Settur tas-Saħħa – laqgħat ma’ unions tal-ħaddiema
Question
Jista l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm-il laqgħa uffiċjali kellu mal-unions tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, partikolarment l-MUMN u l-MAM? Saret konsultazzjoni mal-unions fuq il-ħtiġijiet f’dan is-settur? Jekk iva x’ħareġ minn din il-konsultazzjoni? Jekk le, meta beħsiebu jiltaqa’ u jikkonsulta magħhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn Marzu, 2013 sal- lum saru diversi laqgħat mal- Unions kollha skont il- ħtigijiet tal- Ministeru. Saru ukoll laqgħat ta' kunsultazzjoni mal- Unions kollha fuq diversi problemi li oriġninaw minn l- iffirmar ta' ftehim settorali taħt l- amministrazzjoni preċedenti. Huwa l- għan prinċipali li l-Ministeru jibqa' jikkonsulta mal- Unions għal ġid tal- partijiet involuti speċjalment il- ħaddiem.
Se jsiru laqgħat ta konsultazzjoni fuq diversi materji oħra relatati mat- tmexxija tal qasam tas saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar kemm saru operazzjonijiet tan-knee u hip replacement mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kemm kienet iż-żieda jew tnaqqis fin-numru ta’ operazzjonijiet meta mqabbla mal-istess perijodu tas-sena 2011 u s-sena 2012?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet tat-total knee replacement u total hip replacement irreġistrati li saru minn Marzu sa l-aħħar ta’ Awwisu minn 2011sa 2013 fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ppjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency).
Operazzjoni
Marzu
April
Mejju
Gunju
Lulju
Awwissu
Total
(Mar-Aww)
2013
Total
(Mar-Aww)
2012
Total
(Mar-Aww)
2011
Total Hip Replacment (81.51)
14
20
15
5
13
11
78
72
55
Total Knee Replacement (81.54)
52
59
61
25
61
55
313
346
235
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li l-operazzjonijiet tal-hip replacement mhux qed isiru għax il-hip prosthesis huma out-of-stock? X’rimedji qed jieħu l-Gvern biex isolvi din il-problema? Kemm ilha għaddeja? Meta se jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-Onorevoli Membru għandha tkun taf li ngħatat informazzjoni ħazina. Kif għandha tkun taf tajjeb hi mill-esperjenza tagħha fil-Ministeru tas-Saħħa fis-snin li għaddew, il-hip prosthetics jinxtraw skont il-ħtiega f’dak li hu magħruf bħala pay per use u allura ma jkunux out of stock.
Jista’ l-Ministru jgħid dan li ġej fuq is-sejħa permezz ta’ tender għas-servizz tal-IVF:
a) Il-Gvern se jżomm mal-parametri tal-liġi kif kienet diskussa ampjament fil-Parlament taħt Gvern Nazzjonalista jew beħsiebu jagħmel xi emendi;
b) Se juża l-apparat fl-Isptar Mater Dei jew se juża l-apparat tal-isptarijiet privati;
c) Se jħarreġ nies f’dan il-qasam jew se juża s-servizz privat;
d) X’ħareġ mill-workshop tat-18 ta’ Settembru 2013;
e) X’ħareġ mill-clarfication meeting tat-23 ta’ Settembru 2013; u
f) Saret xi tip ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders f’dan il-qasam?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li t-tender tal-IVF ma jsemmi xejn fuq mediċini, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz se jkun servizz offrut b’xejn mill-istat, min se jħallas għall-mediċini?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatar il-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care ġie mpjegat fuq ba¿i ta’ person of trust u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa ta’ interview biex jimtela’ l-post.
B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4162, għal kull każ riferut hawn taħt, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tas-supplier/kuntrattur kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt u/jew letter of acceptance rispettiva bid-dettalji kollha marbutin mal-iscope of supply:
a) No. 536 –
Etancerpt Injections
b) No. 644 – UPS Maintenance Agreement
c) No. 746 – Clinical Placements for Medical Physical Services
d) No. 771 – Imagenx Software – Breast screening
e) No. 857 – Laying of new and maintenance of existing waterproofing membrane at MCH
f) No. 868 – Extension of contract for the provision of Car Park Services at MDH
g) No. 870 – Extension of contract for the provision of External Security Services at MDH
h) No. 896 – Extension of contract for the provision of External Security Services at MDH
i) No. 958 – Accountancy Services?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mhix il-prassi li kuntratti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew li jingħatalhom wheel-chair? Jista’ jaqsam in-numru skont kemm ilhom jistennew:
a) Aktar minn sena?
