B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 6849, jista' il-Ministru jinformani għaliex għaddew aktar minn xahrejn u għad m'hemmx deċiżjoni anke fid-dawl li din hi triq ferm perikoluża?
Jaħseb il-Ministru li mhux ġustifikat li din id-deċiżjoni ilha pendenti għal aktar minn xahrejn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6849.
Filwaqt li ninsab konxju mill-periklu ta' din l-imsemmija junction, s'issa l-awtorita' dwar it-trasport għadha qed tistenna risposta mid-dipartiemnt tal-kuntratti sabiex dan ix-xogħol ikun jista' isir.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li fi Triq Mdina, f'Ħaż Żebbuġ fil-viċinanza tar-roundabout li tagħti għas-Siġġiewi fuq in-naħa tas-Sapphire suite, issir pedestrian crossing għal bus stop li hemm fil-viċinanza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat illi fl-area imsemmija mill-Onor. Interpellant mistennija tiġi stallata pedestrian crossing bħala parti mill-proġett finanzjat mill-fondi tal-Protokoll Taljan.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 6118, jista' il-Ministru ġentilment jinformani jekk kienx hemm żviluppi biex titwessa' it-triq imsemmija? Billi fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari kien intqal li l-awtorita' tat-trasport kienet se tibda taħditiet mal-MEPA, jista' ġentilment jgħid jekk dawn it-taħditiet bdewx u jekk kienx hemm xi konklużjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Wara li saru t-tahdidiet bejn id-Direttorat tat-Toroq u l-Awtorita' ghall-Ambjent u l-Ippjanar, din ta' l-ahhar giet mitluba tiprepara survey tat-triq kollha sabiex ikun jista' jibda l-process ta' espropjazzjoni. Min stharrig li hamlet l-Awotira irrizulta ukoll li l-bini fi triq San Guzepp kantuniera ma Triq in-Nissieg ukoll irid jigi espropjat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx fiex wasal il-pjan biex Triq Cosmana Navarra fir-Rabat, Malta terġa' tingħalaq għat-traffiku u ssir pedestrian kif kienet xi żmien ilu fuq rakkomandazzjoni tal-ADT? Jista' jikkonferma li r-rakkomandazzjoni tal-ADT kienet ibbażata fuq dawn is-segwenti punti: - peress li din it-triq hija dejqa, kull karozza (aktar u aktar trakkijiet) jgħaddu eżatt mal-ħitan tad-djar u mhux l-ewwel darba li jagħmlu l-ħsara; - id-dħaħen tal-vetturi jidħlu ġewwa fid-djar, aktar u aktar meta l-uniċi twieqi huma li jagħtu għat-triq; - xi drabi l-karozzi jitpoġġew quddiem il-bieb tar-residenti bil-konsegwenza li jingħalaq l-aċċess għad-djar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn icerka li saret fir-records tad-Diretorat irrizulta li l-approvazzjoni sabiex Triq Cosmana Navarra isir pedestrian kienet harget fis-16 ta' Jannar, 2001. Ir-ragunijiet li nghata mill-Onor Interpellant kienu mressqa mill-Kunisll Lokali fl-ittra taghhom datata 11 ta' Dicembru, 2000.
Irrizulta ukoll li d-irettorat ma hareg l-ebda struzzjoni sabiex l-approvazzjoni originali ghal pedestrianisation tigi revokata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bus lane li saret fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa tistax tkun projbita għat-traffiku f'ċertu ħinijiet biss matul il-ġurnata u mhux kif inhi bħalissa sabiex jitnaqqas il-konġestjoni ta' traffiku fuq il-lanes l-oħrajn f'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-bus lane jintuża mill-karozzi tal-linja kemm waqt perjodi fejn ikun hemm ħafna traffiku (peak hours) kif ukoll waqt perjodi oħra fejn it-traffiku jkun inqas. Ma nistax nara x'benfiċċju jista' jkollu l-użu tal-bus lane minn karozzi privati waqt il-ħinijiet li ma jkunx hemm ħafna traffiku.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qiegħed isir fit-toroq arterjali bil-fondi tal-Protokol Taljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħolijiet li qed isiru f'toroq arterjali mill-fondi tal-Protokoll Taljan jikkonsistu :
1. L-iddiżinjar tad-dettalji tat-toroq, junctions etc.
2. Qlugħ tal-wiċċ eżistenti u l-bini mill-ġdid tat-triq.
3. Qlugħ ta'
junctions
u
roundabouts
u l-bini mill-ġdid tagħhom.
