Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15661 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Safety equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema fl-Enemalta li għandhom bżonn safety shoes mhux qed jingħatawlhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta li ghandhom l-obbligu li jilbsu s-safety shoes, fil-fatt qed jigu ipprovduti b`dan it-taghmir ta` sigurta`. Fejn ghal xi raguni ta` sahha jew ta` natura personali l-haddiem ma jigix provdut b`dan it-tip ta` zarbun, huwa ma jinghatax jaghmel xoghol li jkun jitlob l-uzu ta` tali tip ta` zarbun. Tajjeb jinghad li dan l-ahhar, ghal perjodu ta` zmien, kien hemm talba ghas-safety shoes aktar mill-provvista. Dan sehh peress li z-zraben li nxtraw wara l-ahhar sejha ghall-offerti li inghatat kienu ta` kwalita` inferjuri u diversi haddiema tal-Korporazzjoni rritornaw dawn it-tip ta` zraben peress li kienu qed jikkawzawlhom diversi problemi. Minhabba din is-sitwazzjoni l-Bord tal-Korporazzjoni approva x-xiri permezz ta` `direct order` tal-kwantita` li kienet mehtiega.
Leg 9 PQ #15666 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lil din il-Kamra bil-lista kollha tal-karozzi mikrija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' jindikalna kull karozza fejn u għaliex qed tintuża, u jekk sarux xi studji sabiex din in-nefqa titnaqqas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 15538 waqt is-seduta numru 281.
Leg 9 PQ #15667 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Pjan ta' Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjan ta' żvilupp tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal ħames snin li ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qatt ma kellha pjan ta' żvilupp għal ħames snin li jkopri l-attivita sħiħa tagħha. Li kellha kien pjan li jkopri setturi partikolari ta' l-attivita tagħha. Ninsab infurmat li qed isiru l-preparamenti biex fl-iqsar żmien possibbli jkun formulat pjan ġdid li jkun komprensiv.
Leg 9 PQ #15673 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Tiswija ta' lampa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13744, jista' l-Ministru jagħtini informazzjoni dettaljata dwar il-pożizzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta vis-a-vis il-post differenti li kellha tiddentifika sabiex terġa' titwaħħal il-lampa fit-trejqa li tagħti għal kamra tan-nar f'Wied Qirda, Ħaż-Żebbuġ? Hemm xi raġuni għal dan id-dewmien kollu meta wieħed jikkonsidra l-ħtieġa urġenti f'każ ta' inċident li jista' jinqala' f'dan il-lok? Meta hemm il-ħsieb li tittieħed id-deċiżjoni u din tiġi mplimentata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-lampa li ghaliha qed issir riferenza ser titwahhal ma` kamra li ghadha kif inbniet biswit it-triq f`Wied Qirda f`Haz-Zebbug. Ix-xoghol mistenni jibda dalwaqt.
Leg 9 PQ #15691 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Reklutaġġ ta' manager corporate services

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex qed jidher fil-gazzetti lokali avviż biex isir reklutaġġ ta' manager corporate services u financial controller u communication manager, tliet postijiet li diġa' huma okkupati? Għaliex qabel ma ħarġu dawn l-avviżi ma saritx sejħa interna għal mili ta' dawn il-postijiet meta l-pjan tal-KSI huwa li jnaqqas ir-reklutaġġ minn barra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mit-tlitt postijiet imsemmija fil-mistoqsija, dawk attwalment okkupati huma ta' Financial Controller u Head of Administration. Min qed jokkupa dawn il-postijiet għandu kuntratt li wasal biex jiskadi. Il-Korporazzjoni ma għandha ebda obbligu li biex jimtlew dawn il-postijiet tagħmel sejħa interna. Il-politika tal-Korporazzjoni li jonqos ir-reklutaġġ minn barra ma tinkorporax vakanzi fit-'top management' u nies bi kwalifiki fi speċjalizazzjonijiet partikolari.
Leg 9 PQ #15721 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Xbiex — Triq il-Ħalg - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li bozza li hemm fi Triq il-Ħalg tiġi mibdula billi ilha maqtugħa ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza msemmija saret f'data preċedenti għall-mistoqsija.
Leg 9 PQ #15723 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gżira — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara illi bozza li hemm fi Triq Carlo Manche', Gżira, bejn Ponsomby Street u Fleet Street tiġi mibdula billi ilha maqtugħa għal ħafna żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza msemmija saret f'data preċedenti għall-mistoqsija.
Leg 9 PQ #15763 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Kerċem - VOR System