b) Bejn disa’ xhur u sena?
c) Bejn sitt xhur u disa’ xhur?
d) Bejn tliet xhur u sitt xhur?
e) Anqas minn tliet xhur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda talba pendenti għall-kiri ta’ siġġijiet tar-roti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ impjegati fis-settur pubbliku li ġew trasferiti biex jaħdmu fil-Ministeru tiegħu kemm jekk parti mis-Segretarjat Privat jew le? Għal kull impjegat/a, jista’ jgħid:
a) Xi grad għandu/ha l-impjegat/a;
b) Minn fejn ġie trasferit;
c) X’inhu xogħlu/xogħolha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4096, jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jsiru fil-futur programmi oħra ta’ smoking cessation clinics indirizzati għal dawk il-persuni li jixtiequ jieqfu jpejpu? Fiex eżattament jikkonsisti dan il-programm u f’kemm-il sessjoni jikkonsisti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid tul is-sajf li għadda, bejn Mejju u Settembru 2013, kemm-il bajja indikata fil-lista tal-bathing waters ma kenitx tajba għal għawm? X’kienet ir-raġuni? Kien hemm rapport ta’ infezzjonijiet marbuta ma’ tniġġis fil-baħar? Jekk iva, kemm-il rapport kien hemm u x’tip ta’ infezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn mindu fetaħ l-istaġun tal-monitoraġġ taż-żoni uffiċċjali għall-għawm jiġifieri minn Mejju 2013 sa’ llum, ingħalqet temporanjament biss il-bajja magħrufa bħala tax-Xama ġewwa San Pawl il-Baħar (Kodiċi tas-Sit Ċ22) minħabba żbroff ta’ drenaġġ fit-12 ta’ Settembru, 2013. Din il-bajja reġgħet kienet tajba għall-għawm fit-18 ta’ Settembru, 2013 u dan wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar li rriżultaw f’livelli aċċettabbli għall-għawm. Il-pubbliku kien infurmat permezz ta’ stqarrijiet għall-istampa fiż-żewġ okkażżjonijiet.
Fir-rigward tal-aħħar domandi dwar rapport ta’ nfezzjonijiet marbuta ma’ tniġġis fil-baħar u t-tip ta’ nfezzjonijiet, nixtieq ninforma li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lment mill-pubbliku f’dan ir-rigward. Lanqas fit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ma ġew irrapurtati każijiet ta’ nfezzjonijiet marbuta ma` tniggis fil-baħar.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn is-servizz telefoniku tal-bathing waters kien għal xi żmien sospiż tul il-perjodu Mejju u Settembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-sistema awtomatika li tforni l-informazzjoni dwar il-kwalita` tal-ilma baħar kienet taħdem b’mod regolari sas-16 ta’ Settembru, 2013. Din is sistema żviliuppat ħsara fis-software tagħha liema hsara mhux possibbli li tissewwa minħabba inkompatibilita mat-teknologija attwali. Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qiegħed jistħarreġ possibilitajiet oħra sabiex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz fl-iqsar żmien possibbli.
Sadanittant id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ ukoll stqarrija għall-istampa rigward dan u f’din l-istqarrija l-pubbliku ġie avżat li hemm diversi modi kif wieħed jieħu l-informazzjoni aġġornata billi jista` jċempel lid-Direttorat, jibgħat imejl kif ukoll permezz tal-websajt tal-istess Direttorat jew il-paġna tal-facebook.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jaghmel il-Gvern biex isolvi l-problema tal-mediċini out-of-stock? X’rimedji qed joffri lill-pazjenti li għandhom bżonn mediċini li huma out-of-stock?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-Ono. Membru għandha tkun informata li minkejja l-fatt is-sitwazzjoni tal-mediċina out of stock hija wirt mill-Amministrazzjoni ta’ qabel, dan il-Ministeru qed jagħmel minn kollox biex jindirizza din is-sitwazzjoni fl-iqsar żmien possibbli. B’mod proattiv qed jiġu ntroddotti kulturi u metodi ta’ amministrazzjoni u immaniġġjar ġodda ibbażati fuq sistemi u sisien moderni ta’ enterprise resource planning li jiffaċilitaw u jsaħħu l-firxa ta’ operat kollu tas-supply/value chain tal-Qasam tas-Saħħa.
