Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każini tal-baned — Commissions mill-banek tal-lottu

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallas l-ammont dovut lill-każini tal-baned u dan bħala commissions għall-banek tal-lottu li l-istess soċjetajiet kienu ġew imwiegħda li se jibqgħu jitħallsu anke wara l-bejgħ tal-lottu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijet dwar l-ammont dovut lill-każini tal-baned bħala commissions għall-banek tal-lottu u dan dalwaqt jiġi maħdum u mgħoti lil dawn il-każini inkluż l-arretrati.

Finanzi — Performance Allowances

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-performance allowances lid-diretturi u assistenti diretturi mad-dipartiment tal-finanzi, liema allowances normalment jitħallsu f'Mejju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħlas ta’ performance bonuses lil diretturi u assistenti diretturi fil-Ministeru tal-Finanzi qed jiġu pproċessati issa minħabba xi dewmien li kien hemm primarjament dovut billi l-eżerċizzju għas-sena konċernata kien jinkorpora fih numru ta’ uffiċjali li rtiraw bl-età jew li llum iservu f’diversi Ministeri oħra.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn klandestini miżmuma mill-armata bħalissa? Kemm swew is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sas-7 ta’ Ottubru 2004, in-numru totali ta’ immigranti irregulari li qegħdin jinżammu mill-Armata kien ta’ 758. Minn dawn, 478 qed jinżammu fil-Closed Centre li hemm fil-Barracks ta’ Ħal Safi filwaqt li l-kumplament, cioé 280, qed jinżammu fl-Open Centre li hemm fl-Lyster Barracks ta’ Ħal Far. Is-sena l-oħra, l-Armata nefqet is-somma ta’ Lm667,925, filwaqt li din is-sena, sa l-aħħar ta’ Settembru ġa ntefqet is-somma ta’ Lm714,215

Servizz Pubbliku — Skrivani ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid hux il-ħsieb tal-gvern li jimpjega l-kumplament ta' l-iskrivani li għaddew mill-aħħar eżami? Kemm għaddew mill-imsemmi eżami u kemm ġew impjegati sa issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet il-validità ta’ l-eżami għar-reklutaġġ ta’ Skrivani mas-Servizz Pubbliku skada fil-15 ta’ Mejju 2004. Għaldaqstant it-tweġibiet mitluba mhumiex relevanti.

Entitajiet tal-Gvern — Self

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' self li għandhom entitajiet tal-gvern bl-approvazzjoni tal-ministeru tal-finanzi? Kemm minn dan is-self huwa ma' banek lokali u kemm huwa ma' banek/soċjetajiet barranin? X'inhi r-rata ta' imgħax f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fil-lista mehmuża. Din il-lista tikkonsisti fil-bilanċi fl-aħħar ta’ Ġunju tas-self li għandhom l-entitajiet tal-Gvern bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, bl-imgħax medju għal kull entità.

OPM — Persuni li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu dawk li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel fl-elezzjoni ta' Ġunju 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.

Żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għaliex se jkunu sussidjati, għolew saħansitra b'50c fil-kilo bħal fil-każ tal-ġobon cheddar? Jista' jinformana x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat tal-prezzijiet ta' prodotti ta' l-ikel tal-ħajja ta' kuljum? Jista' il-Prim Ministru jassigura lill-poplu li l-prezzijiet taċ-cheddar u ġobnijiet oħra mhux se jkomplu jogħlew aktar fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Eco Tax

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7470 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul s'issa fl-ewwel xahar mill-introduzzjoni ta' l-Eco Tax (inkluż id-dħul minn VAT fuq it-taxxa ta' l-Eco Tax)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel pagament ta’ l-ECO Contribution għal dawk il-persuni reġistrati għal ECO u li l-perjodu tagħhom għalaq fil-31 ta’ Ottubru 2004 għandhom flimkien mad-denunzja tal-VAT l-obbligu li jagħmlu l-pagament ta’ l-ECO Contribution sal-15 ta’ Diċembru 2004 fuq id-denunzja ta’ l-ECO Contribution.