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi wara r-risposta tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 14947, u dan peress illi sal-lum id-dipartiment ta' l-artijiet qed isostni illi ma rċieva l-ebda risposta mill-MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-M.I.A. qed taghmel dak li hu possibbli sabiex tipprovdi l-informazzjoni mitluba minnha. Din l-informazzjoni mistennija tingabar u tinghata lid-Dipartiment ta` l-Artijiet qabel l-ahhar ta` dan ix-xahar. Fis-7 ta` April ta` din is-sena, il-Kumpanija nfurmat lill-Ombudsman kif ukoll lill-imsemmi dipartiment dwar dan. Ta` min jghid li dan huwa kaz ta` kumpens ghal rekwizizzjoni ta` art li saret madwar hamsin sena ilu.
Leg 9 PQ #15773 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija ta' l-għamara

Question

Billi l-kumpannija responsabbli għall-istudju li sar dwar l-industrija ta' l-għamara li sar f'isem l-IPSE diġa' ppubblika ċerti dettalji dwaru waqt seminar privat li sar, jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna l-gvern biex jippubblika siltiet u/jew l-executive summary ta' dan ir-rapport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bhalissa l-IPSE qed tikkunsidra liema ghandu jkun l-ahjar format sabiex jigi ppubblikat u jitqassam dan ir-rapport. Din il-pubblikazzjoni trid tilhaq zewg ghanijiet - dak li l-intraprizi kollha jintlahqu bl-aktar mod effettiv u li tkun eskluza informazzjoni ta` natura kummercjali dwar l-intraprizi. Tajjeb jinghad li l-IPSE qed thejji wkoll programm ta` attivitajiet biex tkun tista` twassal lill-intraprizi nvoluti s-sejbiet u l-konkluzjonijiet ta` dan l-istadju b`mod dirett.
Leg 9 PQ #15405 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti ta' l-ikel — Export refunds

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm qed jikkalkula l-gvern li jintilfu f'miljuni ta' liri f'export refunds fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima kull sena wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-`export refunds` jinghataw lill-bdiewa fl-Unjoni Ewropeja meta dawn jesportaw prodotti agrikoli ghal pajjizi mhux membri ta` l-Unjoni. Dawn l-`export refunds` jinhadmu skond il-prezz tal-mument fuq is-swieq internazzjonali tal-prodotti koncernati. Ghalhekk mhux rejalistiku li jsiru kalkoli llum dwar sussidji u taxxi li jistghu jigu applikati fil-futur.
Leg 9 PQ #15406 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Prodotti ta' l-ikel

Question

Fid-dawl ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformani fuq liema importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel l-Unjoni Ewropea fil-preżent tapplika s-sistema t-TARIC "tariffi" fuq l-importazzjoni ġejja mill-pajjiżi li m'humiex membri? Kemm fil-fatt hija t-tariffa mposta fuq, per eżempju, il-laħam aħmar mportat mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-hekk imsejha TARIC (Integrated Tariffs of the European Communities) fil-fatt tikkomprendi kemm il-Common External Customs Tariff, li l-Unjoni Ewropeja tinforza b`mod generali fuq importazzjoni minn pajjizi mhux membri, kif ukoll dawk ir-rati ta` dazju preferenzjali (mnaqqsa) li jigu applikati fuq l-importazzjoni minn pajjizi, li filwaqt li mhumiex membri, ghandhom xi ftehim specifiku ma` l-Unjoni Ewropeja, bhalma hu ftehim dwar zona ta` kummerc hieles jew agevolazzjoni bhala pajjizi li qed jizviluppaw. It-TARIC tkopri l-prodotti kollha, kemm dawk agrikoli kif ukoll dawk industrijali. Il-kategorija ta` laham ahmar tikkomprendi laham tac-canga, tal-majjal, tal-muntun u taz-ziemel u ghalhekk ghal kull wahda minn dawn il-kategoriji hemm numru ta` HS codes. Ghal kull wiehed minn dawn il-kodici, it-TARIC telenka rati diversi ta` dazju skond l-ezistenza jew le ta` provvedimenti li jolqtu l-kummerc f`dak il-prodott partikulari.
Leg 9 PQ #15434 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta/Lufthansa — Cargo

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk bdewx jiġu negozjati xi forom ta' assoċjazzjoni bejn il-cargo tal-Air Malta u l-cargo tal-Lufthansa? Meta bdew dawn in-negozjati u fejn waslu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li hemm xi kuntatti bejn il-linji nazzjonali ta` l-ajru u l-Lufthansa dwar koordinament tal-garr ta` merkanzija fuq l-ajruplani taz-zewg linji. F`dan l-istadju ma jkunx prudenti li wiehed jidhol f`aktar dettal dwar il-materja.
Leg 9 PQ #15435 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Cargo section

