Jista’ l-Ministru jindika l-avviż u d-data relattiva fil-Gazzetta tal-Gvern fejn il-Gvern irreklama l-privatizzazzjoni taċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif ġie indikat f’Mistoqsija parlamentari 21388 u ripetutament f'konferenzi stampa appożiti, il-Gvern ħareġ sejħa għal strategic partner mhux privatizzazzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-Sejħa għall-Proposti b’rabta ma’ Konċessjoni għall-Operat ta’ Funzjonijiet ipprovduti miċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ li ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru, 2015.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qedgħa titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min wieħed jinnota li l-informazzjoni provduta tinkludi ukoll żewġ entitajiet ġodda u dipartiment ġdid li fil-leġislatura ta’ qabel ma kinux jeżistu. Dawn kollha qed jaqdu rwol kruċjali.
Ta' min jinnota wkoll li l-informazzjoni tinkludi avvizi li huma meħtieġa li jiġu ppubblikati skont il-liġi jew regoli finanzjarji. Dawn l-avvizi huma kruċjali għat- trasparenza u good governance u naturalment jiswew il-flus biex jiġu ppubblikati.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – kiri tal-ġnien ta’ Hastings
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mill-kiri tal-ġnien Hastings fl-aħħar tliet snin u x’qed isir b’dawn il-flus?
Response (BONNICI, OWEN)
It-tabella t’hawn taħt tagħti l-informazzjoni mitluba kif mibgħuta mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fir-rigward tad-dħul mill-kiri tal-Ġnien Hastings fl-aħħar tliet snin:
Sena€
20132900.00
20142900.00
20152650.00 + 1000.00 (payment still pending)
Informat mill-istess Kunsill li l-flus li jidħlu jservu sabiex jinżamm tajjeb l-istat tal-ġnien mill-kumpanija ELC li huma l-kuntratturi nkarigati sabiex jieħdu ħsiebu.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – membri li marru Sunderland
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar xhur kienx hemm membri jew impjegati tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li siefru Sunderland? Jekk iva, x’kienet ir-raġuni u min ħallas għall-ispiża?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma l-kuntratturi li matul is-sena 2014 ġabru l-iskart kemm domestiku kif ukoll għar-riċiklar minn dawn il-lokalitajiet: B’Kara, Marsa, Paola, Pietà, San Pawil il-Baħar, il-Belt Valletta u Ħaż-Żebbuġ? F’każ li l-iskart jinġabar minn kuntratturi differenti (skont it-tip ta’ skart) , jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kuntratturi separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-lista tal-ismijiet tal-kuntratturi li jiġbru l-iskart domestiku u riċiklat fil- lokalitajiet hawn imsemmija matul is-sena 2014, tinsab fit-tabella t’hawn taħt::
KUNSILL LOKALIKUNTRATTUR SKART DOMESTIKUKUNTRATTUR SKART RICIKABLI
IL-BELT VALLETTA Waste collection LtdWaste collection Ltd
ĦA¯-¯EBBUĠ Marvic & Sons (Victor Borg) Green Pak.
BIRKIRKARANorthern Cleaning Northern Cleaning
MARSA Paul DeguaraPaul Deguara
PAOLAElton J.ZammitKuntrattur imqabbad mill-iskema GreenPak.
PIETA`Saviour GaleaSaviour Galea
SAN PAWL IL- BAĦARWM Environmental Limited u C.A. refuse Collection Green MT
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kuntratturi li jiġbru l-iskart domestiku minn dawn il-lokalitajiet: Ħad Dingli, Ħamrun, Kalkara, Mellieħa, Naxxar, Siġġiewi?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-lista tal-ismijiet tal-kuntratturi li jiġbru l- iskart domestiku fil-lokalitajiet hawn imsemmija, tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Kunsill lokalikuntrattur
Is-SiġġiewiWaste Collection Ltd
Ħad-DingliWM Enviromental Ltd.
Il-KalkaraSaviour Mifsud
Il-ĦamrunMessrs Saviour Mifsud & Sons. Ltd.
Il-MellieħaVelljo Services
NaxxarSRF & Veladrians Joint Venture
Loading/unloading bay — applikazzjoni - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal-loading u unloading bay?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija ta’ negozju li jinsab f’Ħaż Żabbar. Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar li din il-loading/unloading bay ser issir fil-ġranet li ġejjin wara li nkisbet l-approvazzjoni ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jipprivatizza l-ħidma taċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Le.