Ta’ min jgħid li, għalkemm dan il-proċess beda biss ftit tax-xhur ilu, diġa bdejna naraw il-frott ta’ din il-ħidma intensiva u fejjieda għaliex illum il-ġurnata l-list tal-mediċina
out of stock
naqset drastikament. Ta’ minn iżid li peresss lis-sitwazzjoni tal-
out of stock
hija ta’ natura dinamika u tista tvarja minn ġurnata għal oħra u minn lokal għall-iehor, hemm mekkanismu li jiffaċilita’ ir-redistribuzzjoni tal-istokk disponibbli skond il-ħtieġa.
Barra minn hekk, peress lin-nuqqas ta’ mediċini jista ukoll ikun gej minn sitwazzjonijiet internazzjonali dan il-Ministeru, flimkien ma' Stati oħra Membri Ewropej li bħalissa jinsabu ukoll f’sitwazzjoni simili tagħhna, qed jipparteċipa f’laqgħat imtella apposta biex jiġu identifikati opportunitajiet biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell Ewropew sabiex jinstabu soluzzjonijiet dejjiema biex il-poplu jkollu aċċess għall-mediċini bl-aktar mod effettiv.
Irrid ukoll insemmi l-impenn ta’ dan il-Gvern li fid-diskors tal-
Budget
, il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li l-Gvern qed jilqa’ proposti dwar dan is-suġġett permezz ta’
White Paper
għaliex għal dan il-Gvern is-sitwazzjoni li għandna llum, u li l-Onorevoli Membru taf sew għaliex kienet fil-Ministeru tas-Saħħa m’hijiex aċċettabbli u għalhekk il-proċess li writna jrid jinbidel.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – xogħol strutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-iskop wara x-xogħol strutturali li qed isir fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Meta beda dan ix-xogħol? Meta se jitlesta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li x-xogħol strutturali li sar f’żona 2 qrib id-dipartiment ta’ l- Emerġenza sar bl-iskop li l-pazjenti li jkunu qed jistennew biex jintbgħatu f’sala, għal kuntrarju li kien isir qabel jibdew ikunu f’ambjent aktar dinjituż. Dan ix-xogħol inbeda f’ Ġunju 2013 u tlesta f'Ottubru ta din is-sena. Nixtieq infakkar ukoll li f’dan ir-rigward bħalissa għaddejin bil-preparamenti meħtiega sabiex jinbeda l-proġett tal-estenzzjoni fid-dipartiment tal-emerġenza fejn se jiżdiedu 68 sodda, attrezzati bil-kumditajiet kollha, simili ta swali oħra biex meta tinqala sitwazzjoni fejn ikun pazjenti li qed jistennew sodda, dawn ukoll ikollhom id-dinjità tagħhom
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi jaħdmu mal-pest control unit? Xi kwalifiki għandhom? Kemm intuża velenu f’dawn l-aħħar ħames snin? X’tip ta’ logging jeżisti għall-użu ta’ din is-sustanza?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali tħaddan fiha 24 impjegat u l-ebda ħaddiem m’għandu xi kwalifika relatata ma’ dan ix-xogħol minħabba li mijiex rekwiżita l-ebda kwalifika sabiex taħdem f’din is-sezzjoni.
Matul dawn l-aħħar 5 snin intuża bejn wieħed u ieħor 37,000 kilo velenu. Dan jinkorpora xi 34,000 kilo velenu fuq bażi ta zerriegha u madwar 3,000 kilo fuq bażi ta’ xema`.
L-istess sezzjoni żżomm rekords ta’ kif qed jintuża u jitqassam dan il velenu.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-persuni kollha ingaġġati u/jew impjegati fid-dekasteru tiegħu minn barra s-servizz pubbliku, mingħajr ma saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet? F’kull każ, jista’ l-Ministru jagħti:
i. L-isem tal-persuna;
ii. Il-kariga li ngħatat;
iii. Min għażel lill-persuna;
iv. Il-post fejn taħdem il-persuna; u
v. Ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji l-oħra li għandha/u?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin mas-sidien (jew rappreżentanti tagħhom) tal-Isptar St Philip’s dwar xi forma ta’ ftehim li jista’ jintlaħaq bejnhom u l-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li m’hemmx diskussjonijiet għaddejjin rigward l-Isptar St Philip’s