Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – każ ta’ sid ta’ pompa tal-petrol

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28771, peress li jiena ma tlabt ebda kumment mingħand l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, tista’ l-Ministru tgħid liema kienu dawk l-artikoli tal-Att dwar il-Kompetizzjoni li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) uża, minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 sabiex ikompli jinvestiga u joħroġ id-deċiżjoni mingħajr ma jimponi multi amministrattivi f’Ottubru li għadda fil-każ tas-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li peress l-mistoqsija tirrigwarda il-proċeduri li huma pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), l-Uffiċċju m'huwiex f’pożizzjoni li jikkumenta peress il-każ huwa sub judice.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni — – ħruġ ta’ Statements of Objections

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28773, tista’ l-Ministru tgħid meta ġie mressaq l-ilment u meta nħareġ l-iStatement of Objections? Taħt liema artikolu tal-Att dwar il-Kompetizzjoni nħareġ l-iStatement of Objections?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-ilment daħal f’Novemberu 2015 u l-Uffiċċju kkunsidra talba għall-mizura interim li saret f’Lulju 2016. L-istatement of Objections rigward il-mizura interim inħareġ f’Awissu 2016 u dan inħareg ai termini tal-artikolu 12A(1) tal-Kap 379.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni fil-każ tal-Federation of Estate Agents — investigazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28772, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni waqqafx l-investigazzjoni li kien qed jagħmel fir-rigward tal-Federation of Estate Agents?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għal mistoqsija parlamentari 28519.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – ħruġ ta’ Statement of Objections

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28772, tista’ l-Ministru tgħid taħt liema artikoli tal-Att dwar il-Kompetizzjoni nħareġ l-iStatement of Objections fil-konfront tal-Federation of Estate Agents?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Istatement of Objections inħareġ ai termini tal-artikolu 12A(1) tal-Kap 379.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni — każijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28774, tista’ l-Ministru tgħid meta t-tmien każijiet pendenti ġew imressqa quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u liema setturi dawn jikkonċernaw?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-ħames każijiet ġew imressqa bejn 2008 u 2011 u jikkonċernaw tlieta fis-settur tat-telekommunikazzjoni, wieħed dwar is-settur tal-assikurazzjoni ieħor tat-transport. Tliet każijiet oħra huma pendenti quddiem it-tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur u li jikkonċernaw tnejn fis-settur tat-Transport u ieħor tal-energija.

Ministeri – bdil ta’ toilets

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm-il sinjaletika għal gender neutral toilet inbidlu f’Ministeri u entitajiet oħra sabiex isiru aċċessibbli għal kull ġeneru, wara ċ-ċirkolari maħruġa mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel il-ħruġ ta’ Memo intern għas-Segretarji Permanenti nhar it-8 ta’ Lulju 2016 in-numru ta’ toilets gender neutral kienu jammontaw għal 368. Wara l-implementazzjoni ta’ dan il-Memo, in-numru ta’ dawn it-toilets tela’ għal 674, jiġifieri żieda ta’ 306 jew 83%.

Marsaxlokk – LNG Tanker – External Emergency Plan

Question

Peress li fl-External Emergency Plan relatat mal-irbit tat-tanker tal-LNG fil-port ta' Marsaxlokk jistipola li għandu jkun hemm proċeduri ta' evakwazzjoni għan-nies f'każ ta' inċident fil-Power Station ta' Delimara u/jew fit-tanker tal-LNG u/jew fir-refuelling tanker, tista’ l-Ministru tgħid liema residenti jridu jiġu evakwati, ta' liema lokalità, kemm nies għandhom jiġu evakwati f'każ ta' inċident, kif se jiġu evakwati u x'inhu l-pjan ta' emerġenza?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28445.

Direttur Ġenerali – talbiet għall-ħruġ ta’ interim measures

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28528 tista’ l-Ministru tgħid kemm-il interim measure, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ħareġ fuq inizjattiva tiegħu għall-perjodu msemmi?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 28528.

