Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10123 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal xiri ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrifjutati permessi għal xi xiri ta' armi sena b'sena għal dawn l-aħħar ħamsin sena? X'kienet ir-raġuni għaliex ġiet irrifjutata t-talba mill-kummissarju u ġewx irtirati xi permessi diġa' eżistenti fl-istess żmien u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, mill-1995, mindu bdew jinżammu records dwar is-suġġett tal-Mistoqsija, it-tagħrif mitlub dwar kemm ġew irrifjutati talbiet għal xiri ta` armi hu kif ġej : - 1995 31 1996 26 1997 75 1998 32 1999 * 31 * Sad-9 ta` Ottubru Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Ir-rifjut ta` dawn il-liċenzji hu regolat bl-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Leg 9 PQ #10124 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċa — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn applikazzjonijiet għal permessi ġodda pendenti għall-kaċċa llum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sas-6 ta` Ottubru, 1999, kien hemm 168 applikazzjoni pendenti għall-permessi tal-kaċċa.
Leg 9 PQ #10125 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xiri ta' snieter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw snieter sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10538 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għases

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed jagħti l-Korp tal-Pulizija biex ikunu rranġati għases tal-pulizija mill-Assoċjazzjoni Qraba tal-Pulizija? Min qed jiddeċiedi liema sponsorships f'din l-inizjattiva jkunu aċċettati jew le?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għall-inizjattiva li ħadet l-Għaqda Qraba tal-Membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex ittejjeb l-ambjent ta` fejn jaħdmu l-qraba tagħhom, il-Korp tal-Pulizija jipprovdi l-materjal meħtieġ u fejn ikun hemm bżonn ħaddiema. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, l-Għaqda tirregola il-fund raising tagħha bil-kundizzjoni li ma jkunux kompromessi l-interessi tal-Korp.
Leg 9 PQ #10539 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Programm ta' komputerizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-programm ta' komputerizzazzjoni fil-korp tal-pulizija? Kemm intnefqu flus s'issa f'dan il-programm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-programm ta` komputerizazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, li kien inbeda fl-1987, hu proċess kontinwu. Matul dawn l-aħħar snin pero`, kien hemm avvanz sħiħ billi ġiet introdotta s-sistema magħrufa bħala Police Incident Reporting System (P.I.R.S.). B`din is-sistema d-dettalji tar-rapporti magħmula fl-Għases tal-Pulizija jiġu mniżżla fil-kompjuter u l-informazzjoni tkun aċċessibli bejn għassa u oħra. Ġiet ukoll introdotta s-sistema kompjuterizzata fl-Uffiċċju ta` l-Armi. Wieħed isemmi ukoll is-sistema komputerizzata ta` l-Immigrazzjoni introdotta fl-1994. Is-sena ta` wara kienet ukoll introdotta sistema komputerizzata fl-Uffiċċju Prinċipali taċ-Ċitazzjonijiet. Din is-sistema għadha qed tiġi upgraded. Ser tkun ukoll upgraded sistema komputerizzata fil-Control Room fil-Kwartieri Ġenerali, bl-istallazzjoni fil-futur ta` vehicle location/tracking system u sistema oħra li tippermetti li telefonati ta` emerġenza jew għall-assistenza jkunu trattati separatament minn telefonati ta` rutina. Ser tkun introdotta sistema komputerizzata fl-Uffiċċju tal-Kondotti li biha l-pubbliku jkun jista` jiġbor ċertifikat tal-kondotta mill-għases prinċipali. Matul dawn l-aħħar snin in-numru ta` personal computers fil-Korp żdied u issa qed jintużaw madwar 400. Il-Korp tal-Pulizija ħa ħsieb ukoll li jara li jittieħdu dawk il-miżuri meħtieġa dwar il-problema konnessa mas-sena 2000 (Y2K). Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ser nara hux possibli li tinġabar l-informazzjoni mitluba permezz li sa l-1996 dawn il-proġetti kienu finanzjati mill-vot globali allokat lill-MSU u mhux mil-vot tal-Ministeru responsabbli għall-Intern.
Leg 9 PQ #10540 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista kompleta tal-vetturi kollha li għandu l-korp tal-Pulizija, bin-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom u f'liema sezzjonijiet jew distretti huma allokati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10541 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi - VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-vetturi tal-korp tal-pulizija hux se jittellgħu għat-test tal-VRT? Kemm hemm karozzi weqfin fil-garaxx tal-pulizija u għaliex uħud minnhom ilhom hemm diversi ġimgħat, jekk mhux xhur, meta l-ħsara li għandhom hi relattivament żgħira?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-vetturi tal-Korp tal-Pulizija, bħal vetturi oħra tal-Gvern, se jittellgħu għal VRT. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li hemm 17-il karozza jistennew tiswijiet fil-garaxx tal-pulizija, pero` dawn fil-maġġor parti jinħtieġu tiswijiet estensivi. Ta` min jgħid ukoll illi xogħol fuq dawn il-vetturi jieħu żmien għal diversi raġunijiet, fosthom dik li x-xogħol fuqhom ikollu jieqaf sabiex isiru tiswijiet inqas estensivi.
Leg 9 PQ #10542 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kemm tressqu persuni l-qorti b'konnessjoni ma' serqiet? Kemm saru raids u f'liema lokalitajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel 9 xhur ta` din is-sena hu kif ġej : Jannar 38 Frar 63 Marzu 37 April 52 Mejju 31 Ġunju 33 Lulju 42 Awissu 26 Settembru 40 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li tfittxijiet isiru skond il-ħtieġa ta` l-investigazzjoni partikolari li tkun qed issir.
Leg 9 PQ #10684 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji kienu tilfu l-pulizija taħt l-amministrazzjoni preċedenti Laburista? X'benefiċċji reġgħu ngħataw lura lill-puliizija taħt din l-amministrazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-miżuri li kienu ttieħdu fis-16 ta` Frar 1998, il-fizzjali kollha stazzjonati fid-Distretti u dawk fid-Dipartiment ta` l-Investigazzjoni Kriminali u s-surġenti f`din it-Taqsima, kif ukoll kuntistabbli li kienu jagħmlu xogħol bħala xufiera bdew jieħdu l-frank tagħhom fil-ġurnata tal-Ħadd u għalhekk tilfu d-dritt għal ħlas doppju. B`effett mill-1 ta` Jannar ta` din is-sena l-membri tal-Korp imsemmija bdew jaħdmu roster ta` frank idur kull ħames t`ijiem, u għalhekk reġgħu ngħataw il-benefiċċju għall-ħlas doppju dovut għall-impjegati li jaħdmu fil-Ħdud u Festi. Minbarra hekk, b`effett mill-1 ta` Jannar, 1999, numru kbir ta` membri tal-Korp, li b`riżultat tal-miżuri li ttieħdu fi Frar 1998 bdew jingħataw time off in lieu għas-sigħat żejda li jaħdmu, reġgħu bdew jitħallsu għal dawn is-sigħat żejda ta` xogħol.
Leg 9 PQ #9273 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Balluta — Coaches li jgħabbu t-turisti mill-pjazza

