Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Sal-ġurnata tal-lum (25 t’April 2013), is-Servizz tas-Sigurtà għadu ma rċieva l-ebda ittra ta’ riżenja mill-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà.
Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — ittra ta' riżenja
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jagħti ukoll id-data meta l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku approvat il-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru ukoll qed jingħataw separatament bħala kap ġdid għad-dipartiment imsemmi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 286 u jgħid jekk il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid saritx skont Kapitlu VII section 92 tal-Kostituzzjoni, li tgħid li l-kapijiet tad-dipartimenti, inkluż dak tal-Pulizija, jrid ikun membru tas-settur pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-crime rate għax-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi r-reati kollha rrapurtati lill-Pulizija matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kienu kif ġej:
Jannar 2013
Frar 2013
Marzu 2013
1133
1817
1475
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fil-preżent supretendenti u surġenti maġġuri maħtura fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija li jokkupaw il-kariga ta’ Supretendent u 41 li jokkupaw il-kariga ta’ Surgent Maggur.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni fiċ-ċentri ta' detenzjoni u mil-liema nazzjonalità huma?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fiċ-ċentri ta' detenzjoni hemm 276 immigrant rregolari li n-nazzjonalità tagħhom hija kif qiegħed jiġi elenkat hawn taħt:
Nazzjonalita Total
ALGERIA
1
ERITREA
26
ETHIOPIA
8
GAMBIA
2
GHANA
3
GUINEA
2
IVORY COAST
3
MALI
5
MOROCCO
6
NIGER
4
NIGERIA
20
PAKISTAN
21
PALESTINE
2
SENEGAL
4
SOMALIA
163
SUDAN
2
SYRIA
3
TUNISIA
1
TOTAL
276
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 386, filwaqt li napprezza li jkun hemm ċirkostanzi fejn pulizija jkollu bżonn joħroġ barra minħabba l-eżiġenzi tas-servizz, jista' l-Ministru jassigura li kemm jista' jkun fl-għassa, mhux biss ta' San Pawl il-Baħar, qatt ma jkun hemm pulizija waħdu/weħidha b'mod partikolari matul il-lejl?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għases tal-Pulizija principali jinzammu dejjem miftuha. F’dawn l-Ghases f’kull hin u dejjem ikun hemm xoghol minn ta’ lanqas surgent u zewg kuntistabbli. Ikun hemm hinijiet ukoll illi f’dawn l-Ghases ikun hemm ukoll l-Ispettur u membri tal-Korp ohra li jaghmlu xoghol klerikali. Fil-kaz tal-lokalita imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, hemm l-Ghassa tal-Qawra li hija wahda mill-Ghases principali msemmija. Ghaldaqstant u minhabba ragunijiet logistici ohra, mhux previst li s-suggeriment ta’ l-Onorevoli Interpellant ikun attwat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qegħdin fil-preżent fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma kkundanati u kemm qed jistennew li jingħataw il-libertà proviżorja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li sal-25 ta’April 2013 in-numru ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien 622.
Dawn huma maqsuma hekk:
507 sentenzjati
115 qed jistennew il-libertà proviżorja.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Bord tar-Remissjoni - każijiet
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet li ġew ikkunsidrati mill-Bord tar-Remisjoni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? X'kien l-eżitu ta' dawn il-każijiet, jiġifieri kemm ġew akkużati u rifjutati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Sa minn meta beda jiffunzjona l-Bord tar-Remission saru 9 seduti bl-aħħar waħda riċenti ssir fid-19 ta’ April, 2013. Matul dawn is-seduti ġew diskussi każi ta’ 132 priġunier li kellhom telf ta’ ġranet ta’ Remission.
Matul dawn is-seduti ġew konkluzi 13 il-kaz fejn total ta’ 125 jum remission ġew mogħtija lura;
Fis-seduta li saret fid-19.12.2012 priġunier wieħed (1) ngħata jumejn (2) remission lura;
Fis-seduta li saret fit-18.1.2013 kien hemm żewġ (2) prigunieri li ngħataw lura total ta’ għaxar (10) granet remission bejniethom u l-kaz taghhom kien konkluż, filwaqt li kien hemm 5 (ħames) prigunieri oħra li bejniethom ngħataw lura total ta’ 63 jum Remission bil-każ taghhom jigi mħolli biex jerga jiġi diskuss f’seduta oħra.
Fis-seduta li saret fit-22.2.2013 kien hemm prigunier wiehed (1) li ngħata lura ghaxar (10) granet u l-każ tieghu ġie magħluq, filwaqt li erbgħa (4) prigunieri oħra ngħataw lura bejniethom it-total ta’ tletin (30) gurnata bil-każ taghhom jigi mħolli biex jerga jiġi diskuss f’seduta oħra.
Fis-seduta li saret fil-15.3.2013 kien hemm prigunier wiehed (1) li nghata lura ghaxar (10) granet remission u l-każ tieghu jerga jigi kkunsidrat f-seduta ohra.
