Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13607 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema ta' l-Enemalta li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li b`kollox hemm sittax-il impjegat tal-Korporazzjoni Enemalta li huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandu xi tip ta` kontroll. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li l-grad taghhom ivarja minn wiehed industrijali ghal wiehed klerikali, ilhom mislufa kif ser jinghad 1 mill-1982, 3 mill-1987, 2 mill-1989, 1 mill-1991, 1 mill-1995, 1 mill-1996, 1 mill-1997, 4 mill-1998, 1 mill-1999 u 1 minn din is-sena.
Leg 9 PQ #13608 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tat-Tarzna li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm 32 haddiem tat-Tarzna ta` Malta li bhalissa huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandu xi tip ta` kontroll. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li l-gradi taghhom ivarjaw, ilhom mislufa kif ser jinghad. 1 mill-1976, 1 mill-1983, 1 mill-1984, 1 mill-1986, 7 mill-1987, 2 mill-1988, 10 mill-1989, 2 mill-1997, 3 mill-1998 u 4 mill-1999.
Leg 9 PQ #13609 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm 9 haddiema tal-Malta Shipbuilding li bhalissa huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandi xi tip ta` kontroll. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li l-gradi taghhom ivarjaw, ilhom mislufa kif ser jinghad. 3 mill-1987, 2 mill-1988, 1 mill-1996, 2 mill-1997 u 1 mill-1988.
Leg 9 PQ #13610 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tal-Water Services Corporation li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-prezent hemm zewg impjegati tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma li huma mislufin ma` Ministeru. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li ghandhom grad differenti, ilhom mislufa mill-1998. Barra minn hekk, hemm ukoll 35 haddiema ohra tal-Korporazzjoni li huma sekondati mal-Malta Desalination Services Limited, liema Kumpanija hija sussidjarja ta` l-istess Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #13748 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċilindri tal-gass — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ir-regolamenti u l-proċeduri li jirregolaw iż-żamma taċ-ċilindri tal-gass fi djar privati u fi stabbilimenti kummerċjali? Jista' jgħid meta dawn ir-regolamenti jew proċeduri ġew stabbiliti u emendati jekk huwa l-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta timxi fuq regolamenti internazzjonali, b`mod partikolari l-Kodici ta` Prattika ta` l-Ingilterra u specifikament Artiklu numru 7 - `Storage of full and empty LPG cylinders and cartridges`. Isiru spezzjonijiet fuq bazi regolari fi stabbilimenti kummercjali u industrijali. Madanakollu fejn jidhlu residenzi privati huwa difficli li jsir kontroll dwar hazna ta` cilindri tal-gass. Dan ghaliex huwa facli li tali cilindri jigu trasferiti minn dar ghal ohra mir-residenti nfushom u ghaldaqstant il-Korporazzjoni, f`dawn il-kazi, tiddependi minn rapporti li jaslulha. Tajjeb jinghad li l-Enemalta fformulat sett ta` regolamenti dwar cilindri tal-gass. Dawn ir-regolamenti huma bbazati fuq regolamenti internazzjonali, b`mod partikulari dawk Inglizi (Code of Practices). Barra minn hekk il-Korporazzjoni ghadha kemm nidiet kampanja dwar sigurta` fl-uzu u iz-zamma tac-cilindri tal-gass u ghal dan il-ghan tqassam fuljett fid-djar.