Question

Kif jispjega l-fatt l-Ministru li filwaqt li l-cargo section tal-Air Malta tirrifjuta xogħol għaliex ma jkunx hemm spazju fuq l-ajruplan, meta mbagħad l-istess xogħol li jkun ntbagħat mal-kumpannija Lufthansa jispiċċa jintbagħat fl-istess cargo ta' l-Air Malta? Dawn ma jinvolvux spejjeż żejda lill-kumpanniji lokali? Jista' l-Ministru jara li jiġu regolati dawn in-nuqqasijiet li qed jiżvantaġġjaw lill-kumpanniji lokali tal-freight?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jista` jkun li `booking` ta` merkanzija fuq titjira ta` l-Air Malta, wara li dan ikun ghadda minghand il-Lufthansa, jigi rifjutat. Kazi bhal dawn ma jigrux ta` spiss u hafna drabi dan ikun jiddependi mill-fatt li l-ispazju intiz ghall-merkanzija ivarja minn hin ghal iehor. Ma narax li b`daqshekk il-kumpaniji lokali jidhlu fi spejjez zejda jew li jsofru xi zvantaggi ohra.
Leg 9 PQ #15439 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Żjut

Question

Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kemm-il vapur daħal f'Malta bil-bżonnijiet taż-żjut għall-Enemalta? X'ammonti ta' żjut kellhom fuqhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Infurmat li matul l-ewwel tlitt xhur ta` din is-sena dahlu Malta 18-il vapur b`taghbijiet totali ta` 167,507,008 tunellati metrici ta` prodotti varji ghall-uzu tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #15443 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imġarr — Xagħra tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi nstallata kaxxa tal-posta fl-inħawi magħrufa bħala x-Xagħra tal-Knisja, fl-Imġarr, Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fl-Imgarr diga` hemm tlitt kaxxi ta` l-ittri, figura oghla minn dik rakkomandata mill-Unjoni Postali Universali ghad-daqs ta` dan il-lokal. Ghalhekk mhemmx hsieb li dan in-numru ta` kaxxi ta` l-ittri jizdied. Madanakollu l-Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali ghal caqlieq ta` wahda mill-kaxxi ta` l-ittri ezistenti b`mod li r-residenti tal-lokal imsemmi jinqdew ahjar, s`intendi minghajr ma jinholoq ebda inkonvenjent ghaz-zona originali.
Leg 9 PQ #15444 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mġarr — Telephone Booths

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu nstallati telephone booths f'dawn il-lokalitajiet fl-Imġarr, Malta: 1) fix-Xagħra tal-Knisja; fil-Ġnejna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fix-Xaghra tal-Knisja, fl-Imgarr, hemm zewg telephone booths, wahda minnhom twahhlet din is-sena. Ghaldaqstant ma jidhirx li hemm il-htiega ta` aktar telephones pubblici f`dan il-post. Dwar il-Gnejna, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 15102 fis-Seduta 271.
Leg 9 PQ #13750 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Bandiera

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Maltacom ingħatat direttiva biex il-bandiera Maltija ma tkomplix tiġi mtella' ma' l-arbli tal-premises tal-kumpannija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni u minn min?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-decizjoni li ghaliha qed issir riferenza giet revokata.
Leg 9 PQ #13754 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Diga` kelli l-okkazjoni nirrispondi li f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar l-informazzjoni li f`dan il-kaz tkopri disa` snin.
Leg 9 PQ #15544 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Pressa ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal dan l-aħħar xahar b'mod partikolari, kien hemm tnaqqis fil-pressa ta' l-ilma fiż-Żejtun?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ma jirrizultalhiex li hemm problema dwar il-provvista ta` l-ilma fiz-Zejtun. Madanakollu, jekk l-Onorevoli Interpellant joghgbu jaghti aktar dettalji, l-Korporazzjoni tkun tista` taghmel l-investigazzjoni mehtiega.
Leg 9 PQ #15545 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartimenti tal-Gvern — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta, f'dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali? F'liema dipartimenti huma mqassma?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta` haddiema Ghawdxin f`Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi li bhalissa qed jahdmu f`Malta huwa ta` 71. Dawn qed jahdmu f`dawn il-postijiet Ufficju Centrali ta` l-Istatistika 2 Dipartimenti ghall-Affarijiet tal-Konsumatur 1 Ufficcju tal-Proprjeta` Industrijali 2 Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta 1 Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma 3 Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta 1 Korporazzjoni Enemalta 9 Awtorita` ta` Malta ghall-Ghemil ta` Standards 1 Maltacom 5 Malta Shipbuilding 1 Malta Drydocks 1 Air Malta 8 Gozo Channel 5 Sea Malta 6 Maltapost 24 Mal ta International Airport 1