Servizz Ċivili — Impjegati 'il fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Servizz Ċivili — Użu ta' vetturi mill-impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern? Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal-karozzi tal-kiri għal multi li huma ħallsu għal karozzi li huma mikrija lill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Servizz ta' ISP providers

Question

Peress li l-gvern qiegħed jipprovdi servizz ta' l-internet u e-mail lill-impjegati tiegħu, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu awtorizzax li impjegati tal-gvern/ministeri jużaw (a spejjeż tal-gvern) is-servizz ta' ISP providers privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern jipprovdi numru sostanzjali ta’ e-mail accounts u numru ferm aktar ristrett ta’ internet accounts lill-impjegati tiegħu skond il-ħtieġa tax-xogħol. Dan is-servizz hu provdut lilhom bl-aċċess minn fuq il-post tax-xogħol. Ninsab infurmat ukoll li hemm numru ferm żgħir ta’ impjegati f’karigi għoljin fis-Servizz Pubbliku li għal finijiet ta’ xogħol ikollhom bżonn aċċess għal e-mail mid-dar wara l-ħin tax-xogħol. Għaldaqstant il-Gvern ipprovda l-faċilità li jiġu mogħtija ADSL jew Cable connection mid-dar għal MITTS Ltd. Il-Gvern mhux iħallas lil ISP Provider privat biex jipprovdi s-servizz ta’ l-internet lill-impjegati.

Uffiċini mikrija lill-gvern — Ħlas ta' kera

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu? Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern? Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz Pubbliku — Mobile phones

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus kull xahar li huma intitolati għalih l-impjegati tal-gvern għal użu tal-mobile phones? Kemm huma l-impjegati li qabżu dan l-ammont mill-2003 sa Settembru 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tax Compliance Unit — Professjonijiet/Self-Employed

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-professjonijiet u kategoriji ta' self-employed li s'issa ġew mistiedna mit-tax compliance unit biex jidħlu f'taħditiet biex isir ftehim fuq it-taxxa tad-dħul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa il-kategoriji ta’ self-employed li ġew mistiedna mit-Tax Compliance Unit biex jiddiskutu u jidħlu fi ftehim fuq it-taxxa tad-dħul huma dawn: 1. Automobile Repairers: mekaniks sprayers panel-beaters 2. Professjoni Medika: Tobba tal-familja (General Practitioners) Tobba Speċjalisti (Medical Consultants) Professjonisti oħra jew nies self-employed li jipprovdu xi tip ta’ servizzi oħra jiġu mistiedna biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tat-taxxa tagħhom wara li titlesta kull kategorija.

Tax Compliance Unit — Professjonijiet/Self-employed

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna minn kull professjoni jew kategorija ta' self-employed s'issa ġew mistiedna mit-tax compliance unit biex jidħlu f'taħditiet biex isir ftehim fuq it-taxxa tad-dħul? Kemm fil-fatt minn dawn daħlu fi ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella annessa.

Baċir Nru 1 — Żvilupp

Question

Issa li għal aktar minn tmien snin ilu jingħad li jrid isir żvilupp fl-area ta' Baċir Nru 1, jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u jekk għadu ma jafx, meta se tittieħed deċiżjoni li dan il-post ikun jista' jitgawda min-nies tal-Kottonera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li dan il-Gvern reġa’ ħa lura l-pussess ta’ Baċir Numru 1, bħala parti mill-impenn tal-Gvern għall-iżvilupp Urban u Soċjali tal-Kottonera, il-Kumitat tal-Kabinett dwar il-Proġett Nazzjonali diġà approva d-Developmen Brief dwar l-iżvilupp tal-Baċir Nru 1. Il-pass li jmiss huwa li MEPA tapprova formalment il-brief u tagħmel il-konsultazzjonijiet pubbliċi. Wara dan il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq joħroġ sejħa internazzjonali għal proposti. Dan juri biċ-ċar li l-Gvern qed jagħti prijorità għall-iżvilupp ta’ dawn l-inħawi.

Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann — Direct orders

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma d-direct orders u x'kien il-valur tagħhom li ngħataw mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann? Min jawtorizza l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Numru 5937.

Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif intgħażlu l-ħaddiema mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann li jdawru t-turisti? Kif intgħażlu l-periti u l-konsulenti l-oħra? Qatt saret sejħa pubblika qabel ma saret l-għażla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Numru 5936.