Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24208 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti ma' kuntratturi privati li qed jagħmlu xogħol regolari fil-Marsa Sports Ground, eżempju ta' skips, gafef etc? Meta ngħataw dawn il-kuntratti u b'kemm ingħataw? Jista' jgħid jekk ingħatawx b'direct order jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-provvista ta' skips huwa l-uniku servizz regolari li jingħata minn kuntratur privat fil-Marsa Sports Ground. Il-kuntratt ingħata qabel l-1996 wara sejħa għall-kwotazzjonijiet. Il-ħlas huwa ta' Lm50.25 fix-xahar għal żewġ skips. Riċentement id-Dipartiment għamel sejħa għall-kwotazzjonijiet ġodda minħabba li nbidlu xi dettalji fis-servizz mitlub.
Leg 9 PQ #24210 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sport Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema part-time fil-Marsa Sports Ground u x'xogħol dawn qed jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Marsa Sprots Ground, hemm impjegata part-time waħda u din tieħu ħsieb it-tindif ta' l-uffiċini ta' l-amministrazzjoni tal-Marsa.
Leg 9 PQ #24213 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Grounds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fil-Marsa Sports Ground minn Ottubru 1998 sal-lum? Fiex intefqu u min għamel dan ix-xogħol u kemm tħallsu? Kif ingħataw dawn ix-xogħlijiet jekk hux b'direct order jew b'tenders? Kien hemm ħaddiema tal-Gvern li kienu nvoluti f'xi xogħol flimkien ma' xi kuntratturi privati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24312 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kultura — Re-anactment

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li dawk li jieħdu sehem fir-re-anactment ta' d-dipartiment tal-kultura qed jintalbu jiddikjaraw id-dħul tagħhom minn din l-attivita', meta l-membri tal-baned huma eżentati milli jagħmlu dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Kultura huwa biss sponsor ta' diversi attivitajiet kulturali. Fejn il-każ hu ta' sostenn finanzjarju, p.e. lill-baned jew għaqdiet volontarji, m'hemmx kwestjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' dħul. Meta jixtri servizzi d-Dipartiment isegwi r-regoli fiskali bħal ħaddieħor.
Leg 9 PQ #24317 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Privati — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jispjega u jagħti dettalji dwar dak imwiegħed fil-budget fejn l-iskejjel privati ngħataw għajnuna ta' Lm 5,000 kif din l-għajnuna ser taffettwa l-miżati esorbitanti li jħalsu l-ġenituri tat-tfal li jattendu dawn l-iskejjel? Jista' jgħid hux ser jikkonsidra favorevolment il-petizzjoni li għamlu l-imsemmija ġenituri?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Gvern fil-Budget għal din is-sena ivvota nofs miljun lira bħala għajnuna lill-ġenituri li jibgħatu l-uliedhom fi skejjel privati bi ħlas ta' miżati. Qed jiġu konsidrati l-kriterji biex tittieħed id-deċiżjoni dwar it-tqassim ta' din l-għajnuna. Malli l-kriterji jiġu approvati isir il-ħlas rispettiv.
Leg 9 PQ #23834 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 22775, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jressaq kopja tal-minuti tal-bord tal-fakulta' li fiha hemm l-imsemmija rakkmandazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23835 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 22780, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid xi ħsibijiet ipprova jaqsam mal-pubbliku f'dawn l-intervisti li saru fuq il-media fis-snin 1999-2000? Kif għoġbu jiddiskrivi l-funzjoni ta' l-ispiżjar fis-soċjeta' tal-lum il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23836 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 21742, jikkonfemra l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-entry requirements sas-sena akkademika 1999-2000 u mindu laħaq huwa kap tad-dipartiment tal-farmaċija, inbidlu darbtejn? Jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li qabel ma' kull rakkmandazzjoni li saret mill-bord tal-fakulta' tal-mediċina u kirurġija? Għaliex l-istess kap tad-dipartiment tal-farmaċija qed jaħseb bil-kontra fis-sena akkademika 2000-2001? Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jressaq kopji tal-minuti tal-bord tal-fakulta' li fiha hemm l-imsemmija bidliet?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23837 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet 22765, 22780 u 22781 b'mod partikolari u oħrajn b'mod indirett, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jispjega liema huma dawk ir-rekords li hu jżomm rendikont tagħhom? Fl-opinjoni tiegħu, x'rendikont ta' ħidma huwa obbligat li jżomm skond l-education act, 1988 u għall-fini ta' l-amministrazzjoni ta' l-Universita'