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u mmedjati sabiex il-pulizija toħroġ ordni biex il-coaches li jgħabbu t-turisti mill-pjazza tal-Balluta f'diversi ħinijiet tal-ġurnata ma jibqgħux jieqfu biswit l-istage tal-karozzi tal-linja u biswit il-pjazza tal-Balluta? Jista' l-Ministru jikkonsidra s-suġġerimenti li diġa' ġew mgħoddija lill-kummissarju tal-pulizija permezz ta' ittra tar-residenti, li kopja tagħha qed tintbagħat separatament, biex il-coaches imsemmija minflok jibdew jieqfu biswit Villa Cassar Torregiani, peress li apparti li fil-preżent qed joħolqu konġestjoni tat-traffiku u apparti li qed jokkupaw l-ispazju riservat għall-istage tal-karozzi tal-linja, bid-dħaħen tagħhom qed joħolqu wkoll inkonvenjent kbir għas-saħħa tar-residenti li jgħixu fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tieħu passi sabiex ma jkunx hemm abbużi mix-xufiera ta` coaches fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Dwar il-proposta għal sit riservat għall-parkeġġ tal-coaches, nissġġuerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10417 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ċimiterju fil-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi possibbilta' li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tikkonsidra favorevolment ix-xewqa tan-nies tal-Baħrija li jkollhom ċimiterju fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta qiegħed jikkunsidra u jeżamina l-possibilita` li jinstab sit għall-ċimiterju għar-residenti tal-Baħrija. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10532 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-korp tal-Pulizija hemmx taqsima li ssegwi x'ikun qed jingħad fil-Media? Liema hi din it-taqsima, u b'dak li jkun qed jiġri fil-Media lil min tinforma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fi ħdan il-Korp tal-Pulizija hemm il-Community & Media Relations Unit, li parti mid-doveri tagħha huwa li ssegwi dak li jkun qed jingħad fil-media u tgħaddi dak li jkun jikkonċerna lill-Korp lit-Taqsima kkonċernata, skond ma jkun il-każ. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10533 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq ta' opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel disa' xhur tas-sena, kemm kienu irrapportati misruqa opri tal-baħar u mil-liema bajjiet? Kemm tressqu nies il-qorti in konnessjoni ma' dawn is-serqiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 54 serqa ta` opri tal-baħar, minn dawn il-bajjiet : Gżira, Birżebbugia, Qawra, Msida, M`Scala, Ta` Xbiex, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Pieta`, M`Xlokk, Blue Lagoon, Mellieħa, Sliema, Salina, Kalkara. Żewġ persuni ġew imressqa l-Qorti. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10534 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija bħalissa għaddejjin proċeduri kontra tagħhom fil-qorti u dwar xiex?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10535 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Proċeduri ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija bħalissa għaddejjin minn proċeduri ta' dixxiplina? X'inhuma l-każi li dwarhom għaddejjin dawn il-proċeduri?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jirrigwardja proċeduri tad-dixxiplina kontra membri tal-Korp tal-Pulizija quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9869. Dwar proċeduri dixxiplinari interni, ninsab infurmat li qed jittieħdu passi kontra 445 membru ieħor tal-Korp. L-akkużi kontra dawn il-membri jinkludu, traskuraġni ta` xogħol, diżubbidjenza ta` ordnijiet, kondotta ta` preġudizzju għal bon ordni, eżerċizzju mhux leġittimu jew mhux ta` awtorita`, telf ta` reputazzjoni, simulazzjoni ta` mard, assenza bla permess, kondotta insubordinata jew oppressiva, ħsara, falsita` jew tgħawwiġ ta` fatti, nuqqas ta` ndafa u ksur ta` fiduċja. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10536 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-qadi tad-doveri tagħhom fil-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm 16-il membru tal-Korp tal-Pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-qadi tad-doveri tagħhom. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10537 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Pjan strateġiku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-Pjan Strateġiku 1999-2000 għal Korp tal-Pulizija li tnieda għaxar xhur ilu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-Pjan Strateġiku tal-Korp tal-Pulizija kien tnieda uffiċjalment fis-16 ta` Marzu 1999, it-Taqsima ta` l-Istrateġija u Ippjanar fi ħdan il-Korp kienet żammet matul ix-xhur ta` Lulju, Awissu u Settembru, sensiela ta` 'workshops' għal kull branka u diviżjoni tal-Korp. F`dawn il-'workshops', il-membri tal-Korp ġew mistiedna sabiex huma stess jfasslu l-istrateġija u l-miri tad-diviżjoni jew branka rispettiva tagħhom skond l-oġġettivi li kienu ġew identifikati fid-dokument tal-Pjan Strateġiku. Issa li dan l-eżerċizzju spiċċa, se tibda l-fażi ta` l-implimentazzjoni fejn it-Taqsima ta` l-Istrateġija u Ippjanar qiegħda tirrevedi dawn il-miri sabiex tara liema huma dawk li jistgħu jiġu implimentati skond il-Pjan Strateġiku. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10627 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Employment licence