Fis-seduta li saret fil-5.4.2013 kien hemm 13 il-prigunier li nghataw bejniethom total ta’ 108 jum remission u l-kazi taghhom jergghu jigu kkunsidrati f’seduta ohra filwaqt li kien hemm 9 prigunieri li nghataw bejniethom total ta 103 granet u l-kaz taghhom jigi maghluq.
Fis-seduta li saret fid-19.4.2013 kien hemm 12 il-prigunier li nghataw lura bejniethom it-total ta 86 gurnata remission u l-kaz taghhom gie mholli ghal data ohra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — membri tas-segretarjat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — transfers
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid saritx skont Kapitlu VII section 92 tal-Kostituzzjoni, li tgħid li l-kapijiet tad-dipartimenti inkluż dak tal-Pulizija, jrid ikun membru tas-settur pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B'referenza għall-Interpellanza tal-Onor interpellant, risposta għall-mistoqsija numru 286 tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li l-għassa tal-pulizija ta' San Pawl il-Baħar tkun miftuħa 24 siegħa kuljum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li fl-għassa tal-pulizija msemmija mill-Onor. Interpellant qed tkun miftuħa regolarment. Madankollu jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-għassa, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq temporanjament matul dak il-ħin.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — telefonati minn priġunieri
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x’inhi l-proċedura li qed tiġi adottata fil-Faċiltà Korrettiva ta' Kordin sabiex priġunier jkun jista' jagħmel telefonata minn ġewwa l-ħabs, x’inhi l-informazzjoni li tinżamm dwar kull telefonata, kemm-il darba tista' ssir telefonata, min jawtorizza telefonata minn priġunier u kemm-il telefonata saret minn priġunieri ġewwa l-ħabs ta' Kordin mit-8 ta Marzu 2013 sal-lum, u minn kemm-il priġunier?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (F.K.K.) it-telefonati tal-priġunieri jibdew mid-disgħa u nofs ta’ filgħodu sa nofsinhar u kwart, u jkomplu mis-sagħtejn u kwart sa tmienja ta’ filgħaxija. Fil-Faċilità hawn istallata 23 “telephone box”. F’kull divizjoni hemm massimu ta’ żewġ “telephone boxes”, dan jiddependi fuq l-ammont ta’ priġunieri lid-diviżjoni tospita. Is-sistema telefonika tal-priġunieri huma r-rekordjati u kull konversazzjoni telefonika tista’ tiġi intenzjonament mismuha. Is-sistema iżżomm ukoll awtomatikament id-data, il-ħin meta tkun saret it-telefonata kif ukoll in-numru tat-telefon ta’ min irċieva t-telefonata.
L-imsemmija sistema taħdem permezz ta’ “Easy Line card” li tiġi mixtrija mil-faċilità stess. Din il “card” hi bħal dik uzata barra mil-ħabs, però qiegħda ikkowdjata biex tintuza biss fil-F.K.K. Jista’ jingħad li bejn dawn il-ħinijiet li semmejt hawn fuq, priġunier bis-sentenza jista’ jċempel lil minn irrid u kemm il-darba jrid, waqt li priġunier bl-arrest jista’ jċempel lil minn jkun għamel l-permess mingħand l-ispettur tal-kaz u mingħand l-A.G., u jistgħa jċemplilhom kemm-il darba jrid. Mit-8 ta Marzu 2013 sal-18 ta April 2013 saru 68,127 telefonata, minn 410 priġunieri. (Dawn iċ-ċifri huma approssimattivi).
Jista' l-Minisru jinforma lill-Parlament dwar kemm hemm detenuti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li huwa, qabel ma kien sar Ministru, kien iddefenda ġewwa l-Qrati Maltin f'każijiet li fihom instabu ħatja u ngħataw sentenza ta' ħabs effettiva?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il- Facilita Korrettiva ta’ Kordin ma zzommx statistika ta’ min kien l-avukat u/jew avukati ta’ nies detenuti f’dan il –post u kwindi ir risposta ma tistax tinghata mil-awtorita' imsemmija.
Jista' l-Ministru jinforma l-Parlament dwar x’inhi l-proċedura adottata ġewwa l-ħabs ta' Kordin li permezz tagħha persuna titlob permess u tingħata permess biex tinħareġ mill-ħabs sabiex tkun tista' tinvista terzi persuni barra l-ħabs fosthom familjari u kemm hemm prigunieri li mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum ingħataw permess li jinħarġu mill-ħabs ta' Kordin biex jinvistaw familjari?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-9 ta' Marzu 2013 sat-18 ta' April 2013 kien hemm 33 priġunier li talbu permess biex jinħarġu mill-ħabs sabiex ikunu jistgħu jżuru lil familjari barra l-ħabs. Dawn it-talbiet saru sabiex izuru xi qarib viċin.
Il-proċedura li tiġi segwita meta priġunier ikun jixtieq izur familjari barra l-ħabs (jiġifieri compassionate leave) hija spjegata fid-Direttivi Ministerjali tal-Prison Leave (01/2013).