MCCAA – Memorandum of Understanding

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi Memorandum of Understanding li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni? Jekk iva, tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma hemmx Memorandum of Understanding bejn l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni u dan peress li kull entità formanti parti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur hija reċiprokatament indipendenti u awtonoma mill-entitajiet oħra skont l-Att dwar Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

MCCAA – Business plans

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plans tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur li ġew magħmula u maqbula skont l-Att li jwaqqaf l-Awtorità minn Marzu 2013 ‘l hawn?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma ġewx ippubblikati business plans mill-Awtorità, skont l-Att tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn mindu din twaqfet.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni — deċiżjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li kienu mressqa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur u ma tkomplewx jiġu mismugħa mit-Tribunal?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li llum, 6 ta’ Diċembru 2016, it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur ssospenda il-proċeduri fil-kawża bl-ismijiet Falzon Group Holdings Limited Et Vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) minħabba l-kawża kostituzzjonali pendenti Falzon Group Holdings Limited Et Vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) Et. Dan huwa l-unika każ fejn it-Tribunal ssospenda il-proċeduri.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – ksur ta’ artikolu 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, sena b’sena, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il deċiżjoni ġiet meħuda mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rigward ksur ta’ artikolu 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, u kemm minnhom ġew appellati biex jiġu mismugħa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li minn Marzu 2013, fir-rigward tal-ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ deċiżjoni waħda fl-4 ta’ Ottubru 2016 li tikkonċerna s-settur tal-fuel, liema deċiżjoni ġiet appellata. Dik kienet l-unika deċiżjoni li ħa l-Uffiċċju minn mindu twaqqfet l-Awtorità f’Mejju 2011 f’dak li għandu x’jaqsam ma' ksur tal-Artiklu 5 jew 9. Deċiżjoni li kien ħa l-Uffiċċju ukoll din is-sena kien fir-rigward ta’ ‘ school transport fees ’ iżda f’dan il-każ ma nstabx ksur ta’ Artiklu 9.

Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur — deċiżjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm deċiżjonijiet meħuda mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn id-deċiżjonijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

LNG Tanker — magni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li sa sena oħra se jintfew il-magni tal-LNG tanker li jinsab marbut fix-xatt ta' Marsaxlokk u għalhekk se jiġi qisu floating barge? Jekk jinqala’ xi aċċident jew inkella jkun il-maltemp, dan it-tanker kif se jinħareġ barra l-port?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28438.

LNG Tanker — Xogħol pirotekniku għall-festi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jibqa’ jinħaraq xogħol pirotekniku għall-festi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 28441.

Bajja ta’ Birżebbuġa – sports tas-sailing affettwat mill-LNG tanker

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkun affetwat l-isports tas-sailing li jiġi pprattikat fil-Bajja ta' Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28442.

LNG Tanker – manuvrar ta’ vapur deħlin u ħerġin mill-Freeport

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkunu affetwati l-manuvrar ta' vapuri li jkunu deħlin u ħerġin mill-Freeport minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28443.

LNG Tanker – ħruġ ta’ bastimenti tas-sajd mill-port ta’ Marsaxlokk

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkun affetwat id-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti tas-sajd mill-port ta' Marsaxlokk minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fl-istess port speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28444.

European Competition Network – deċiżjonijiet – żieda fit-tariffi tat-trasport għat-tfal

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-European Competition Network ġiex infurmat bid-deċiżjonijiet li l-Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni ħa fir-rigward taż-żieda fit-tariffi tat-trasport għat-tfal tal-iskola u dwar is-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-fuel? Jekk dawn ma intbagħtux, tista’ tgħid għalfejn dan ma sarx?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għandu obbligu li jinforma lil Kumissjoni Ewropeja/European competition network meta jaġixxi taħt l-artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeja. Fir-rigward taż-zewġ deċiżjonijiet imsemmija peress li l-investigazzjonijiet kienu jirrigwardaw biss l-applikazzjoni tal-artikoli 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni l-Uffċċju ma kellux obbligu li jinfurma lil Kumissjoni Ewropeja.