Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel ta' l-Isat — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6984 u cioe' jista' jgħid jekk fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u din is-sena sal-lum kienx hemm rappurtat li xi tfal/studenti li jattendu l-iskejjel ta' l-istat inqabdu b'xi drogi u armi tan-nar, meta u f'liema skola, x'passi ttieħdu u kemm kellhom eta' it-tfal f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li mill-istatistika li iżżomm it-Taqsima kontra l-Abbuż ta' l-Edukazzjoni (imwaqqfa fl-2001) ġew rapportati 40 każ ta' abbuż ta' droga (6 Skejjel tal-Knisja, 7 Post-Sekondarji, 27 Skejjel ta' l-Istat). L-eta' tvarja minn 14 sa 18 il-sena. Minn dawn 26 każ ġew riferuti lill-Skwadra tad-Drogi tal-Puluzija u 14 lis-Sedqa. Kien hemm każ wieħed fejn student ta' 14 il-sena kellu Air Pistol. L-arma ġiet konfiskata.

Impjiegi — Trattament Diskriminatorju kontra l-Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tindika fiex waslu r-regolamenti li l-Ministru għall-Politika Soċjali ta' dak iż-żmien, u li llum huwa Prim Ministru, kien irrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu għal żewġ mistoqsijiet parlamentari li kont għamiltlu jien, jiġifieri mistoqsijiet parlamentari 4392 u 4393?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċess ta' preparazzjoni għall-publikazzjoni ta' l-Avviż Legali, li l-Ministru ta' dak iż-żmien kien irrefera għalih fir-risposta għad-domandi parlamentari 4392 u 4393, wasal fi tmiemu wara li saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa mal-Bord tar-Relazzjonijiet ta' l-Impjieg, u mistenija li tiġi ppublikata fil-ġranet li ġejjin.

ITS — Tracer Study

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istitut għall-istudji turistiċi għandux tracer studies biex jistabilixxi kemm fil-fatt dawk li jagħmlu l-korsijiet tiegħu jidħlu fil-qasam tat-turiżmu u kemm jaqbdu oqsma oħra fl-impjieg tagħhom? Jekk sar xi tracer study, jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx jista' jara li l-istitut jagħmel studju bħal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istitut Turistiċi għandu 'Tracer Study of 1987-2000 Graduates'. Hemm il-ħsieb li fil-futur isir studju li jkopri l-perjodu għas-sena 2000 sa 2004. Ser ngħaddi kopja tat- Tracer Study imsemmi hawn fuq lill-Onor. Membru.

Skejjel ta' l-Istat — Tagħlim ambjentali

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma kienx hemm tweġiba mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għall-proposta tan-Nature Trust biex għalliema jiġu sekondati ma' din l-għaqda sabiex isir tagħlim ambjentali fl-iskejjel tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa hemm żewġ għalliema sekondati mal-Birdlife u għalliem ieħor man-Nature Trust. Barra minn hekk it-tagħlim ambjenatli fl-iskejjel tal-Gvern isir fuq bażi regolari.

Summer schools

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu r-regolatur tas-summer schools li għandna fil-pajjiż? Jista' jgħid ukoll kemm isiru spezzjonijiet f'dawn is-summer schools, kemm f'dak li għandu x'jaqsam il-kontenut ta' dak li jsir kif ukoll dwar il-premises fejn dawn jinsabu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li billi l-iskejjel tas-sajf privati għad ma humiex regolati, għadu ma nħatarx regolatur. Madankollu kull binja li tintuża għal skop edukattiv hija regolata mill-MEPA li wkoll għandha l-poter li tinforza dwar l-idonjeta u l-użu ta' kull binja. L-iskejjel ta' l-istat li jipprovdu Skola Sajf huma regolati u sorveljati mid-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. A.L.60 ta' l-1996 jirregola skejjel li jgħallmu l-Ingliż bħala lingwa barranija.

Eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7354?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar in-numri ta' studenti, bniet u subien, suġġett suġġett, mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, u kandidati privati li qagħdu għar-resits tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola (MATSEC) f'Settembru 2004. It-tabelli 1 u 2 juru r-riżultati tas-Sec tal-bniet u tas-subien rispettivament. Il-gradi 4 u 5 jikkwalifikaw l-istudenti għal studji ogħla fis-suġġetti rispettivi waqt li l-gradi 6 u 7 juru ukoll li l-istudenti għaddew iżda b'livell iktar baxx. Il-grad U jindika li l-istudenti ma laħqux il-livell mistenni. It-tabelli 3 u 4 juru r-riżultati tal-livell avvanzat ta' dawk l-istudenti, bniet u subien rispettivament, li qagħdu għall-eżami bħala parti miċ-Ċertifikat tal-Matrikola. Għaddew dawk kollha li ġabu minn A sa E. Tabelli 5 u 6 juru r-riżultati ta' dawk l-istudenti, bniet u subien rispettivament, li qagħdu għas-suġġetti fil-livell avvanzat separatament miċ-Ċertifikat tal-Matrikola (single subject). Għaddew dawk kollha li ġabu gradi minn A sa E. Tabelli 7 u 8 juru r-riżultati tal-livell intermedju ta' dawk l-istudenti, bniet u subien rispettivament, li qagħdu għall-eżami bħala parti miċ-Ċertifikat tal-Matrikola. Għaddew dawk kollha li ġabu gradi minn A sa E. Fil-każ ta' Tabelli minn 3 sa 8 l-informazzjoni dwar it-tip ta' skola inżammet biex tissalvagwardja l-identita' ta' l-iskejjel partikolari.

Skejjel — Survey dwar it-tipjip u l-alkoħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni xi darba jew oħra għamlitx survey nazzjonali dwar it-tipjip u l-alkohol fost it-tfal ta’ l-iskola? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti d-dettalji u jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid jekk jaqbilx li għandu jiġi organizzat survey biex dawn il-problemi kbar fost l-istudenti jkunu jistgħu jiġu miġġielda b’mod xjentifiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bħala entita' waħidha, qatt ma għamlet survey nazzjonali dwar it-tipjip u l-alkohol fost it-tfal ta' l-iskola. Madankollu, id-Diviżjoni ħadet sehem f'Pilot Project li sar mill-ESPAD (European School Survey Project on Alcohol and other Drugs) F'kollaborazzjoni mal-Kunsill ta' l-Guidance Teachers mill-Guidance and Counselling Services tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u fl-istess survey ħadu sehem l-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti. L-ewwel survey, li kien Pilot Project sar fl-1995 u n-National Report kien ippublikat fl-1997. Wara dan ġie deċiż li dan is-survey jibda jsir kull erba' snin. It-tieni survey sar fl-1999, u 'The 1999 Espad Report Alcohol and other Drug Use Among Students in 30 European Countries' sar fl-1999. Ir-Rapport ġie ppubblikat fi Stockholm f'Diċembru 2000. It-Tielet survey sar f'Jannar 2003 f'Malta, (u aktar tard f'postijiet oħra fl-Ewropa). Ir-riżultati ta' dan is-survey wasal biex jiġi ppubblikat. F'dawn is-surveys, fil-questionnaire hemm mistoqsijiet dwar drogi, tipjip u alcohol. Studju mniedi mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u nwettaq mill-Health Promotion Department flimkien mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (ħadu sehem School Counsellors, Guidance Teachers u P.S.D Teachers) sar f'Malta fis-sena 2000, bħala Pilot Project. Is-Survey kien jismu 'Imġieba għall-Ħajja Aktar f'Saħħitha fi Tfal ta' l-iskola'. F'dan is-survey hemm mistoqsijiet dwar it-tipjip, alcohol u drogi. Survey ieħor sar fl-2002 u kien imsejjaħ 'Health Behaviour in School-Aged children.' Is-Survey sar kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Fost il-mistoqsijiet kien hemm dawk dwar it-tipjip, alcohol u droga. Informat ukoll li qegħdin isiru surveys minn organizzazjonijiet kompetenti f'dawn is-suġġetti.

ETC — Reġistrazzjoni għax-Xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni lokal b'lokal tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Diċembru tas-snin 1996,1998, 2000, 2001, 2002, 2003 u l-aħħar xahar available?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Diċembru tas-snin 1998, 2000, 2001, 2002, 2003 u ta' Settembru 2004 lokal b'lokal f'Malta u Għawdex ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab informat li l-figuri għas-sena 1996 ma kienux jinġabru b'dan il-mod, filwaqt li għas-sena 1998 u 2000 kienet tinġabar biss informazzjoni għal-ewwel parti tar-reġistru. Kien mill-2001 li l-ETC bdiet iżżomm l-informazzjoni lokal b'lokal dwar ir-reġistranti fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru.