Vetturi — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri issa li ddaħħlet il-VRT meta persuna li jkollha bżonn tagħmel xi tiswijiet ta' vettura tagħha biex tkun konformi mal-liġi, ikollha tistenna biex tagħmel dan minħabba li l-aġent ma jkollux l-ispare parts għal vettura partikolari? Min se jkun responsabbli għal dan id-difett fil-vettura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sustanza ta` din il-mistoqsija hija l-`availability` ta` spare parts tal-karozzi. Tajjeb jinghad li f`pajjizna, bhal f`pajjizi ohra, ma hemm ebda ligi li tobbliga lill-bejjiegh li jkollu `in stock` certu ammont ta` spare parts. Dwar il-parti tal-mistoqsija relatata mal-VRT nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #13605 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tal-Freeport Corporation li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm zewg impjegati tal-Malta Freeport Corporation Limited li huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandi tip ta` kontroll. Dawn iz-zewg impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom, ilhom mislufa wiehed mis-26 ta` Jannar 1999 u l-iehor mill-1 ta` Marzu 1999.
Leg 9 PQ #13606 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema tal-Maltacom li huma mislufin ma' xi ministeru, dipartiment governattiv jew entita' oħra fejn il-gvern għandu xi tip ta' kontroll? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema, kemm ilhom li ġew trasferiti b'dan il-mod u x'inhi r-raġuni tat-trasferiment tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li b`kollox hemm disgha impjegati tal-Maltacom li huma mislufin ma` xi Ministeru, dipartiment governattiv jew entita` ohra fejn il-Gvern ghandu xi tip ta` kontroll. Dawn l-impjegati, li ma narax il-htiega li ghandi noqghod insemmihom b`isimhom u li l-grad taghhom ivarja minn wiehed industrijali ghal wiehed klerikali, ilhom mislufa kif ser jinghad 1 mill-1980, 1 mill-1988, 2 mill-1998 u 5 mill-1999.
Leg 9 PQ #15508 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar inbiddlu l-filters fiċ-ċmieni tal-power station il-Marsa? Sar xi studju biex jara li l-emissions huma safe għan-nies li jgħixu biswiet il-power station? Jekk sar studju, jista' jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx studju, għaliex ma sarx meta hemm din il-problema ta' trab iswed? X'inhuma l-emissions li joħorġu miċ-ċumniji tal-power station tal-Marsa? X'inhi l-kompożizzjoni kimika ta' dawn l-emissions? X'inhuma l-livelli ta' emissions li huma aċċettabbli skond id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-ambjent? Sar xi studju fuq l-emissions tal-power station?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #15538 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15367?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed taghmel uzu minn 32 karozza tal-kiri. Dawn il-karozzi jintuzaw minn ufficjali tal-Korporazzjoni u l-kariga li jokkupaw min-natura taghha tesigi li dawn ikollhom jidhlu ghax-xoghol f`hinijiet u granet li matulhom il-bicca l-kbira tal-haddiema ma jkunux xoghol. In-numru ta` vetturi `impressed` li bhalissa huma ngaggati mal-Korporazzjoni jammonta ghal 67. Dawn jikkonsistu fi 28 van, 19-il trakk u 20 karozza. Il-budget ghal spejjez ta` trasport ghas-sena finanzjarja 1999, 2000 jammonta ghal Lm506,400.
Leg 9 PQ #15462 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'light duty fil-korporazzjonijiet rispettivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-prezent, in-numru ta` haddiema fil-korporazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi li bhalissa qed jaghmlu xoghol ta` `light duty` jammonta ghal 120. Dawn huma mqassmin kif gej: Korporazzjoni Enemalta 101 Korporazjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma 19
Leg 9 PQ #15480 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru ta' l-Ekonomija — Karozza ENE103

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn tiġi pparkjata l-karozza ENE 103 meta ma tkunx qegħda tiġi użata? Jista' jgħid min jista' jew min qed juża din il-karozza?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li peress li x-xoghol ta` l-ufficjal tal-Korporazzjoni li jaghmel uzu minn din il-karozza jinvolvi li jkun `stand by` u li jista` jigi msejjah jidhol ghax-xoghol wara l-hinijiet normali u anke meta jkun bil-frank, allura l-istess vettura tinzamm mill-istess ufficjal anke meta ma jkunx xoghol. Dan jikkonforma ma` dak stipulat f`paragrafu `B` tal-Finance Circular numru 2 ta` l-1995 datata 22 ta` Frar 1995. Dan jghodd ghal kull ufficjal tal-Korporazzjoni li huwa awtorizzat jaghmel uzu minn karozza tal-Korporazzjoni. Ma narax il-htiega li naghti isem l-ufficjal li qed jaghmel uzu mill-karozza li ghaliha qed issir riferenza.
Leg 9 PQ #15500 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petroleum Division — Loss Control Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Loss Control Unit fil-Petroleum Division hemmx xi ħadd li qiegħed jaħdem ħinijiet differenti mill-bqija tal-ħaddiema? Jekk iva, min huwa jew huma? Fuq liema bażi qiegħed/qegħdin jaħdem/jaħdmu hekk? Jekk hemm xi ħinijiet differenti jistgħu l-ħaddiema jaħdmu b'din ir-roster?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirrizultalix li fil-Loss Control Unit tad-Divizjoni tal-Petroleum hemm xi haddiem li qed jahdem hinijiet differenti mill-bqija tal-haddiema fl-istess Unit.
Leg 9 PQ #15542 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-anzjani li jgħixu f'dar tal-gvern u li m'għandhomx dar oħra ħlief dik tal-gvern, humiex intitolati li jieħdu l-flus mogħtija tal-gvern fl-aħħar budget?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorecoli Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #15592 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Xbiex — Triq Enriko Mizzi

