tal-Fgura? Hemm ħsieb li dawn jiżdiedu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
1. L-uffiċċju ta' Ħaż-Żabbar barra li jkopri din il-lokalita' iservi wkoll lir-residenti tal-Fgura, Xgħajra u Marsaskala.
2. L-istaff jikkonsisti f'uffiċċjal eżekuttiv li jagħmel xogħol ta' 'Welfare Officer' u miegħu għandu uffiċċjal eżekuttiv, żewġ skrivani, żewġ persuni fi grad industrijali li jagħmlu xogħol klerikali u żewġ messaġiera.
3. Bħalissa għaddej eżerċizzju biex jara l-ħtiġijiet ta' dawn l-uffiċini u kemm hu n-numru idejali li jkun hemm nies jaħdmu fihom.
17.2.99
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad rapporti fil-ġurnali li dehru riċentement fis-sens li se jinġiebu Malta għadd ta' ħaddiema Ċiniżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Membru għandu jispeċifika għal liema rapporti qed jirreferi. Fil-kaz li hemm xi Ċiniżi li ser jiġu Malta biex jaħdmu, dawn l-ewwel iridu japplikaw u jinhargilhom il-permess biex jaħdmu, jekk ikun il-kaz, mid-Dipartiment tac-Ċittadinanza u Expatriates.
17.2.99
Peress li għaddew ħames snin u nofs mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kumitat ta' Xogħol dwar Evalwazzjoni tas-Servizzi ta' Trattament fil-qasam ta' droga u alkoħol taħt il-presidenza tal-Maġistrat Silvio Meli, ma jaħsibx li wasal iż-żmien biex jitħejja rapport ieħor meta matul dawn l-aħħar snin saru żviluppi kbar fit-trattament ta' nies li jbatu minn abbuż ta' droga u alkoħol? Ma jaħsibx ll-Ministru li rapport ieħor jista' jara li s-servizzi ta' l-istat u dawk tal-volontarjat jkunu qed jaħdmu id f'id biex ma jsirx dupplikazzjoni ta' xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infakkar lill-Onor. Membru li, taħt l-Amministrazzjoni preċedenti, kienet twaqqfet il-'Co-ordinating Commission Against Drug and Alcohol Abuse' li wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha kien preċiżament li tiżgura li ma jkunx hemm duplikazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi u dawk tal-volontarjat f'dan il-qasam.
Irrid nara, fid-dawl ta' l-esperjenza s'issa ta'l-operat ta' din il-Kummissjoni, jekk dan fil-fatt huwiex l-aħjar mod sabiex tiġi assigurata l-ko-ordinazzjoni meħtieġa.
17.02.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li partijiet mill-belt tal-Birgu jitwaqqgħu biex flokhom jinbnew djar moderni u komdi tul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-ġimgħat li ġejjin ser jinbeda x-xogħol fuq Numru 1, Pope Alexander Street, Birgu. Jekk u meta jiġu identifikati siti għall-proġetti oħra, dawn jiġu studjati.
17.02.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal reserved parking tal-persuna li tbati minn diżabilita' mobilitarja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-permess għall-applikazzjoni msemmija jitħafef?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent is-servizz tal-'Keep Clear' għandu numru ta' applikazzjonijiet b'lura. Sar pjan biex fiż-żmien limitat dawn l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati naturalment fl-ordni li daħlu. L-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hi waħda minn dawn l-applikazzjonijiet.
16.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Imdina, il-Mellieħa, il-Manikata, l-Imġarr, ir-Rabat u San Pawl il-Baħar li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
16.2.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999: f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999 fid-Dipartiment għall-Anzjani ntefqu:
f'riċevimenti Lm 932
f'safar Lm 245
f'petrol u diesel Lm 4,408
f'pagi Lm2,683,132
16.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx u għaliex ftit ilu n-nies li jirreġistraw għax-xogħol fil-Labour Office ta' Ħal Qormi tħallew fi queue jistennew barra fix-xita?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni li ngħatatli jirriżulta li l-Area Offices għandhom l-ħin stabbilit għall-ftuħ u l-għeluq għar-reġistrazzjoni. Il-bibien jinfetħu għall-pubbliku bejn nofs siegħa u kwarta qabel il-ħin stabbilit. Qiegħed jiġri, pero, li n-nies qiegħda tiġi qabel il-ħin stabbilit.
