Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pilots Barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26888 u 27095 u jgħid mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum kemm telqu pilots barranin li kienu ġew ingaġġati għall-UK operations ta' l-Air Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum in-numru ta' piloti barranin li kienu ġew ingaġġati għall-UK operations ta' l-Air Malta u rriżenjaw kien ta' dsatax (19).

Malta Enterprise — Chief officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chief officerstal-Malta Enterprise? X'salarji u benefiċċji oħra għandhom? Meta nħatru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm tlett Chief Officers fil-Malta Enterprise b'dawn is-salarji u benefiċċji Lm21,018: Lm19,111 u Lm20,324. Dawn inħatru fl-1 ta' Jannar 2004, fl-24 ta' Mejju 2005 u fit- 22 t'Ottubru 2004.

Malta Enterprise — Chief officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni meqjusa bħala chief officermal-Malta Enterprise f'Jannar 2004? X'kien is-salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid jekk kienx hemm minnhom li kienu rriżenjaw minn dan l-impjieg? Jista' jgħid jekk kienx hemm każi ta' xi chief officer jew chief officersli rriżenjaw u baqgħu jitħallsu tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm tlett persuni meqjusa bħala chief officers mal-Malta Enterprise f'Jannar 2004 b'dawn is-salarju u benefiċċji Lm17,810; Lm18,500 u Lm17,416. Tnejn minnhom kienu rrizenjaw u ma baqgħux jitħallsu wara l-kuntratt. Mhux etika li nsemmi l-ismijiet.

Ħsarat fl-apparat elettriku

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk jistgħux isiru claims lill-Enemalta għall-ħruq ta' apparat elettroniku u ta' l-informatika kkawżat minn surges regolari tad-dawl f'postijiet, bħall-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, aktar u aktar billi dawn is-surges qed jiġru f'dan il-block ta' appartamenti bi frekwenza aktar qawwija minn postijiet oħra fl-istess inħawi ta' Ta' Xbiex? Jekk fl-affermattiv, lil min għandhom jiġu ndirizzati dawn it-talbiet? Fil-każ imsemmi l-familja ndikata garrbet ħsara ta' Lm600 fl-apparat ta' l-IT kif jista jixhed l-equipment maħruq li għadu għandhom.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Programmi ta' ġrajjiet kurrenti

Question

Peress li programm ta' ġrajjiet kurrenti maħdum mill-kuntrattur jiswa lil PBS Lm2,000 (Lm78,000 fis-sena) hemm xi ħsieb li bl-istess prezz jitqabbdu tmien ħaddiema full time mal-PBS biex dawn il-programmi jsiru inhouse?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema programm qed jirreferi.

SmartCity

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26967 u 27087 u jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru fi SmartCity matul din is-sena 2007? Kemm minn din is-somma kienet għal konsulenza jew pariri legali?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li din is-sena għal Smart City intefqu Lm6,371. Minn dawn intefqu Lm2360 f'konsulenzi jew pariri legali.

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26970 u 27088 u jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ministeru tiegħu u mal-entitajiet li jaqgħu taħtu, separatament matul din is-sena? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'rimunerazzjoni u jew benefiċċji għandhom u jekk ġewx ingaġġati fuq bażi temporanja jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qormi — Triq Dun Alwig Psaila

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-WSC qed tirrifjuta li tagħti s-servizz lil diversi residenti li applikaw għalih fi Triq ġdida fi Triq il-Wied (Triq Dun Alwig Psaila) Qormi wara li saħansitra nħarġilhom compliance certificate mill-MEPA?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema tal-Maltacom maqsum skond il-grad, u dan sakemm din għaddiet għand Tecom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li peress li l-Maltacom kienet u għadha kumpanija kwotata fuq l-iStock Exchange, din it-tip ta' informazzjoni ma tistax tingħata.

Fabbriki mwaqqfa f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn fabbriki li waqqfu l-operat tagħhom f'Malta matul is-sena 2006? Minn liema settur kienu ġejjin? Kemm kienu jimpjegaw nies? Kemm kienet ilha topera f'pajjiżna kull waħda minnhom? Jista' jgħid liema huma dawn il-fabbriki?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MITI — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MITI — Xogħol Sub Contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jaghti xoghol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment koncernat mhux bil-fors ikollu ghad-disposizzjoni tieghi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant ghar-raguni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi kas partikolari u/jew qed jirreferi ghal l-ghoti ta' kuntratti pjuttost mill- subcontracting, allura huwa mitlub jiccara u jerga' jissotometti mistoqsija parlamentari ohra.

Investigazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W358, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-investigazzjoni meħtieġa u x'irriżulta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru mar-residenti ta’ l-inħawi ma jirriżultax li hemm ilmenti ta’ vultaġġ baxx fit-triq imsemmija. Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku biex tkun tista’ issir investigazzjoni aktar dettaljata.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema li għalqu l-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għawdex — Xewkija

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Torri Gorgun, Xewkija, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li f'din it-triq għad m'hemmx sistema ta' drenaġġ imma għadhom jinqdew bil-fosos, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata peress li għar-residenti s-sistema preżenti hija ta' nkonvenjent kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qegħda fil-fażi ta’ ippjanar tas-sistema sħiħa tad-drenaġġ fl-inħawi tat-triq imsemmija fil-mistoqsija. Dan ix-xogħol jinkludi t-tqegħid ta’ mejnijiet tad-drenaġġ (Gravity u rising mains) kif ukoll il-bini ta’ pumping station . Irid isir ukoll l-akwist ta’ l-art fejn trid tinbena il- pumping station .

Tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu ż-żewġ proġetti ġodda għat-tisfija tad-drenaġġ li qed isiru f'Malta, jiġifieri fil-limiti tal-Mellieħa u fin-nofsinhar tal-pajjiż? Kemm mistenni jkun l-investiment fuq dawn iż-żewġ impjanti, separatament u kemm se jkun il-finanzjament li se joħroġ il-Gvern Malti? Min se jiffinanzja l-kumplament taż-żewġ impjanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Pumping station

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-tisħiħ tal-pumping stationtal-Marsa u x'rabta se jkollu mal-bini ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar tal-pajjiż? Fiex se jkun jikkonsisti dan it-tisħiħ, għaliex kien hemm il-ħtieġa li jsir u kemm se jiswa l-investiment li mistenni jsir? Jikkonferma li dan it-tisħiħ se jkun finanzjat ukoll minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.