Jista' il-Ministru jgħid x'inhu eżattament l-investiment tal-Malta Freeport Co. Ltd fil-port ta' Brindisi? Jista' jagħti rendikont sena b'sena sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu d-dejn tal-Malta Freeport Co. Ltd? Kif qed jitħallas? X'interessi tħallsu kull sena, sena b'sena, mis-sena 1990 sal-lum? Kif inhu l-pjan u kif se jitħallas dan id-dejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tbattil tal-fosos fi Triq Hieronmus fin-Naxxar hux responsabbilta' tal-gvern ċentrali jew tal-privat? Jekk hu tal-gvern ċentrali, jista' jgħid meta l-aħħar li sar it-tbattil neċessarju u meta se jerġa' isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li kuntrattur mqabbad mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, huwa obbligat li jmur ibattal il-fosos darba fil-ġimgħa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma tistax tagħti servizz lill-klabb ta' Pembroke minħabba li dan huwa 'il bogħod mill-mains? Jekk fl-affermattiv, ma jistgħux isiru xi pipes temporanji biex nies li qegħdin jagħtu sehemhom fil-volontarjat ikunu moqdijin ukoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni għal servizz ta' l-ilma fil-klabb ta' ma ġenb il-football ground ta' Pembroke, ninfurmaħ li bħalissa, fl-inħawi ta' dan il-post m'hemmx għaddejja is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma u għaldaqstant ix-xogħol biex isiru l-kanen meħtieġa biex il-klabb imsemmi jkollu s-servizz tal-ilma, jiswa lill-applikant madwar Lm1,000.
Madanakollu, jekk dan il-klabb jista jistenna ftit, dalwaqt se tiġi estiża s-sistema tad-distribuzzjoni minħabba l-bini l-ġdid tal- Housing Authority fil-viċinanzi. Darba ssir din l-estensjoni, id-distanza għall- klabb u l-ispiza biex jingħata s-servizz ikunu ferm anqas.
Jekk il-klabb ghandu bżonn urġenti u mmedjat għas-servizz ta' l-ilma u ma jistax jistenna ftit, m'hemmx triq oħra ħlief li jitħallas biex isiru l-kanen apposta għalih, spiża ta' madwar Lm1000.
Fid-dawl ta' l-aħbar tal-privatizzazzjoni ta' l-Interprint, jista' il-Ministru jinformani jekk il-gvern hux qed jara xi investiment minn barra jew minn Malta? Il-ħaddiema li spiċċaw se jkunu preferuti biex jerġgħu jaħdmu sakemm ikunu għadhom bla xogħol sa dak iż-żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Meta jkun il-waqt, il-Gvern jikkunsidra kull investiment.
Il-ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg mal-Interprint ħadu t-terminal benefit skond il-Collective Agreement.
Jista' il-Ministru jintervjeni biex ħdejn u fit-triq tal-klabb Pembroke f'Pembroke, isiru xi dwal fl-interess tas-sigurta' ta' tfal li jkollhom jimxu hemmhekk fid-dlam, b'riskju kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-installazzjoni ta' bozoz ġodda , minħabba l-proċess tad-devoluzzjoni, issa saret ir-responsabilita' tal-Kunsilli Lokali u ma għadhiex ta' l-Enemalta.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7728 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' u cioe' jista' jgħid jekk huwiex minnu li s-sussidju fuq it-telephone għall-anzjani li għandhom il-kartuna r-roża qiegħed jingħata biss għal 5,000 anzjan? Din il-policy kienet minn dejjem jew ġiet imposta issa? Jista' jgħid meta ġiet imposta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-PQ 1130.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għal din is-sena t-tarzna hux se jkollha biżżejjed flus biex tħallas il-pagi tal-ħaddiema tagħha jew il-gvern se jkollu jgħaddilha iżjed flus biex ikollha mnejn tħallas il-pagi kollha tal-ħaddiema? Fil-każ li iva, kemm se jkollu jgħaddilha iżjed flus sa l-aħħar tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'servizz ta' trasport bl-ajru hemm maħsub li jibda jopera bejn Malta u Għawdex wara li jieqaf is-servizz bil-helicopter ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Matul l-aħħar sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema ta' l-Air Malta li telqu minn mal-kumpannija u mhux irtiraw biż-żmien? F'liema oqsma telqu f'kull każ? Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'postijiet ġodda ġew mimlija fl-Air Malta fil-livelli ta' management f'dawn l-aħħar xhur? Liema huma dawn il-postijiet ġodda u min intgħażel biex jimlihom? Kemm minn dawn ġew minn barra l-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Air Malta ħabbret l-ħatriet tas-Senior Management fl-Lulju li għadda fejn ġew maħtura sitt (6) Chief Officers.
Il-ħatriet huma kif jidher hawn taħt -
Chief Officer Operations & Maintenance Mr Manuel Agius
Chief Officer Strategic Planning Mr Dominic Attard
Chief Officer Subsidiaries Mr Wilfred Borg
Chief Officer Finance Mr Alfred Lupi
Chief Officer International & EU Affairs Dr Catherine Tabone
Chief Officer Human Resources & Corporate Services Mr Adrian Coppini
Dawn il-ħatriet ġew mimlija nternament ħlief għall-pożizzjoni waħda dik ta' HR & Corporate Services.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-limited liability companies li għandhom investiment tal-gvern? X'inhu kull investiment f'kull kumpannija u kemm timpjega persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta u minn min kienet magħmula ir-Rotos Ziraya? X'kien l-investiment tal-Gvern Malti? Kemm kien hemm impjegati sena b'sena sa l-għeluq tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid meta u minn min hi magħmula il-Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd? X'kien u x'inhu preżentement l-investiment tal-gvern? Kemm hemm impjegati u min hu l-bord tad-diretturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7600?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ir-riżultat tat-tender għal-kiri ta' muturi minn Maltapost, (referenza TO1MP/2001) ġie deċiz mill-Bord tad-Diretturi fil-11 ta' Ottubru 2002. It-tender bdiet tiġi mplimentata f'Awissu tal-2004 minħabba li Maltapost kienu qed jirristrutturaw l-operat, li wassal fi tnaqqis fin-numru ta' muturi meħtieġa.
Tul l-aħħar 30 sena, l-amministrazzjonijiet postali użaw is-servizzi ta' diversi kumpaniji għall provista ta' muturi. Ta' min jinnota li għall-inqas f'dawn l-aħħar għaxar snin, il-muturi meħtieġa minn Maltapost ġew provduta minn żewġ kumpaniji f'Malta u waħda f' Għawdex - Peter's Scooter Shop u Albert Company Limited f'Malta, u On Two Wheels f'Għawdex.
Maltapost plc ma xtratx muturi ġodda.
Albert's Company Limited, li rebħu t-tender, qed jipprovdu l-ammont totali ta' muturi meħtieġa minn Maltapost.
It-tender ingħata lil Albert's Company Limited fl-4 t'Awissu ta' din is-sena, u l-kumpanija qegħda fil-proċess li timplimenta dan i t-tender permezz ta' muturi ġodda.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta għandhiex il-ħsieb li fil-futur tirranġa l-problema tad-dawl li hemm ħdejn l-entratura tal-klabb tar-regatta ta' l-Isla u li ilha mingħajr dawl sentejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li biex titjieb is-sitwazzjoni u l-vultaġġ fl-Area msemmija jissaħħaħ hemm bżonn li jinbidlu l-linji. Dan għandu jsir bħala parti mill-programm ta' rinfurzar tal-linji ta' tenzjoni baxxa.