Il-mudell li qed naraw hu li jinstab sieħeb strateġiku internazzjonali mis-settur privat bil-għan li ċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ jsaħħaħ il-posizzjoni tiegħu bħala ċentru ta’ arbitraġġ effettiv u attraenti anki f’livell internazzjonali.
Il-qagħda strateġika ta’ Malta fil-Mediterran kif ukoll il-fatt li l-industriji marittimi, tal-avjazzjoni kif ukoll tal-gaming huma stabbiliti sew f’pajjiżna, jagħtu lok għal opportunita robusta għall-promozzjoni ta’ servizzi ta’ arbitraġġ.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni? Kemm daħlu każijiet sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 13-il każ pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u l-Imsida – allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21297, u jgħid kemm hija l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet mgħoddija lill-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara u tal-Imsida separatament u rispettivament fl-2014 u fl-2015 sabiex jamministraw dawn l-imsemmija fondi f’isem il-Kumitat Amministrattiv tas-Swatar? Jista’ jgħid x’kienet in-nefqa ġewwa l-hamlet tas-Swatar mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara u tal-Imsida fl-2014 u fl-2015 mill-allokazzjoni finanzjarja li ġie mgħoddija lilhom għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni għall-Kumitat Amministrattiv tas-Swatar kienet kif ġejja: Għas-sena 2014 il-Kunsill Lokali tal-Imsida ngħata allokazzjoni għas-Swatar ta’ €85,470, waqt li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ngħata allokazzjoni għas-Swatar ta’ €116,811. Intant għas-sena 2015 il-Kunsill Lokali tal-Imsida ngħata allokazzjoni għas-Swatar ta’ €88,189, waqt li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ngħata allokazzjoni għas-Swatar ta’ €120,446.
Fir-rigward tan-nefqa ninforma lill-Onor. Interpellant illi għas-sena 2014 il-Kunsill Lokali tal-Imsida kellu nefqa ta’ €75,661.00, waqt li n-nefqa tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għall-istess sena kienet ta €134,316. Intant għas-sena kurrenti 2015 il-Kunsill Lokali tal-Imsida qed jipprevedi nefqa ta’ €76,689.40 sa l-aħħar tas-sena 2015, waqt li n-neqfa tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għall-istess sena hija ta’ €95,624.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ skart miġbur mill-kuntrattur tal-kunsilli lokali f'kull lokalità f'Malta separatament li għalih il-kunsill lokali ħallsu lill-kuntratturi (hekk kif rapportat minn kull kunsill lokali) matul is-snin 2012, 2013 u 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli b’informazzjoni kif provduta mingħand Wasteserv, waħda turi t-tunnellaġġ ta’ skart domestiku (tal-borża sewda) li wasal mingħand kull Kunsill Lokali fil-faċilitajiet ta’ Wasteserv għas-snin 2012, 2013 u 2014, u t-tabella l-oħra li turi t-tunnellaġġ ta’ skart domestiku għar-riċiklar (tal-borża griża) li wasal mingħand kull Kunsill Lokali fl-istess faċilitajiet u fl-istess perjodu.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20071 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-nies li rtiraw mid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015 kienu 110. Matul l-istess perjodu, ġew impjegati 153, li waħda minnhom hi fuq bażi ta’ part-time b’kuntratt.
Wieħed għandu jinnota li dan l-ammont jinkludi ukoll it-twaqqif ta’ tlett dipartimenti ġodda, ċioe d-Dipartiment tal-Ġustizzja, id-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi u d-Dipartiment għall-iżvilupp tal-Policy u Implimentazzjoni ta’ Progetti flimkien ma’ entita’ ġdida – dik ta’ Żfin Malta.
B’paragun, ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant, li bejn Jannar 2010 u t-8 ta’ Marzu, 2013, irtiraw 113 u ġew impjegati 175 persuna.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni, li tinkludi wkoll riklami biex javżaw vakanzi (vacancies) ta’ staff u avvizi tal-Qorti, hija s-segwenti:
Dipartiment / Entitá
Imħallsa
Għad iridu jitħallsu
Valletta 2018
€8,642.77
0
Vacancy ghal account support officer, Focus Valletta, Culture of Ageing, Culture Mapping Debating Spaces and Places Conference, Tafal, Bewildered Project
Sovrintendenza Patrimonju Malti
212.64
Call for Archeological Surveys
Orkestra Nazzjonali
19751
2989
Concerts tal-Youth Orchestra, Intervista ma’ Principal Conductor u Artistic Director Brian Schembri, Fun Fair Concert, Produzzjoni ta’ kunċert dwar il-Maestro Agius
Zfin Malta
53.45
0
Produzzjoni ta’ Je Tiens La Reine u Call għal żeffiena
Dip. Gvern Lokali
€20,432.41[1]
€214.93[2]
€11,165.07 kienu avviżi ta’ Sejħiet/Kwotazzjoniet tad-diversi Kunsilli Lokali
Teatru Manoel
15521.1
4604.25
Reklamar ghal produzzjonijiet li jtellghu fit-Teatru
Strateġija u Support
€8,850.00[3]
Kampanja Informattiva dwar il-Ġustizzja
Dip. Kultura
1819.09
2912.23
Riklami marbutin mal-proġetti ta’ ERICE, Grand Salon for Costume, Fashion and Film u Creative Europe Desk
PBS
12718.4
952.46
Reklamar tal-European Song Contest Vienna, Junior European Song Contest Bulgarija u Call for Applications.
