Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5816 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4862, qed nibgħat id-dettalji separatament.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna li għaliha qiegħda tirreferi ġiet ikkuntattjata bit-telefon u din spjegat li l-problema tagħha ma kelliex x'taqsam mal-farmaċija iżda mar-riċetta. Hija qalet li għalkemm fuq il-kartuna s-safra kien hemm imniżżel Fludrocortisone 100 micrograms darbtejn kuljum jiġifieri sittin pillola fix-xahar, ir-riċetta kienet qed tinkiteb għal tletin fix-xahar. Din il-persuna ngħatat parir li tikkjarifika din il-kwistjoni mat-tabib li qed jagħmlilha ir-riċetta.
Leg 9 PQ #5857 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5472, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet, l-ID Card tagħhom u kemm kien l-overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed xi nżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5472 tas-Seduta Nru. 76.
Leg 9 PQ #5863 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Air Malta Cargo Division — Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa jew il-ministeru rċevewx ilmenti dwar abbużi li qed isiru fejn hemm l-inċineratur li jintuża mill-Air Malta Cargo Division fl-Ajruport ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fin-nuqqas ta' aktar dettalji, nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku dwar l-abbuż li qed jallega li qed isir.
Leg 9 PQ #3744 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli "Asacol" humiex available fl-ispiżeriji ta' l-isptarijiet u taċ-ċentri tas-saħħa? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid min meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. L-isem ġeneriku tal-mediċina 'Asacol' huwa 'Mesalazine' li hi 'stock item' fis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern. 2. Il-pilloli 'Mesalazine' huma 'available' fl-ispiżeriji kollha ta' l-isptarijiet u taċ-ċentri tas-saħħa. 3. S'intendi, il-pilloli 'Asacol' propri m'humiex 'stock item' u m'humiex 'available' fuq bażi regolari fis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern.
Leg 9 PQ #3748 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Kenniesa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri li ħa l-Ministru biex jilqa' għan-nuqqas ta' kenniesa f'Mount Carmel Hospital?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent żewġ persuni qegħdin jagħmlu ix-xogħol ta' kenniesa fil-grounds ta' l-isptar Monte Carmeli. Fil-fratemp qed issir evalwazzjoni tal-bżonnijiet f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #3749 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ġardinara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema jieħdu ħsieb il-ġonna u jaqtgħu l-ħaxix ħażin f'Mount Carmel Hospital?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalissa hemm persuna waħda taħdem bħala ġardinar. Hemm ukoll żewġ persuni oħra li jaqtgħu il-ħaxix ħażin.
Leg 9 PQ #3750 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Fattigi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri li ħa l-Ministeru biex jilqa' għan-nuqqas ta' fattigi f'Mount Carmel Hospital?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sitwazzjoni għadha qed tiġi mistħarrġa.
Leg 9 PQ #3751 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu biex ma jkunx hemm overtime bla bżonn ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-'overtime' fl-isptar Monte Carmeli qiegħed jiġi ikkontrollat. L-'overtime' isir biss fejn il-'management' iħoss li jkun hemm ħtieġa għalih. Ser jiġu wkoll introdotti miżuri li jirrisponsabilizzaw lil min japprova l-overtime u tiddaħħal sistema ta' monitoring ta' overtime approvat.
Leg 9 PQ #5151 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ward Clerks

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm impjegati fil-ħidma ta' ward clerks tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 ġewwa d-Dipartiment tas-Saħħa u hemmx il-ħsieb li dan in-numru jiżdied?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor Interpellant li n-numru ta' Ward Clerical Assistants impjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 kien 93, 90, 83 u 119 rispettivament. Qed isir studju biex jiġi deċiż jekk dan l-aħħar numru huwiex suffiċjenti.
Leg 9 PQ #5352 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex operazzjonijiet mill-aktar komuni bħal, per eżempju, dik tal-ġebla, tal-katarretti, eċċ qed jieħdu appuntamenti għal aktar minn sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-'waiting list' għal kull tip ta' operazzjoni (mhux urġenti) fl-għajnejn tvarja bejn erbgħa u sebgħa xhur, filwaqt li dik għal operazzjonijiet ta' ġebel fil-kliewi hija ta' inqas minn tlett xhur. Nerġa nirrepeti li l-'waiting time' ivarja minn konsulent għall-ieħor u li l-'waiting times' tagħna huma bil-bosta aħjar minn dawk li hemm f'pajjiżi aktar żviluppati minna.
Leg 9 PQ #5552 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni jbatu minn cancer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew diagnosed li qed ibatu minn xi forma ta' cancer is-sena l-oħra? Kemm mietu b'din il-marda s-sena l-oħra? X'tip ta' cancer kellhom dawk li ġew diagnosed u dawk li mietu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5704 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġenerali — Hospital Auxiliaries

