Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew aċċettati studenti fl-ewwel sena fl-Universita' ta' Malta? Jista' jgħid f'liema korsijiet?
Jista' jgħid ukoll ta' liema nazzjonalita' huma u kemm hemm minn kull pajjiż?
Response (GALEA, LOUIS)
In-numru ta' studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fl-Universita' ta' Malta kors b'kors u mill-liema nazzjonalita' ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min jeżerċita kontroll fuq korsijiet universitarji li jiġu offruti lill-Maltin, anke permezz ta' reklami fil-gazzetti, fuq il-kontenut tal-korsijiet offruti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Onor. Membru konċernat qed jsemmi 'korsijiet offruti lill-Maltin permezz ta' reklami fil-gazzetti', nassumi li qed jirreferi għall-korsijiet offruti minn Universitajiet barranin. Ninsab informat li l-Universita' ta' Malta ma għandiex taqsam ma' dawn l-Universitajiet.
Il-liġi dwar l-edukazzjoni bħalissa ma tipprovdix b'mod adegwat għall-kontrolli meħtieġa. Hu maħsub li din il-kwestjoni tiġi trattata fil-proposti ta' tibdil fil-liġi konċernata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Institute of Health Care fl-ewwel sena akkademika?
Jista' jgħid ukoll dawn l-istudenti ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 242 student daħlu fl-Institute of Health Care din is-sena, inkluż żewġ barranin ta' nazzjonalita' Niġerjana.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ġeneralment it-transfer ikun sar fuq talba ta' l-individwu approvata mid-Dipartiment konċernati.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm saru job placements mill-ETC din is-sena? Kemm placements kienu mal-privat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' job placements li saru mill-ETC din is-sena s'issa kienu 1,724 , li minnhom 1,438 kienu mal-privat.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom matul din is-sena, xahar b'xahar u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa Lulju 2004 kien hemm 1,510 persuna li ġew jirreġistraw għax-xogħol wara li sfaw issensjati (redundant).
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi minn liema settur kienu ġejjin dawn il-persuni.
ETC — Persuni li jinqatgħu mir-reġistru tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jara għala persuna li tkun inqatgħet mir-reġistru tax-xogħol mill-ETC u tappella, trid tistenna ġieli anke ħamsa jew sitt xhur qabel ma tidher quddiem l-awtorita' nazzjonali tax-xogħol bil-konsengwenti tbatija għall-imsemmijin persuni li jkollhom jgħaddu x-xhur jittalbu għax ikun inqatgħelhom l-unemployment benefit? Tajjeb li wieħed jgħid li din hija prassi li ilha hekk is-snin u hija n-norma fi kważi l-appelli kollha li jsiru.
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Awtorita' tiltaqa' regolarment darba fil-ġimgħa anke fix-xhur tas-sajf u tisma' għoxrin każ kull seduta. Fil-każ ta' Għawdex tagħmel seduti żejda biex tisma' il-każi f'Għawdex. Peress li xi każi jkollhom jiġu posposti u jistemgħu aktar minn darba dan il-fatt joħloq ċertu dewmien li l-Awtorita' m'għandiex kontroll fuqu.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk l-istudenti li minkejja li kien intqal lilhom li kif ilestu s-sentejn fil-prevocational school se jibdew id-diploma fl-Institute of Health Care, s'issa baqgħu barra?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 7929.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7516, il-Ministru jqis li t-trasport eżistenti huwa biżżejjed meta wieħed iqis in-numru ta' tfal li għandhom bżonn it-trasport?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt assigurat li għan-numru ta' tfal li joqgħodu l-Qawra diġa jeżisti trasport u it-trasport li ġie provdut mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jaqdi l-bżonnijiet tat-tfal li jagħmlu użu minnu.
Raħal Ġdid — Skola Ġuże' D'Amato - servizz ta' facilitator
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex tifel ta' 12-il sena - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - kien qed jieħu servizz ta' facilitator fl-iskola Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid, twaqqaflu dan is-servizz u jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' ikollu facilitator?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan it-tifel reġa' ġie assessjat mill-Istatementing Board u reġa' ngħatalu full-time facilitator.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li weħlu fl-eżamijiet tal-MATSEC fid-diversi suġġetti? (A level)
Jista' jgħid ukoll kemm minnhom għamlu resit u kemm għaddew?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-ewwel ġimgħa fl-Universita' ta' Malta wasluli diversi rapporti li kien hemm numru ta' lectures li ġew kanċellati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li kien hemm numru sostanzjali ta' lectures li ġew ikkanċellati fl-ewwel ġimgħa ta' l-Universita', iżda wieħed irid jikkonsidra li fl-ewwel ġimgħa l-istudenti l-ġodda ikollhom bosta laqgħat in konnesjoni mal-Ġranet ta' Orjentament organizzat mill-Universita'.