Kottonera — Għalliema ta' l-iskejjel primarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom jgħallmu, skola skola, kull għalliem fl-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu, Isla u Kalkara? Kemm inbidlu heads għal kull skola f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Għawdex — MCAST - Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jara li fl-MCAST ta' Għawdex jinġabu għalliema tal-Biology, Maths u IT peress li m'hemmx għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fl-MCAST ta' Għawdex hemm għalliem ta' l-IT, l-għalliem tal-Matematika ser jibda il-ġimgħa li ġejja u l-għalliem tal-Bioloġija ser jibda jaħdem part-time fil-ġranet li ġejjin.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm hemm persuni (nisa u rġiel) li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq part I u part II tar-reġistru minn dawn il-lokalitajiet: Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Naxxar — Skola Vincenzo Borg Braret

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex studenti li qed jattendu l-annex fin-Naxxar ta' l-iskola Vincenzo Borg Braret u li joqogħdu fl-area Tas-Sagħjter in-Naxxar jiġu provduti bi trasport minħabba li ta' spiss qed jiġi rifjutat trasport lilhom minħabba li l-private tkun imballata bl-istudenti, inkluż studenti bil-wieqfa?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub jingħata f'xi Seduta oħra.

Awtorita' nazzjonali tax-xogħol — Qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem l-awtorita' nazzjonali tax-xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol din is-sena kif ukoll kemm inqatgħu appelli fl-istess perjodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid, din is-sena kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u għala nqatgħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa' Lulju 2004 inqatgħu 676 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru b'deċiżjoni tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Minn dawn il-676 persuna, 214 nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 279 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 183 persuna rrifjutaw opportunita ta' taħriġ. F'dan l-istess perjodu kien hemm 12,801 persuna li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom. Il-figura trid tiftiehem fid-dawl tan-numru kbir ta' persuni li f'ħin jew ieħor tul is-sena imissu mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, kull tant aktar minn darba.

Skola Sajf

Question

Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' parteċipanti fi Skola Sajf din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' parteċipanti li attendew Skolasajf 2004 hu hekk: Skolasajf Malta 3098 Klabbsajf Malta 187 Ċentri Speċjali Malta 74 Skolasajf Għawdex 309 Klabbsajf Għawdex 69 Ċentru Speċjali Għawdex 17 Total 3745

School clusters

Question

Peress li l-Ministru f'bosta diskorsi pubbliċi tkellem dwar school clusters, jista' jgħid jekk hemmx xi proposta li diġa' ġiet diskussa fil-kabinett? Jista' jgħid jekk sarux stimi ta' kemm se tiġi tiswa? Meta hu maħsub li din is-sistema se tibda?

Response (GALEA, LOUIS)

Proposti dwar riformi fil-qasam ta' l-edukazzjoni għad iridu jiġu preżentati lill-kabinett u wara jiġi publikat dokument għad-diskussjoni.

Universita' — Korsijiet ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji tuża l-Universita' ta' Malta sabiex tintroduċi korsijiet ġodda kemm full time kif ukoll part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' tindroduċi korsijiet ġodda meta jkun hemm xi talba speċifika minn xi entita' governattiva jew meta b'mod ieħor isir magħruf li hemm il-ħtieġa ta' xi speċjalizazzjoni partikolari. Korsijiet ġodda jistgħtu jkunu introdotti wkoll b'inizjattiva ta' xi Dipartiment akkademiku. Kull proposta tiġi eżaminata u diskussa l-ewwel fi ħdan id-Dipartiment li jkun qed jipproponiha, wara fil-Bord tal-Fakulta u mbagħad ma sotto-kumitat tas-Senat u finalment titressaq għal approvazzjoni tas-Senat biex jittieħdu inkonsiderazzjoni kemm fatturi akkademiċi kif wkoll fatturi ta' finanzi u l-ħtieġa tal-kors propost.

Universita' — Exemptions lil studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw exemptions lil studenti barranin mill-ħlas ta' tariffi ta' l-Universita' f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena b'mod separat? Jista' jgħid ukoll xi kriterji jintużaw għal dawn l-eżenzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li applikazzjonijiet għal eżenzjoni kien hekk: 2000/2001 - 8 Eżenti 2001/2002 - 11 Eżenti 2002/2003 - 25 Eżenti 2003/2004 - 41 Eżenti Il-kriterja mogħtija mill-Ministeru ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.