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #23838 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 22790, fuq liema bażi l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija qed jagħmel talba għat-12-il post mhux akkademiku għas-sena 2000/1? Dawn il-postijiet huma full-time jew part-time? Jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li ż-żewġ postijiet akkademiċi huma ekwivalenza ta' full-time u li wieħed allura jiddeduċi li s-sejħa ħa tkun għal part-timers? Jista' jgħid l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija kemm għandu staff mhux akkademiku preżentament fid-dipartiment tiegħu? Min-nefqa li tkopri l-pagi ta' l-istaff jidher li l-istaff mhux akkademiku huwa d-doppju ta' dak akkademiku, jikkonferma dan l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija? Hekk dan hu minnu, jista' jagħti r-raġunijiet għal dan il-bżonn il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija? Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jpoġġi kopja sħiħa u dettaljata tat-talba ta' Lm576,543 għas-sena 2000/1 li ressaq il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija? X'voti sena b'sena ingħataw għal dawn it-talbiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #24045 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmi - Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imtella' persuni l-qorti talli ma bagħtux it-tfal l-iskola mingħajr raġuni valida s-sena l-oħra? Kif jikkompara mat-tliet snin ta' qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24046 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema Aggrediti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti dwar teachers li ġew aggrediti minn studenti jew ġenituri jew xi parentela ta' studenti s-sena l-oħra u kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra fuq attakki simili?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16589.
Leg 9 PQ #24099 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kundizzjonijiet l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija ġiet trasferita minn-naħa ta' l-Universita' ta' Malta mal-Partit Nazzjonalista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna indikata ma ġietx trasferita mill-Universita` għal mal-Partit Nazzjonalista. Hi ġiet mogħtija leave bla ħlas mill-Universita` għal perjodu ta' sentejn biex marret taħdem mal-Partit Nazzjonalista. Hemm każ ieħor ta' persuna oħra li ġiet mogħtija l-istess konċessjoni u kien hemm persuna oħra li kienet mogħtija wkoll leave bla ħlas biex marret taħdem mal-Partit Laburista.
Leg 9 PQ #24100 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) Kemm daħlu studenti din is-sena akkademika 2000-2001 fl-Universita' ta' Malta? 2) Mil-liema lokalita' ġejjin dawk li daħlu? 3) Kemm irriżenjaw minnhom, kors, kors? 4) Għal-liema raġuni kull wieħed irriżenja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li daħlu l-Universita` fis-sena akkademika 2000/2001 huwa ta' 1766 nisa u 1436 irġiel b'total ta' 3207. Lista bl-informazzjoni mitluba fit-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li normalment l-istudenti ma jagħtux raġuni għaliex ikunu rriżenjaw.
Leg 9 PQ #24128 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Karozzi Self-Drive

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23802?

Response (GALEA, LOUIS)

Tabella bi breakdown tan-nefqa għall-fuel tal-karozzi self-drive matul is-sena li għaddiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23813 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' struttura qed taħseb biex twaqqaf id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex tivverifika l-assenteiżmu kawża ta' mard ta' l-għalliema? Min se jħaddem din l-istruttura? X'riżorsi se jkollha? Meta se tibda titħaddem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal issa d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tinsab għaddejja minn l-aħħar preparazzjonijiet sabiex tippubblika sejħa għall-offerti bil-ħsieb li jkunu ingaġġati tobba li joffru servizz ta' viżti fid-djar ta' impjegati li jkunu rraportaw morda, skond ma jkun mitlub minnhom mill-istess Diviżjoni. Min eventwalment jispiċċa jieħu l-offerta, jkun mistenni li jwettaq il-viżti fid-djar ta' l-impjegati indikati u jirrapporta fuq il-kundizzjoni medika ta' l-impjegat.
Leg 9 PQ #23816 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir konkretament mill-ministeru u mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex il-faċilitajiet ta' l-iskejjel jibdew jintużaw mill-komunita' wara l-ħin ta' l-iskola, peress li bid-diskors kulħadd jaqbel iżda fil-fatt għad hemm kapijiet ta' skejjel li mhux qed iħallu dan isir?

