Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MFSA fil-konfront tal-likwidazzjoni tal-kumpannija Med Design Consultants Ltd. li ilha kważi sena li appuntat likwidatur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Malta Financial Services Authority, bħala awtorità regolatorja tas-settur finanzjarju m’għandha ebda responsabbiltà jew rwol dirett fix-xoljiment u stralċ ta’ soċjetajiet kummerċjali li attività tagħhom ma tkunx liċenzjata u regolata minnha.
Ix-xoljiment ta’ soċjetà kummerċjali u n-nomina ta’ stralċjarju (likwidatur) jiġu notifikati lir-Reġistratur tal-Kumpaniji skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-1995 dwar il-Kumpaniji. Il-likwidazzjoni ta’ soċjetà kummerċjali m’hix ir-responsabbiltà tar-Reġistratur imma tal-likwidatur. Ir-Reġistratur m’għandu ebda setgħa jew responsabbiltà diretta fil-proċess tal-likwidazzjoni. Skond l-artikolu 322 ta’ l-Att ta’ l-1995 dwar il-Kumpaniji, il-likwidatur għandu l-obbligu li fi żmien 30 ġurnata mill-għeluq ta’ sena minn mindu tkun bdiet il-likwidazzjoni, huwa jagħmel u jibgħat lir-Reġistratur, statement dwar il-proċess u fejn tkun waslet il-likwidazzjoni. Fin-nuqqas il-likwidatur jeħel il-penali kontemplati fil-liġi. Fil-każ tas-soċjetà in kwistjoni, iż-żmien ta’ sena msemmi għadu ma għaddiex.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — Kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta'
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta': a) inter vivos; u b) causa mortis mad-dipartiment tat-taxxi interni fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kuntratti ta’ trasferiment ta’ proprjetà inter vivos u causa mortis reġistrati fis-snin 2002, 2003 u bejn Jannar u Awissu ta’ l-2004 huwa kif ser jingħad:
2002
2003
2004
Inter Vivos
13,192
15,687
10,474
Causa Mortis
2,339
2,345
1,476
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7095 li ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe'jista' il-Prim Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni li parti minn Dar Malta tiġi utilizzata minn aġenziji tal-gvern? Meta ttieħdet id-deċiżjoni li parti minn Dar Malta tiġi mikrija kummerċjalment lill-persuni/aġenziji/azjendi terzi? Kemm mill-bini kollu se jiġi utilizzat minn aġenziji parastatali? Kemm mill-bini kollu se jiġi mikri lill-privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infakkar lil Onorevoli Membru li din il-materja kienet diskussa fil-Public Accounts Committee. Madanakollu nista’ nikkonferma illi l-potenzjal li jinkera l-ispazju kien wieħed mill-kriterji li wasslu biex tittieħed id-deċiżjoni biex tinxtara Dar Malta. Din il-kunsiderazzjoni ġiet ikkunsidrata wkoll meta ttieħdet id-deċiżjoni fil-laqgħa tal-Kabinett li saret fis-17 ta’ Mejju 2004.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7094 li ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu għas-servizzi tagħhom il-konsulenti, tekniċi u esperti l-oħra u l-avukati Belġjani u Maltin li kienu nvoluti fit-transazzjoni tax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba għal din il-Mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Accounts Committee.
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti li normalment jinbiegħu minn spiżeriji li llum għandhom VAT fuqhom u li s-sena l-oħra ma kellhomx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti li normalment jinbiegħu minn spiżeriji li llum għandhom Value Added Tax fuqhom u li s-sena l-oħra ma kellhomx, huma dawk il-prodotti farmaċewtiċi li jinsabu elenkati fit-Tmien Skeda tal-liġi tal-Value Added Tax bir-rata ta’ 5% kif ukoll dawk l-oġġetti speċifikati fl-Ewwel Skeda fit-tariffa tad-Dwana li tinsab ma’ l-Att dwar id-dazji ta’ importazzjoni taħt dawn l-HS codes.
9018
9019
9025.11.91.00
9402.10.00.10
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li jirtiraw ħaddiema mis-servizz pubbliku minħabba li jilħqu l-eta' tal-pensjoni, xahar b'xahar, minn Ottubru 2004 sa Diċembru 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda bl-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers mill-ewwel ta' Lulju, 2004 sal-lum fid-dipartimenti kollha tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ transfers li saru mill-1 ta’ Lulju, 2004 sal-11 ta’ Ottubru, 2004 bejn Ministeru u ieħor u li ġew approvati mill-Management and Personnel Office huwa 23. Kien hemm ukoll sitt impjegati li kienu f’Segretarjat Privat ta’ Ministru u li ġew trasferiti mill-Management and Personnel Office biex jagħmlu xogħol f’dipartiment ta’ l-istess Ministeru.
