Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapporti li saru f’dawn l-aħħar għaxar snin fuq il-qagħda tal-faqar fin-nofsinhar ta’ Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra l-pubblikazzjonijiet ta’ statistika maħruga mill-Awtorità Nazzjonali tal-Istatistika, ma jidhirx li l-Ministeri responsabbli mill-qasam tal-politika soċjali f'dawn l-aħħar għaxar snin, ippubblikaw xi rapport iffokati biss fuq il-qagħda tal-faqar fin-nofsinhar ta’ Malta.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' konsulent
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema taqsima tal-Ministeru tagħha ġie ingaġġat bħala konsulent l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Xi kwalifiki għandu l-individwu? Tista' tpoġġi s-CV tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Saret sejħa biex jiġi magħżul dan il-konsulent? Xi ħlas u kundizzjonijiet oħra hemm marbuta ma' din il-konsulenza? Dan il-konsulent jista' jkompli bix-xogħol privat tiegħu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ngħata kuntratt temporerju ta’ tlett xhur, mit-28 ta Marzu sa l-aħħar ta Ġunju biex jgħati konsulenza l-Ministeru marbuta ma servizzi notarjali. Il-persuna msemmija kwalifikata fid-Dottorat tal-Ligi. Il-ħlas marbut ma’ din il-konsulenza huwa ta mhux aktar minn 20 siegħa fil-gimgħa bi ħlas ta €23 kull siegħa (inkluż Vat) iżda ma jistax jaqbeż l-ammont ta €5,980 tul il-kuntratt kollu.Tajjeb jingħad ukoll li l-persuna ndikata ħadmet ferm aktar sigħat minn dak mitluba fil-kuntratt u għadha tagħti siegħat ta’ xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn allokazzjonijiet residenzjali li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum? X’beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti sabiex jgħin lil dawn l-individwi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha dsatax (19)-il applikazzjoni li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum. L-Awtorità diġà toffri skemi sabiex tgħin lill-inkwilini jew sidien jagħmlu rranġar u titjib fir-residenza tagħhom jew mikrija lilhom biex ir-residenza tagħhom tiġi abitabbli.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-benefiċċji soċjali li se jkun hemm ħtieġa ta' allokazzjoni addizzjonali għalihom sal-aħħar ta' din is-sena u liema se jkun hemm savings fuqhom? Kemm jammontaw dawn il-varjanzi f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru taghti iktar informazzjoni dwar ir-riformi li qed tiddiskuti mal-għaqdiet volontarji dwar it-tqassim aħjar tal-benefiċċji soċjali? Tista' tgħid min huma dawn l-għaqdiet? Kif intgħażlu? Meta mistenni li jingħataw ir-rakkommandazzjonijiet dwar dawn it-taħdidiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5142 u tgħid kemm għandha persuni jaħdmu fis-segretarjat tagħha llum, min huma dawn il-persuni u x’karigi jokkupaw? Kemm minnhom ġejjin mis-servizz u mis-settur pubbliku u kemm minnhom ġejjin mill-privat? Liema huma dawk il-karigi li fihom kien hemm bidla ta’ persuni li jokkupawhom minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpllant irreferri għad-dokument Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013. Sadanittant l-unika kariga li kien hemm bidla ta’ persuni hija ta’ Chief of Staff.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5143 u tgħid min huma u min kienu l-konsulenti tagħha u tas-Segretarju Parlamentari mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Fuq liema settur tingħata din il-konsulenza? Xi proċedura ntużat fl-ingaġġ tagħhom? Tista’ tippreżenta kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ tal-istess konsulenti u, f'każ li kien hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, kopja tal-korrispondenza fuq l-istess bejn il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali (inkluż is-Segretarjat Parlamentari) u l-Ministeru tal-Finanzi? X’pakkett ta’ salarju u kundizzjonijiet għandhom jew kellhom dawn il-konsulenti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk tiswijiet, fuq barra u li għandhom x'jaqsmu mal-istruttura tal-bini, ta' flats li jinsabu f'housing estates tal-Gvern hux responsabbli li jagħmilhom id-Sipartiment tas-Social Housing jew l-inkwilin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar hi responsabbli ghal tiswijiet f’dawk il-binjiet residenzjali li huma proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar u tal-Gvern. Tiswijiet tal-istruttura fuq barra tal-binja jinkludu dak kollu li jaghmel parti mill-komun, jigifieri dawk il-partijiet li jigu uzati mir-residenti kollha tal-binja. Tiswijiet jinkludu tibdil ta’ struttura ta’ gallarijiet fejn dawn ikunu perikoluzi kif ukoll tibdil ta’ kontrabejt, gebel deterjorat f’hitan ta’ opramorti, tronob tat-tarag u hitan ta’ parapetti fejn dawn ikunu komuni biss. Tiswijiet ohra li jsiru mill-Awtorita’ biss fuq bazi ta’ priorita’, huma tikhil ta’ faccati, tronob u opramorti.
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-viżjoni tagħha għat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja u kif dawn se jkunu differenti miċ-Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhux jingħataw fil-pajjiż u se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhumiex aċċessibbli fil-komunitajiet u issa se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6984.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hekk kif jiftħu ċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja hux se jingħalqu ċ-Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li l-viżjoni tal-proġett hija waħda li tagħmel użu mir-riżorsi eżistenti, iċ-ċentri tal-ACCESS se jkunu integrati f’ Ċentri tal-Iżvilupp Reġjonali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja hux se jibqgħu jitmexxew mill-istess entità li tmexxi ċ-Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċentri tar-rizorsi għall-familja se tkun il-fergħa operattiva taċ-ċentri għall-żvilupp soċjali li se tkun bħala forma ta’ "żvilupp" taċ-Ċentri tal-ACCESS (fejn ikunu jeżistu) / dawn se jkomplu jitmexxew mill-MFSS.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa maħsub li jkun hawn Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja madwar Malta u Għawdex? Kemm se tkun iż-żieda fin-numru ta’ Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja meta mqabbel man-numru ta’ Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpllant li ser jinfetħu sitt ċentri tal-Iżvilupp Reġjonali, wieħed f’kull reġjun. Il-ftuħ taċ-ċentri tar-Riżorsi tal-familja jiddependu mid-domanda li jkun hemm f’kull area. Filwaqt li għat-tieni parti tal-mistoqsija rreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 6986.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li jirregola l-Public-Social Partnerships li se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jiġu indirizzati persuni li sal-lum għadhom mhux jiġu indirizzati permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja, fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jinħarġu persuni mill-faxxa ta’ riskju ta’ faqar permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Sa meta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.