Kunsill Malti tal-Arti
35484.8
0
Għanafest, Karnival tas-Sajf, Cultural Export Programme, Arts Festival, Jazz Festival, Notte Bianca, The Malta Dance Company, Carnival Village, Schools Creativity Development, Sapport ghal NGOs Lokali, Creative Communities, Kultura TV, The Three Palaces, Premju Francis Ebejer, Pjazza Teatru Rjal.
Ċentru ta' Kreattivitá
764
3401.4
Riklamar ghal screenings u ta’ festivals organizzati mic-Centru
Heritage Malta
18830.2
8916.1
First and Last Hope, Shadows of the Great Siege, keeper of models vacancy advert, Great Siege exhibition, Great Siege exhibition blog, National Museum of Archaeology, Heritage Malta Multisite Pass ticket, Fort St. Elmo, St. Paul’s Catacombs, Fort St. Angelo-
Qrati (Malta)
49284.9
6451.4
Notifikamenti tal-Qorti
Qrati (Ghawdex)
846.06
230.76
Notifikamenti tal-Qorti
Uffiċċju tal-Avukat Generali
4087.65
1581.7
Vacancies, u notifikamenti tal-Qorti u Legal Publications
Dip. Servizzi Korporattivi
€47,406.84[4]
0
Riklam ghall-International Arbitration Centre u Riklami Vot 16
[1] €11,165.07 minn €20,432.41 se jiġu rikuperati mingħand il-Kunsilli Lokali
[2] €202.56 minn €214.93 se jiġu rikuperati mingħand il-KunsilliLokali
[3] Parti mill-progett tal-ESF
[4] Jinkludu reklami tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari kif ukoll tal-kampanja Vot 16
Infurmat ukoll, parti minn dawn ir-reklami - EUR8,850.00 - saru permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kollox kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li ġew irrapurtati lill-gwardjani lokali kull sena mill-2008 sal-lum fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat saru 515-il rapport ta’ kolliżjoni fil-parti tat-triq f’Għajnsielem, 562 rapport ta’ kolliżjoni fil-parti tat-triq fir-Rabat u 642 rapport ta’ kolliżjoni fil-parti tat-triq fix-Xewkija, total ta’ 1,719-il rapport ta’ kolliżjoni fi Triq l-Imġarr.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri fil-Qrati tagħna sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sas-27 ta’ Novembru 2015 tlieta u tletin (33) persuna huma reġistrati fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri miżmum fil-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja). Peress li persuna min dawn hija reġistrata darbtejn b’żewġ sentenzi, hemm erbgħa u tletin (34) reġistrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati ma’ mistoqsija parlamentari 20665 dwar bini mill-ġdid ta’ playground eżistenti fi Triq it-Tabib Nikol Zammit fis-Siġġiewi?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti mitluba flimkien ma’ viżwalizazzjoni kompjuterizzata tal-proġett kif ukoll site plan u ritratti tas-sit, hekk kif provduti mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
Membri tal-Ġudikatura – konferenzi u laqgħat barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Ġudikatura li ħadu sehem f’konferenzi jew laqgħat barra minn Malta? Jista’ jagħti t-tema tal-laqgħa jew konferenza, fejn seħħew u d-data rispettiva minn Jannar 2010 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Id-dettalji mitluba rigward membri tal-Ġudikatura li ħadu sehem f’konferenzi jew laqgħat barra minn Malta minn Jannar 2010 sal-lum jinsabu fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jiena infurmat li kwalunkwe safar minn membri tal-Ġudikatura għal attendenza għal konferenzi jew laqgħat barra minn Malta jrid jiġi approvat mill-Prim Imħallef.