Question

Jaf il-Ministru li l-prassi hi li dawk il-ħaddiema li jagħmlu 15-il sena jaħdmu bħala Hospital Auxiliary group B (ekwivalenti għal grad 18) fl-iSptar Ġenerali t'Għawdex, dawn awtomatikament jieħdu group D? Jaf il-Ministru li f'dan l-isptar hemm ħaddiema li minkejja li skorrew iż-żmien stipulat jaħdmu x-xogħol fuq imsemmi, dawn baqgħu ma ħadux il-grad ta' group B? X'passi se jittieħdu biex dawn it-talin jieħdu l-grad mistħoqq? Kemm hemm ħaddiema ta' dan it-tip jaħdmu fl-isptar fuq imsemmi li huma ntitolati għal grad ta' group B u għadhom ma ħaduhx? Kemm hu n-numru ta' dawk il-persuni li kienu ntitolati għal dan il-grad ta' group B u baqgħu ma ħaduhx anke li llum spiċċaw l-impjieg tagħhom bl-eta'? X'se jiġri minn dawn l-ex-ħaddiema u kif se jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernata.
Leg 9 PQ #5705 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Financial Auditors

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-financial auditors tal-FMS?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-'Financial Auditors' ta' l-F.M.S. huma HORWATH(Malta).
Leg 9 PQ #5706 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Head of Institutional Operations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' Head of Institutional Operations mal-FMS? Saru l-interviews? Jekk fl-affermattiv, minn min saru u min intgħażel (isem u ID card)? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-kundizzjonijiet ta'mpjieg li l-persuna magħżula daħlet bihom? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-kundizzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġi pproċessati.
Leg 9 PQ #5707 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Financial Controllers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' Financial Controller for Government Pharmaceutical Services mal-FMS? Saru l-interviews? Jekk fl-affermattiv, minn min saru u min intgħażel (isem u ID Card)? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-kondizzjonijiet ta' impjieg li l-persuna magħżula daħlet bihom? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-kondizzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li saru żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-post ta' Financial Controller for Government Pharmaceutical Services mal-F.M.S. Għalhekk nitolbu jispeċifika għall liema sejħa qed jirreferi.
Leg 9 PQ #5708 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Transport Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' transport officer for Ambulance Garage St. Luke's Hospital mal-FMS? Saru l-interviews? Jekk fl-affermattiv, minn min saru u min intgħażel (isem u ID Card)? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-kondizzjonijiet ta' impjieg li l-persuna magħżula daħlet bihom? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-kondizzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Intepellant li għall post ta' Transport Officer ma l-F.M.S. applikaw sebgħa(7) Saru żewg(2) interviews minn 'Interview Committee' magħżul mill-Bord ta' l-F.M.S. li kien kompost minn: Mr. E. Attard - Chief Executive ta' l-F.M.S. Mr. E. Micallef - Director of Corporate Services Ms. J. Camilleri - Financial Controller ta' l-F.M.S. Intgħażel Mr. Vince Vella - I.D. No. 385743(M) Kopja tal-Kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5709 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Personal Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' personal assistants to the Chief Executive Officer mal-FMS? Saru l-interviews? Jekk fl-affermattiv, minn min saru u min intgħażel (isem u ID Card)? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-kondizzjonijiet ta' impjieg li l-persuna magħżula daħlet bihom? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-kondizzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #5710 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Medical Equipment Organiser

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' Medical Equipment Organiser mal-FMS? Saru l-interviews? Minn min saru? Min intgħażel? Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-ID Card tiegħu? Jekk intgħażlet il-persuna għall-post imsemmi, x'inhuma l-kondizzjonijiet li daħal bihom? Jista' l-Ministru jpoġġi l-kondizzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għall-post ta' Medical Equipment Organiser ma l-F.M.S. applikaw sebgħa(7) Saru żewg(2) interviews minn 'Interview Committee' magħżul mill-Bord ta'l-F.M.S. li kien kompost minn: Dr. Ray Xerri - Director Policy & Planning Dr. J. Zarb Adami - Ministry of Health Dr. Kenneth Grech - Department of Health Ing. Vince Magri - Works Department Intgħażel Ing. Christopher Attard Montalto - I.D. No. 260567(M) Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5732 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Uniformijiet ta' midwives

Question

Jista' l-Ministru jagħti stampa ċara ta' uniformijiet ta' midwives u li nsterqu dan l-aħħar? Fejn kienu jinżammu dawn l-uniformijiet? Kif kienu merfugħa u min kien iżomm iċ-ċwievet jew b'liema mod kienu jinżammu? Min kien responsabbli ta' dawn l-uniformijiet? X'passi se jittieħdu? Kemm kienu jiswew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Saħħa m'għandha l-ebda rapport li nsterqu xi uniformijiet tal-'midwives'.
Leg 9 PQ #5743 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex minn xi tlett xhur 'il hawn il-prodotti li jingħataw lil pazjenti bil-kondizzjoni coeliac mill-ispiżeriji u stores tal-gvern fuq Schedule V naqsu mill-varjeta' u mill-kwantita'? Kif se jserraħ ras il-pazjenti li għandhom din il-kondizzjoni, li s-sitwazzjoni se terġa' tiġi għan-normal fl-iqsar żmien possibbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-problemi li kien hemm dan l-aħħar fl-għoti tal-prodotti lill-pazjenti bil-kundizzjoni coelic, inħolqu minħabba li ħafna prodotti ma kienux aċċettabbli għal pazjenti u għalhekk kien hemm ħela kbira. Għalhekk intbagħat kwestjonarju lill-pazjenti, biex jindikaw il-prodotti ppreferuti minnhom ħalli dawn ikunu jistgħu jinxtraw mid-Dipartiment. B'hekk minbarra li l-pazjent jkollu il-prodotti li jixtieq, tinqata' wkoll il-ħela.