Response (GALEA, LOUIS)

L-użu tal-faċilitajiet ta' l-iskejjel mill-komunita` wara l-ħin għad issir realta`. Importanti li din il-viżjoni meta sseħħ ma jkollhiex riperkussjonijiet negattivi li jiskreditaw l-istess ideja meta tkun għadha fil-bidu. Wieħed mill-gruppi ta' ħidma fi ħdan l-iSteering Committee Nazzjonali dwar l-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali kien ħejja pjan dwar it-twettiq tat-taqsima tal-Kurrikulu Nazzjonali li tirrigwarda l-iżvilupp ta' l-iskejjel f'Ċentri Komunitarji ta' Tagħlim. L-iSteering Committee fela dan il-pjan u ppropona, fil-pjan strateġiku għat-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali, li wieħed mill-Focus Groups li huma meħtieġa biex jiżguraw it-twettiq effettiv tal-Kurrikulu Nazzjonali għandu jkun eżattament dwar dan. Malli l-istrutturi proposti mill-iSteering Committee jkunu twaqqfu u bdew jiffunzjonaw, dan il-qasam ikun wieħed minn fost numru ta' oqsma marbuta mal-Kurrikulu li se jieħu priorita`. Marbut ma' dan kollu, hemm ukoll it-twaqqif tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi li ħabbart fil-parlament il-ġimgħa li għaddiet. Din il-Fondazzjoni se tinkorpora fi ħdanha l-Istitut għal Appoġġ Edukattiv għal Tfal u Ġenituri li se jorganizza programmi wara l-ħin ta' l-iskola immirati lejn tfal li qed jaqgħu lura fl-iskola u lejn il-ġenituri tagħhom. Din il-Fondazzjoni se tkun responsabbli, fil-ġejjieni, għat-twettiq ta' l-inizjattiva li titrasforma l-iskejjel f'Ċentri Komunitarji ta' Tagħlim fejn il-proċess ta' tagħlim matul il-ħajja (lifelong) u espansiv (lifewide) isir verament qrib dawk li jeħtieġuh. Inizjattiva oħra hija dik ta' ingaġġar ta' Activity Teachers li se jaħdmu bejn l-10.30 ta' filgħodu u l-4.30 ta' wara nofs in-nhar. Parti minn xogħolhom se jkun li jaħdmu id f'id ma' l-Istitut għal Appoġġ Edukattiv għal Tfal u Ġenituri biex jitwettaq il-programm ta' wara l-ħin ta' l-iskola għat-tfal u ġenituri. Din hija miżura li dwarha l-MUT qablet u ddaħħlet bħala parti mill-qbil bejn il-Gvern u l-MUT.
Leg 9 PQ #23817 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kordin Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar tliet snin skolastiċi x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-għalliema, li isimha qed jintbagħat separatament, li tgħallem ir-reliġjon fil-junior lyceum ta' San Ġużepp, Kordin? Xi kwalifiki għandha? Meta ġiet ikkonfermata mill-education officer? Min qed ikollu jieħu l-lezzjonijiet tagħha meta tkun nieqsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema msemmija għandha B.Ed (Hons). Hija għadha ma ġietx ikkonfermata għaliex l-Education Officer qatt ma kien sodisfatt bix-xogħol tagħha. Il-lezzjonijeit tagħha ħadithom għalliema ġdida li ġiet mibgħuta mid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #23833 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dpartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 22782, jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-kors tal-farmaċija minn 1994 beda jiftaħ kull sena? Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid f'liema sena d-dipartiment tal-farmaċija mexa għall-bini ġdid? Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid jekk kienx involut ma' l-awtoritajiet kompetenti fid-diskussjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' pjanti, tagħmir u affarijiet oħra ta' dan il-bini? Jikkonferma li n-numru oriġinali ta' dħul ta' studenti għas-snin 1990-1994 huwa ta' 240 u għas-snin 1996-2000 huwa 261?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713.
Leg 9 PQ #24113 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Lija — School Population

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi ħaġa dwar l-iskola ta' Ħal Lija billi illum li qed tilqa fiha tfal mill-Iklin, l-ischool population kibret f'mod sproporzjonat f'mod li saret inadegwata biex tilqa għall-ħtiġijiet tagħhom? Jafx l-Ministru li din l-iskola lanqas għandha hall fejn isiru attivitajiet bil-konsegwenza li kull meta issir xi attivita' jkollhom jużaw is-sala tal-kappillan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-pjan tat-tul li għandha għall-iżvilupp ta' l-iskejjel statali f'Malta, inkludiet il-bini ta' ċentru tal-Kindergarten fiż-żona ta' l-Iklin. Dan il-pass hu propost li jsir biex l-iskola primarja ta' Ħal-Lija tingħata aktar spazju.