Barra minn hekk, kien hemm transfer wieħed li ġie approvat bejn dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Transfers bejn dipartimenti ta’ l-istess Ministeru, jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti rispettiv. Għall-informazzjoni dwar dawn it-transfers l-Onorevoli Interpellant huwa mistieden jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.
Ħaddiema Maltin u Għawdxin — Impjieg f'pajjiżi membri tal-UE
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li mid-data tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea marru jaħdmu fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' jgħid x'impjiegi sabu u każ b'każ f'liema pajjiżi marru jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm għoxrin (20) uffiċjal pubbliku li mill-1 ta’ Mejju 2004, marru jaħdmu ma’ l-Istituzzjonijiet jew Aġenziji ta’ l-Unjoni Ewropea.
Ħlief għal wieħed li jaħdem ma’ l-European Court of Justice fil-Lussemburgu, dawn jaħdmu fi Brussel u qegħdin imqassmin kif ġej:
Auxiliary Agents
3
Translators
7
Commissioner’s Cabinet Office
5
Press Officers
1
Lawyer Linguist
1
Legal Unit (Council of Ministers)
1
Head of Personnel (European Aviation Safety Agency
1
Personal Assistant to MEP
1
TOTAL
20
Ma tinżammx statistika dwar min mar jaħdem fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid mis-sena 2000 sas-sena 2004, kemm kien hemm Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi , kemm minnhom rega' ġġeddilhom il-kuntratt, kemm minnhom inbidlu u għal-liema raġunijiet tneħħew? Jista' jekk jogħġbu jagħti l-informazzjoni maqsuma taħt nisa u rġiel sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi sena b’sena l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Dawn l-uffiċjali kollha kienu, jew għadhom, fuq
Performance Agreements
li jiskadu awtomatikament wara tliet snin.
Dawn il-
Performance Agreements
jiġu mġedda kif ġej:
·
fil-każ ta’ Segretarji Permanenti l-ħatriet isiru fit-termini ta’ Artikolu 92(3) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
·
fil-każ tal-pożizzjonijiet l-oħra
,
l-ħatriet isiru fuq bażi ta’ kompetizzjoni ġdida u l-aħjar kandidat jintagħżel għal post.
Fir-rigward ta’ kuntratti li ġew terminati qabel il-waqt ma nħossx li hija etika li nagħti raġuni għaliex sar dan.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus f'NI contributions, sena b'sena, mill-1/1/98 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ flus miġbura f’NI contributions mill-1 ta’ Jannar 1998 sa Awissu 2004 huwa kif indikat fit-tabella annessa.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji mad-dipartiment tat-taxxi interni minn wara l-budget 2003 sal-lum? Huwa possibbli li jingħata l-ogħla valur ta' bejgħ/xiri propost f'konvenju wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ konvenji reġistrati f’Malta u Għawdex kien ta’ 6,558.
L-ogħla valur ta’ bejgħ /xiri propost f’konvenju wieħed kien jammonta għal Lm6,070,500.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jiġix kkonsidrat li xogħlijiet ta' restawr, b'mod partikolari/anke restawr fi knejjes, jiġi meħlus mill-ħlas tal-VAT anke minħabba l-fatt li dan ix-xogħol isir wara ġbir li jsir minn fost il-poplu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tip ta’ xogħolijiet imsemmija ma jistgħux jiġu kkunsidrati għall-ħelsien mit-taxxa fil-kuntest tal-liġi tal-VAT.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)
VAT — Ħlasijiet żejda fuq income tax u refunds fuq VAT
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti f'arretrati lura lit-taxpayer għall-ħlasijiet żejda ta' l-income tax u għar-refunds fuq il-VAT?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ refunds dovuti f’assessments ta’ l-income tax sas-sena ta’ stima 1998 kien ta’ Lm14,964,450 filwaqt li l-ammont ta’ kreditu eċċessiv tal-VAT mitlub u dovut minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas kien ta’ Lm3,718,333. Din il-figura tista’ tinbidel skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jistgħu jagħmlu fid-denunzja tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jasal biex jitħallas.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, dawn spiċċaw xorta għolew sostanzjalment bħal fil-każ tal-prezz tal-laħam aħmar?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil-prezz?
Jista' jassigurana li l-prezz tal-laħam aħmar importat mhux se jkompli jogħla fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, is-sitwazzjoni f'pajjiżna hija tali li saħansitra għola anke l-prezz tal-ħobż ta' kuljum tal-Maltin u l-Għawdxin?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli fil-prezz tal-ħobż meta saħansitra kien jintqal li dan se jorħos?
Jista' jassigurana li l-prezz tal-ħobż ta' kuljum mhux se jkompli jogħla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, dawn xorta għolew bħal fil-każ taz-zokkor?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil-prezz taz-zokkor?
Jista' jassigurana li l-prezz taz-zokkor ma jkomplix jogħla fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.