Question

Billi ġo Triq Enriko Mizzi, kantuniera ma' Triq G. Cali, Ta' Xbiex hemm apparat ta' l-Enemalta mwaħħal ma' faċċata ta' block flats u li saritlu ħsara strutturali minħabba l-apparat li hemm, liema ħsara hija ta' perikolu għal min ikun għaddej u liema ħsara ma tistax tittranġa mis-sidien, jista' l-Ministru jara illi l-Enemalta tieħu l-passi neċessarji biex is-sidien ikunu jistgħu jirranġaw il-ħsara li hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xoghol mehtieg biex tissewwa l-hsara li ghaliha qed issir riferenza mistenni jibda` fi zmien qasir.
Leg 9 PQ #15594 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Inġiniera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati inġiniera ma' l-Air Malta minn Jannar ta' din is-sena sal-lum fil-purchasing sector u fid-development sector? Kemm kienu dawk li applikaw għal kull kategorija? Liema kriterji ntużaw biex saret l-għażla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-bidu ta` din is-sena sa llum, fuq avviz awtorizzat mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, l-Air Malta impjegat tlitt inginiera fis-settur tal-Planning and Development u wiehed f`dak tal-Materials and Purchasing minn fost sebgha u tletin applikanti. L-ghazla saret a bazi tal-kriterji soltu uzati rigward kwalifiki u adattabilita`.
Leg 9 PQ #15062 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Triq Nikola Saura - Dawl

Question

Peress li r-reflectors taz-zebra crossing fi Triq Nikola Saura, Rabat, ilhom maqtugħa mhux ħażin, jista' l-Ministru jara li ssir mill-aktar fis il-manutenzjoni meħtieġa qabel ma jkun hemm xi inċident kawża ta' dan in-nuqqas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni fuq id-dawl imsemmija diga` saret.
Leg 9 PQ #15063 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozoz

Question

Peress li hemm bozoz maqtugħa f'farmhouse fl-Għemmieri - dettalji qed jintbagħtu separatament - jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni mill-aktar fis possibbli peress li dawn il-familji jgħixu fil-kampanja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni fuq il-bozoz li ghalihom qed issir riferenza diga` saret.
Leg 9 PQ #15064 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq il-Kappillan Magri - Dawl

Question

Peress li fi Triq il-Kappillan Magri, il-Mellieħa, hemm bozoz maqtugħa, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni fuq il-bozoz li ghalihom qed issir riferenza diga` saret.
Leg 9 PQ #13502 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12436?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont minfuq mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi biex jittiehdu l-prekawzjonijiet kollha kontra l-problema tal-Y2K (Millenium Bug) kien ta` Lm1,453,788. Tajjeb jinghad li din ic-cifra, Lm1,329,782 intefqu mill-MIA, l-Air Malta u l-Maltacom fejn ittiehdet l-opportunita` biex ukoll isir upgrading ta` sistemi u apparat fil-process ta` modernizzar ta` dawn l-entitajiet. Fil-kaz tal-Ministeru, id-dipartimenti kollha u uhud mill-korporazzjonijiet u entitajiet, ix-xoghol sar mill-MITTS filwaqt li x-xoghol f`numru ta` korporazzjonijiet u entitajiet ohra sar minn diversi ditti kompetenti f`din il-materja li gew maghzula wara li saret talba ghal kwotazzjonijiet.