Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati u meta se jibda x-xogħol ta' estensjoni tal-Poliklinika ta' Raħal Ġdid? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar dan ix-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li meta id-Dipartiment fil-1995 sar jaf li s-sular ta' fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ser jiġi vakat, beda proċeduri mal-Lands Department biex is-sular battal jintuża bħala estensjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa.
Il-pjanti għadhom qed jiġu ffinalizzati u huwa ppjanat li jinbeda xi xogħol lejn tmiem din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid qattx sar health impact assessment fir-rigward ta' l-effetti li qed ikollu t-tniġġis ta' l-arja fuq il-lokalitajiet fil-viċinanzi tal-Power Station tal-Marsa? Jekk sar, meta u x'riżultati nstabu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li d-Dipartiment tas-Saħħa qatt għamel Health Impact Assessment fir-rigward ta' l-effett li qed ikollu t-tniġġis ta' l-arja fuq il-lokalita' fil-viċinanzi tal-Power Station tal-Marsa.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5622?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nikkonferma li x-xogħol li qed jagħmlu bħalissa huwa relatat mal-kwalifiki li qed jingħataw 'allowance' għalihom
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu applications għal SRNs fulltime għal Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet li ntbagħtu għas-sejħa li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta' Novembru 1998 għall-mili ta' Staff Nurses fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Għalhekk m'hemmx ħsieb li toħroġ xi sejħa oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'funzjonijiet se jaqdi ċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara? Meta se jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa f'Birkirkara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tad-Domanda, din għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli lokali.
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara beda joffri servizz limitat fit-8 ta' Marzu 1999. Minħabba nuqqas ta' tobba, is-servizzi offruti għalissa huma:
1 Servizzi ta' Klinika tat-tabib tal-Familja u Nurse kuljum mit-8.00am sal 11.00am, mit-Tnejn sal- Ġimgħa.
2. Servizz ta' Spiżerija għat-tqassim ta' mediċini b'xejn.
3. Servizz ta' Podoloġija.
4. Servizz ta' Fiżjoterapija.
5. Servizz ta' Speech Therapy.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jattendu persuni fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Sir Paul Boffa, fl-Isptar Monte Carmeli, eċċ kif ukoll il-Health Centres sabiex jiġbru l-mediċini li jkunu ntitolati għalihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li ma speċifikax il-perjodu li għalih talab l-informazzjoni, ninfurmah li l-medja ta' pazjenti li jattendu kull xahar fl-ispiżeriji tal-Gvern huwa ta' 52420, li jinkludi fih dawk it-talbiet għal-mediċini permezz tas-Servizz Postali (li jlaħħaq medja ta' 6197 fix-xahar).
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' persuni li applikaw għall-post ta' Officer i/c of Transport u r-rapport li sar mill-board li għarbel l-applikanti u fuq liema bażi ta' argumentazzjoni waslu biex għamlu l-għażla tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista bl-ismijiet tal-persuni li applikaw u ġew intervistati mill-Bord tal-għażla maħtur mill-Bord precedenti tal-F.M.S. Peress li r-rapport ta` l-"interviews" huwa ta'natura kunfidenzjali, mhux xieraq li nagħmel il-kummenti tal-Bord pubbliċi għal raġunijiet ovvji. Pero lest nurihom lill-Onor. Interpellant privatament.
Dwar il-persuna li isimha ntbagħat separatament, qed impoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport tal-Bord tal-Għażla bir-riferenzi u rakkomandazzjonijiet dwarha. Infurmat li fatt deċiziv kien li din il-persuna kellha diġa esperjenza ta' 21 xahar bħala Manager fil-Garage ta' l-Ambulanzi, li erbatax il-xahar minnhom kienu taħt il-Gvern preċedenti. Infurmat li fatt iehor deċiziv kien ir-rakkomandazzjonijiet qawwija li saru minn ex-Supridendent tal-Isptar San Luqa, mis-Supridendent preżenti u mid-Direttur Finance and Administration.
Din il-ħatra saret bl-istess proċeduri kif kien gie magħzul l-I.T. Systems Manager tal-G.P.S. taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Case Conference fis-CDAU titmexxa fuq 'guidelines' ta' Case Conferences li jsiru f'Child Development Assessment Units fl-Ingilterra.
Skond stħarriġ li sar nstab li l-ġenituri jsibu ruħhom mifxula u mbeżża meta jiltaqgħu ma Team ta' professjonisti madwar mejda li jkunu qegħdin jiddiskutu lit-tifel jew tifla tagħhom.