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Educational officers
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm educational officers fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-preżent u x'inhi r-responsabbilta' tagħhom?
Jista' jgħid ukoll jekk hux għaddej xi proċess biex il-complement ta' l-EO's jintlaħaq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 48 Educational Officers fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Ir-responsabbilitajiet tagħhom ivarjaw minn xogħol fl-oqsma ta' l-edukazzjoni inklussiva, operat, servizzi ta' l-istudenti, żvilupp u twettiq tal-kurrikulu, edukazzjoni għall-adulti, ippjanar u żvilupp u edukazzjoni fit-teknoloġija.
Informat ukoll li għadu kif spiċċa l-proċess biex jintlaħaq in-numru sħiħ ta' Education Officers għax ma' applikawx uffiċjalment għall-postijiet kollha vakanti li hawn u wkoll għax żewġ Education Officers magħżula ma' aċċettawx.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7944, peress li r-riżultat tar-revision of paper tal-Matsec O level qed joħorġu wara li jsiru r-resits tal-Matsec O level, il-Ministru jaqbel li jkun jagħmel iktar sens u ġid għall-istudneti li r-revision of paper għandha tingħata qabel biex l-istudent ikun jista' jipprepara ruħu aħjar?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li jagħmel kull sens li r-riżultati tar-revision of paper jingħata kemm jista' jkun qabel l-istudent jerġa' joqgħod għall-eżami fis-sessjoni supplimentari. Informat li dan jiġri fil-każ ta' l-eżamijiet tal-Matsec.
Filwaqt li żgur li hemm il-ħtieġa li l-Universita' teżamina kif għandha ttejjeb il-proċeduri, l-istudenti jridu jifhmu li l-iskop tar-revision of paper hu biss biex ikun assigurat li ma jkun sar l-ebda żball fl-immarkar tal-karta meta l-istudent ikollu suspett li seta' sar dan.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li f'dawn l-aħħar tliet snin kienet tattendi kors fil-Communications Studies fl-Universita' kenitx qed issegwi dan il-kors bħala full time student u jekk tħallsitx f'kull sena l-istipendji?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li din l-istudenta attendiet l-kors B.Communications (Hons) full-time għal dawn l-aħħar erba' snin u ser tigradwa f'Novembru li jmiss.
Informat ukoll li din l-istudenta ħadet stipendju għall-ewwel sentejn tal-kors imma ma ħaditx fl-aħħar sentejn, għax ma applikatx għalih.
Informazzjoni oħra ta' natura personali ma' tistax tingħata minħabba l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. L-istudenta konċernata tista' tivverifika l-pożizzjoni tagħha mal-Bord dwar l-għotjiet ta' manteniment.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfajliet jattendu l-ischool girl's mother unit illum u kemm hawn tfal tqal li mhux qed jattendu skola llum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 42 tfajliet jattendu għall-Programm ta' tliet darbiet fil-ġimgħa. 24 jattendu għall-Counselling u 30 jattendu l-Mother and Baby Support Group. Informat ukoll li hemm 15 tfajliet tqal b'kollox li m'humiex jattendu l-iskola.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru l-eżamijiet orali u bil-miktub ta' l-eżamijiet tal-MATSEC u SEC is-sena d-dieħla?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-eżamijiet bil-miktub tas-Sec u taċ-Ċertifikati tal-Matrikola ser isiru bejn is-26 t'April u it-28 ta' Mejju 2005 waqt li l-eżamijiet orali u prattiċi hemm il-ħsieb li jsiru matul April u l-bidu ta' Ġunju bħas-snin ta' qabel.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet tal-kindergarten fl-iskola ta' Wied il-Għajn? Kull klassi kemm fiha studenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' klassijiet tal-Kindergarten fl-iskola ta' Wied il-Għajn huma :
Kinder 1 - 3 Klassijiet : B' 13, 14, 14 il-student rispettivament
Kinder 2 - 6 Klassijiet : B' 15, 13, 17, 14, 15 u 13 il-student rispettivament