4. Bini ta'
culverts
komuni għas-servizzi.
5. Tqegħid ta' katusi għad-dranaġġ u għall-ilma tax-xita.
6. Ċaqliq ta'
cables
eżistenti.
7. Infrastruttura għall-
landscaping
mat-toroq.
8. Bini tal-ħitan u bini tal-bankini.
9. Stallazjoni tas-sinjali tat-traffiku u dawl tat-toroq.
Jista' il-Ministru jinformani jekk Triq il-Mediterran, f'Pembroke hix se titkompla u jekk fl-affermattiv, jekk hux diġa' hemm data stabbilita għal dan ix-xogħol? Kemm se jiswa lill-gvern dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat tat-toroq lesta x-xogħol preparatorju sabiex tkun tista' ssir Triq il-Meditterran ġewwa Pemborke. Ġie stabbilit li x-xogħol mistenni jiġi jiswa madwar Lm97.000.
Ix-xogħol fuq Triq il-Meditteran mistenni jsir iktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu id-
Direttorat.
Jista' il-Ministru jinformani jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport fasslitx pjanijiet għal skema ta' ipparkjar għar-residenti f'Tas-Sliema? Jekk iva, f'liema stadju wasal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-iSteering Committee for the Creation of Residents' Parking Schemes ħejja Terms of Reference sabiex kull Kunsill jagħraf jimxi meta jibgħat applikazzjoni għal Residents' Parking Scheme. Dawn it-Terms of Reference ingħataw lill-Kunsill Lokalil kollha waqt laqgħa li saret fid-19 ta' Mejju, 2004.
Sal-lum, il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema għadu ma għamilx tali applikazzjoni skond it-Terms of Reference.
B'riferenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt fuq il-liċenzji tal-karozzini, jista' il-Ministru ġentilment jinformani jekk il-gvern hux beħsiebu joħroġ liċenzji ġodda għal min għandu l-karozzin iżda m'għandux liċenzja?
Jista' il-Ministru jinnota li jekk jibqgħu miżmumin il-liċenzji se jibqa' ikun hemm monopolju f'idejn ftit nies li għandhom il-liċenzja tant li permess qed jinbiegħ bi prezz esaġerat ta' eluf ta' liri?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport tixtieq tavża' lill-Onorevoli interpellant li għal issa m'hemmx ħsieb li jinħarġu liċenzji ġodda għal min għandu karozzin bla liċenzja.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6635, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6691 li ġiet indirizzata lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tgħid għal liema raġuni l-awtoritajiet kompetenti f'Malta qegħdin idumu ħafna, anke sena, biex jawtorizzaw lill-kunsill lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex ibiddel temporary parking permit f'wieħed permanenti fl-iskema ta' ippjarkjar tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm ebda talba għal temporary permit u lanqas ma hemm affarijiet oħra pendenti fir-rigward ta' l-iskema ta' ipparkjar tar-residenti.
Billi sakemm jerġa' jiftaħ il-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf hemm possibbilta' kbira li tkun saret il-maltempata l-kbira li normalment tikkaratterizza x-xahar ta' Settembru, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-passi preventivi li ttieħdu mid-dipartiment konċernat sabiex tiġi evitata l-problema ta' l-għargħar li n-nies ta' l-Imsida, b'mod partikolari f'Valley Road, jgħaddu minnha f'dawk iż-żmienijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għandu ftehim mal-Cleansing Service Department fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet sabiex inaddaf u jagħmel il-manutenzjoni neċessarja fuq l-ispralli u l-ġibjuni kollha li jagħqu kollha li jagħqu taħt ir-responsabilita' tal-Gvern Ċentrali minn żmien sabiex jiġi evitat kull inkonvenjent.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija lili f'mistoqsija parlamentari 6679, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba saru spezzjonijiet u xogħlijiet ta' manutenzjoni u tindif ta' din is-subway matul din is-sena?