16.2.99
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni separati li jgħixu b'manteniment u jirreġistraw għax-xogħol ma ħadux żieda ta' l-għoli tal-ħajja, fil-pagament ta' l-assistenza soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant għandha tifhem li l-Għajnuna għal Disimpjieg għadha sa issa tiġi mħallsa b'mod manwali u kull każ irid jiġi revedut individwalment. Minn dawk kollha li qegħdin jikkwalifikaw għal din l-Għajnuna baqa' biss numru żgħir ħafna li r-rata ta' benefiċċju għadha ma ġietx reveduta. Huwa maħsub li dawn il-ftit każijiet li baqa' jiġu reveduti sal-aħħar ta' Frar.
16.2.99
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista tal-kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
16.2.99
Ministeru tal-Politika Soċjali — Kartolini tal-Milied
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u kemm mis-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
15.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gżira, l-Imsida, San Gwann u Ta' Xbiex li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
15.2.99
Jista' l-Ministru jinvestiga u jara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha tirreġistra għal kważi dawn l-aħħar tliet snin mingħajr ma ġiet offruta impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata atwalment mhux qed tirreġistra iżda qed taħdem. Huwa beda jaħdem fil-28 ta' Diċembru 1998. Matul il-perjodu li dam jirregistra għax-xogħol, jiġifieri bejn is-26 ta' Jannar 1996 u l-24 ta' Diċembru 1998, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ offrietlu xejn anqas minn tlettax il-opportunita' ta' xogħol kemm fil-privat u kemm f'ażjendi parastatali.
Huwa ovvju li l-Onor. Interpellant ġie żgwidat mill-informazzjoni li ngħatatlu u għalhekk ikun aħjar jekk min jersaq biex jagħmel interpellanza f'dan il-Parlament, l-ewwel jivverifika l-fatti b'mod serju. Huwa proprju għalhekk li skond ir-regoli ta' dan il-Parlament m'għandhomx isiru mistoqsijiet ta' natura personali, iżda suppost li jsiru biss fuq materja ta' interess pubbliku.
15.2.99
Jista' l-Ministru jinvestiga d-dettalji tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u dan għar-raġunijiet hemm indikati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
15.2.99
Jista' l-Ministru jgħid meta se jimpjega aktar social workers, b'mod partikolari biex jissaħħaħ is-servizz tal-Family Therapy Services?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għandu joħroġ applikazzjonijiet għal numru ta' social workers. Uħud min dawk li jidħlu jagħmlu xogħol fis-"Support Services Unit" li tkopri wkoll xogħol fil-family therapy.
15.2.99
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern fir-rigward tal-fostering? Se ssir leġislazzjoni dwar dan? Se jsaħħaħ it-taqsima tal-fostering fi ħdan il-Family Therapy Services ta' l-SWDP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'hemmx taqsima li tagħmel il-Fostering fl-SWDP. Jeżisti Tim li jissejjah Inter Agency Fostering Team li jaħdmu fih flimkien (1.) id-Dipartiment għal Ħarsien tal-Familja, (2.) L-Uffiċċji tat-Tfal tal-Knisja, u (3.) l-SWDP.
Dan l-Inter-Agency Fostering Team għamel proposti dettaljati dwar policies u proċeduri meħtieġa għal-Fostering, fosthom dwar il-ħolqien ta' Kummissjoni Nazzjonali Dwar Fostering u wkoll dwar il-ħolqien ta' Aġenzija tal-Gvern (li tkun assoċjata mad-Dipartiment għal-Ħarsien tal-Familja) li tagħmel il-Fostering.
Il-Ministeru bħalissa qiegħed jikkonsidra b'mod attiv din il-proposta, għaliex iqis dan il-qasam fost il-prioritajiet tiegħu.
15.2.99