Wara l-Case conference il-Konsulenta Pedjatra responsabbli mis-CDAU tiltaqgħa mal-ġenituri u tiddiskuti magħhom ir-riżultati rispettivi tal-Case Conference. Il-ġenituri jingħataw Case Summary li hu appuntu rendikont tar-riżultat tal-Case Conference. Il-membri kollha tat-Team jiktbu d-dettalji tal-assessment li jkunu wettqu u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.
Il-ġenituri jħossuhom ħafna aktar trankwilli w rilassati jiddiskutu ma persuna waħda. Huma jingħataw il-ħin kollu biex jiddiskutu l-punti kollha li jkunu jixtiequ jqajmu u jiċċaraw. Il-Case Summary jsibuha utli ħafna biex jużawha meta jkollhom bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet dwar in-national health scheme, it-tqassim ta' mediċini mill-ispiżeriji privati u l-ingaġġ ta' tobba li jaħdmu ma' kumpannija privata biex isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-taħdidiet mal-MAM u l-Malta College of Family Doctors rigward ir-riforma fil-qasam tal-Kura Primarja ser jissoktaw wara li ngħatat rejazzjoni mill-Kabinett fuq ir-rapport li kien ippreżentat.
It-taħdidiet dwar it-tqassin ta' mediċini mill-ispiżeriji privati għadhom għaddejjin u nittama li ma jdumx ma jiġi pprżentat rapport finali.
Il-proposta minn kumpannija privata dwar ingaġġ ta' tobba għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara għadha qed tiġi evalwata.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5471, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card tagħhom u kemm kien l-overtime f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5471 tas-Seduta Nru. 76.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5470, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card tagħhom u kemm kien l-overtime f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5470 tas-Seduta Nru. 76
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5469, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card u kemm kien l-overtime f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5469 tas-Seduta Nru. 76.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5468, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card u kemm kien l-overtime f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5468 tas-Seduta Nru. 75.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3042 u ċioe' jista' jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fil-Ministeru tas-Saħħa mill-20 sa 31 ta' Diċembru, 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, diġa ingħatat fir-risposta għad-domanda parlamentari numru 3294.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm impjegati fil-grad ta' koki matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 ġewwa d-Dipartiment tas-Saħħa? Hemm ħsieb li dan in-numru jiżdied?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' koki mpjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa fis-snin 1995, 1996, 1997, u 1998 kien 46, 50, 45 u 40 rispettivament. M'hemmx ħsieb għalissa li dan in-numru jiżdied.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Director General tax risposta għall-ittra li kitbulu l-Malta Union of Midwives and Nurses fit-18 ta' Jannar, 1999 biex ma jibqgħux jiġu admitted drug addicts fis-sala Nru.2 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli?
Jista' l-Ministru jgħid x'kura qed jingħataw dawn il-pazjenti f'din is-sala li ma tistax tingħata f'xi istituzzjoni oħra?
Kemm daħlu drug addicts fis-sala Nru.2 mill-24 ta' Diċembru, 1998 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li pazjenti li għandhom bżonn jiġu dditossifikati jistgħu jingħataw din it-tip ta' kura f'istituzzjonijiet oħra jekk ikun hemm ir-riżorsi meħtieġa.
Jekk, pero, mill-banda l-oħra l-pazjent ikollu fl-istess waqt marda mentali li teħtieġ kura ġo sptar mentali, dan ma jkunx jista' jsir ġo istituzzjoni oħra sakemm ma jitpoġġewx ukoll riżorsi għall-kura ta' mard mentali f'dik l-istituzzjoni.
Mill-24 ta' Diċembru 1998 sa llum daħlu sitt pazjenti fis-sala Nru. 2. Tlieta li ġew trasferiti mis-sala Nru. 10 ta' l-irġiel meta ingħalqet u tlieta li kienu 'new admissions'.
Jista' l-Ministru jikkonferma li bl-għeluq tas-sala Nru. 10 ta' l-irġiel fl-iSptar Monte Carmeli, il-problemi issa ġew trasferiti fis-sala Nru.2, anzi żdiedu u nħolqu problemi oħra minħabba nuqqas ta' ppjanar u xogħol bl-għaġġla?
Jaf il-Ministru li l-ispazju li ttieħed biex issir is-Seclusion Unit, ittieħed mis-sala Nru.2 b'konsegwenza li l-pazjenti l-oħra ġew marsusa qishom sardin, tant li kull filgħaxija qed jintbagħtu xi tmien (8) pazjenti biex jorqdu fi swali oħra?