Jista' jgħid jekk jinsabx informat tajjeb bl-istat ta' din is-subway għax milli jidher din is-subway teħtieġ manutenzjoni urġenti biex tiġi fi stat diċenti?
Jista' jgħid skond il-work orders maħruġa mill-ADT kemm kienet tlaħħaq l-ispiża tal-manutenzjoni ta' din is-subway f'din l-aħħar sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fir-rigward ta' l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, jien informat illi wara li l-awtorita' dwar it-trasport bagħtet perit sabiex jispezzjona s-subway imsemmija mill-Onor. Interpellant, ġie deċiż li din għandha tiġi rrappurtata lill-cleansing services department sabiex tkun tista' issir il-manutenzjoni meħtieġa fi żmien qasir.
Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, jien informat illi l-ħlas għall-manutenzjoni tas-subways isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet. Għalhekk għal aktar informazzjoni, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jara li malajr kemm jista' jkun jinbidlu żewġ arbli li hemm fil-Mellieħa Shooting Range li magħhom hemm marbutin diversi cables ta' l-elettriku u li jinsabu fi stat perikoluż ħafna tant li jistgħu jikkollossaw min ħin għal ieħor?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' full complement ta' periti mad-direttorat tat-toroq? F'każ li hemm vakanzi hemm xi ħsieb li dawn jimtlew u jekk fl-affermattiv meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat illi numru ta' periti preżenti mad-direttorat tat-toroq huwa 10. Id-direttorat qiegħed ikompli jiżvilupp l-konċett ta' supervisor engineer skond il-kondizzjonijiet u r-regolamenti tal-FIDIC. Għalhekk f'dan l-istadju mhux il-ħsieb ta' l-awtorita' dwar it-trasport li żżid il-complement ta' periti li għandha bħalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux se jiffirma d-
draft agreements
dwar toroq mhux asfaltati mal-Kunsilli Lokali kif għamel il-Ministru ta' qablu? Il-Ministru ma jarax li l-Gvern ikun qed imur lura minn kelmtu ma’ numru ta' Kunsilli Lokali filwaqt li jista’ jidher li jkun hemm diskriminazzjoni bejn dawk il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn dawn il-kuntratti u oħrajn li baqgħu b'xejn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
M'għandi xejn xi nżid ma l-aħħar parti tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6611.
B'referenza għall-mistoqsija tiegħi numru 5889, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx deċiżjoni min-naħa tal-kumitat tal-kuntratti dwar il-ħruġ tal-letter of acceptance biex isiru t-traffic lights fi Triq tal-Barrani, Żejtun, issa li għaddew xahrejn minn dik ir-risposta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5889.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il safra saret minn uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport matul: a) is-sena 2003 u b) fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Min kienu l-uffiċjali jew impjegati nvoluti, fejn marru u kemm damu?
X'kienet l-ispiża maqsuma f'biljetti ta' l-ajru, lukandi u allowances oħra?
F'kemm-il każ l-uffiċjali u l-impjegati vvjaġġaw business class u min kienu dawn l-uffiċjali jew impjegati?
Ma' liema kumpannija ta' l-ivjaġġar saru l-arranġamenti f'kull każ u jekk intalbux kwotazzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-informazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati bejn il-kunsill lokali u l-gvern dwar l-asfaltar ta' toroq fl-area tax-Xewk, f'Raħal Ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat illi fix-xhur li għaddew tlestiet parti kbira minn Triq ix-Xewk filwaqt li l-bqija ta' l-area msemmija mill-Onor. Interpellant mistennija ssir iktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.