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibagħthom separatament, li applikat għal Employment License tingħata din il-liċenzja sta għal fatt li se jiżżewweġ tfajla Maltija, u ommu hi Maltija?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret talba lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates minn kumpanija lokali sabiex tinħareġ liċenzja ta` impjieg f`isem il-persuna li saret referenza dwarha fil-Mistoqsija. Ninsab infurmat li dan id-Dipartiment m`għandu ebda nformazzjoni li l-persuna konċernata se tiżżewweġ ċittadin Malti. Iżda jekk hu hekk, skond il-policy eżistenti, fejn hemm għerusija ta` barranin ma` Maltin, wara li tiġi pprovduta l-evidenza meħtieġa, tinħareġ liċenzja ta` impjieg f`isem il-persuna barranija valida għal mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data taż-żwieġ tal-koppja. Jekk dan mhux il-każ, it-talba titressaq quddiem il-bord imwaqqaf sabiex jipproċessa talbiet għall-ħruġ jew tiġdid ta` liċenzji ta` impjieg (lill-barranin) sabiex jeżamina l-każ. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10628 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bdil ta' gallariji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fil-Kottonera, aperturi u gallarijiet ta' l-injam jinbidlu u jsiru ta' l-aluminium kulur qisu injam?

Response (BORG, TONIO)

Le, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tagħtix permess biex gallarijiet ta` l-injam jinbidlu u jsiru ta` l-aluminium kulur qisu njam. Sadanittant, ġiet estiża l-iskema ta` rranġar ta` gallarijiet fil-Kottonera kif imħabbar nhar il-Ġimgħa 8 ta` Ottubru f`konferenza għall-istampa. L-Awtorita` beħsiebha tirrevedi l-policy dwar l-użu ta` aluminium f` 'Urban Conservation Areas' sabiex ikun hemm gradi differenti ta` protezzjoni skond il-kuntest storiku urban. 26.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10629 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-ajruport u fil-portijiet tagħna, separatament, u x'tip ta' droga kienet mis-sena 1995 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 26.10.9 (a.m.)