Jaf li fis-sala Nru.2 qed jintbagħtu numru mhux ħażin ta' persuni li abbużaw mid-droga b'konsegwenza ta' taħlit ma' pazjenti oħra? Ma jaħsibx li dan mhux il-post adattat għalihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qabel l-24ta' Diċembru 1998 is-sala Nru. 10 kienet tilqa fiha:-
a) Pazjenti riferiti mill-Qrati u mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin
b) Pazjenti b'imġieba aggressiva
c) Pazjenti li kien ilhom snin twal fiha u saru kroniċi
Mill-24 ta' Diċembru 1998 ġie deċiż li tinżamm miftuħa parti żgħira ħafna minn Sala Nru. 10 u li din tkun riservata biss għal pazjenti riferuti mill-Qrati u mill-Faċilita Korrettiva. Il-pazjenti b'imġieba aggressiva ttieħdu f'Sala Nru. 2 filwaqt li l-pazjenti kroniċi tqiegħdu fis-swali 'long-stay' skond is-diżabilita' rispettiva tagħhom.
Biex il-pazjenti b'imġieba aggressiva jkunu jistgħu jiġu ttrattati b'dinjita', ħloqna Seclusion Unit ġdid bil-faċilitajiet kollha. Sakemm dan tlesta kellna faċilitajiet temporanji fis-Sala Nru. 2. Żammejna il-prerogattiva li nużaw dik il-parti ta' Sala Nru. 10 li nżammet miftuħa jekk verament ikun meħtieġ. Dan għidnieh kemm fiċ-Ċirkolari nterna kif ukoll waqt il-Konferenza Stampa li konna għamilna.
Illum għandna Seclusion Unit li ma jħammrilniex wiċċna u ninsabu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta' Kumitat għall-prevenzjoni tat-Tortura tal-Kunsill ta' l-Ewropa li kien irrakkomanda li jkunu mifruda il-pazjenti b'imġieba aggressiva minn dawk riferiti mill-Qrati jew mill-Faċilita' Korrettiva.
Rigward iffullar f'Sala Nru. 2, ta' min ifakkar li hemm perjodi matul is-sena li fihom in-numru ta' pazjenti ammessi fl-Isptar għal kura akuta aktar jikber b'mod sostanzjali. Dan għandu x'jaqsam man-natura ċiklika ta' xi mard mentali. Ilha prassi għal numru ta' snin li f'ċirkustanzi bħal dawn fejn il-kundizzjoni medika tkun tippermetti li pazjenti minn Sala Nru. 2 jintbagħtu jorqdu fi swali oħra.
Mhix l-ewwel darba li persuni bi storja ta' abbuż minn droga ġew ikkurati f'Sala Nru. 2. Il-post addattat għal kura għandu jiddependi mill-kundizzjoni psikjatrika u mhux minn kunsiderazzjonijiet oħra. Fl-istess waqt qed isiru kuntatti ma' Sedqa biex ikun hemm ħidma ko-ordinata fil-kura ta' persuni li jkunu abbużaw minn droga li jkollhom ukoll problemi psikjatriċi.
Billi fuq in-NET News ta' nhar il-Ħadd 14 ta' Marzu, 1999 intqal li ntlaħaq ftehim mal-konsorzju Skanska fejn jirrigwarda d-disinji u l-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li s'issa għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim finali.
Minn min hu ffirmat in-New Steering Committee għall-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Xi kwalifiki għandhom? X'inhi l-ID Card No. ta' kull wieħed minnhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-'Project Team' għall bini ta' l-Isptar il-ġdid f'tal-Qroqq huwa ffurmat minn:
ISEM I.D. No.
-----------------------------------------
Eu r. Ing. Eamnuel Attard 158555(M)
C.Eng., B.Eng.(Hons), M.B.A.
R.G.N., M.Inst.E., Comm.Dip.
-----------------------------------------
Dr. Kenneth Grech 476667(M)
MD. MSc(Lond) MBA DLSHTM
-----------------------------------------
Eur. Ing. M. Attard Montalto 52661(M)
B.Sc.(Hons), C.Eng., M.I.C.E.,
M.A.S.C.E., A.&C.E.
-----------------------------------------
Fuq dan il-'Project Team' ġew appuntati wkoll il-Direttur Ġenerali (Works Department), Direttur tas-Saħħa Pubblika(Diviżjoni tas-Saħħa), u d-Director Nursing Services. Dawn huma appuntati 'on an advisory capacity'.