L-ewwelnett trid issir talba mill-priġunier fl-uffiċju fejn jiġu milqugħa l-applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta. Jiġi mitlub ċertifikat mediku mill-priġunier dwar il-kundizzjoni li l-pazjent ikun jinsab fiha, u wara, jiġi nfurmat it-tabib mill-Faċilità sabiex izur lill-pazjent u jikkonferma il-qagħda li jkun jinsab fiha l-pazjent u jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu. Imbagħad issir applikazzjoni li jiġi nkluz fiha kull informazzjoni meħtieġa dwar l-applikant, kif ukoll iċ-ċertifikat li jkun għamel it-tabib tal-Ħabs, tiġi mressqa quddiem il-Prison Leave Advisory Board (PLAB) sabiex tiġi diskussa jekk għandiex tkun rakkmandata jew le.
Wara dan il-proċess, l-applikazzjoni tgħaddi għand id-Direttur bir-rakkomandazzjoni tal-PLAB sabiex jagħmel il-kummenti tiegħu u wara din tintbagħat l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali, għall-approvazzjoni finali.
L-applikazzjoni terġa tintbagħat lura mill-Ministeru għand id-Direttur (bl-approvazzjoni/jew mod iehor) li mbagħad tgħaddi għand l-Uffiċċjal inkarigat sabiex tiġi appuntata l-iskorta meħtieġa sabiex il-priġunier jiġi skortat biex izur lill-persuna konċernata.
Dan il-compassionate leave jingħata f’kaz ta’ mard serju, kroniku u fejn pazjent ikun fi stat li ma jkunx jista’ jżur lill-priġunier fil-ħabs, u dan dejjem wara li jkun iċċertifikat mit-tabib tal-Faċilità.
Leave ta’ din ix-xorta (jekk ma jkunx f’każ ta’ mewt) jingħata fuq bazi ta’ darba fix-xahar u kull vista tkun ta’ madwar 30 minuta.
Dan il-leave jista’ jiġi miċħud jekk l-imġieba tal-priġunier ma tkunx sodisfaċenti.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Ħaddiema - Dħul u Ħruġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid lil dan il-Parlament x’inhi l-proċedura ta' dħul u ħruġ fil-ħabs ta' Kordin għall-ħaddiema kollha, inkluż gwardjani u membri tal-SRT meta jirappotaw għax-xoghol u meta jispiċċaw mix-xogħol?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura ta’ dħul u ħruġ fil-ħabs ta’ Kordin għall-ħaddiema kollha, inkluz gwardjani u membri tal-SRT meta’ jirrapportaw għax-xogħol hija kif imsemmija hawn taħt:
Kif tidħol il-bieb ta’ barra persuna trid tippanċja bil-fob. Wara tgħaddi mit-tieni bieb u t-tielet bieb. Jekk persuna għandha xi oġġett ipprojbit li ma tistax iddaħħlu ġol-ħabs trid titpoġġa f’locker apposta u jkun magħluq mill-istess persuna. Fil-preżent hemm żewġ tipi ta’ lockers - b’ċavetta li tinżamm mill-persuna u master key li tinżamm il-gatehouse jew locker b’ċavetta waħda li tinzamm mill-persuna biss. Wara l-persuna tidħol fis-search room u tneħħi kull oġġett li jkollha fil-bwiet inkluz l-arloġġ jekk għandu, u issir rub-down search fuq il-persuna. Jekk persuna jkollha basket issir tfittxija ġol-baskett . Tfittxija bħal din issir min Uffiċċjal wieħed.
Hemm okkazzjonijiet fejn persuna meta tiġi biex tidħol il-ħabs issir strip down search fuqha. Din issir billi persuna tidħol go search room, wara li toħrog kull oġġett li jkollha mill-bwiet, tinza l-ħwejjeg kollha li tkun liebsa, inkluz ħwejjeg ta’ taħt, iż-żarbun u kalzetti u dan isir fil-prezenza ta’ żewġ uffiċċjali.
Meta ħaddiema jkunu ħerġin mill-ħabs, wara li jispiċċaw mix-xogħol, huma jridu jippanċjaw bil-fob. Kull persuna li tkun ħierga hija suġġetta għall-tfittxija kemm fuq il-persuna tagħha rub down search kif ukoll fil-baskett jekk ikollha. F’kaz li dan isir, din trid issir qabel persuna tippanċja.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk lilu jew lill-Uffiċċju tiegħu saritilux talba formali jew informali mill-priġunieri u/jew minn għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-ħabs għal amnestija ġenerali għall-priġunieri kollha wara l-elezzjoni ġenerali tat-9 ta' Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministru kellu laqghat ta’ kortesija sa’ issa ma zewg ghaqdiet, Mid -Dlam Ghad-Dawl u Prison Fellowship. Kemm f’dawn il-laqghat u anke f xi korrispondenza ssemma is-suggett ta' amnestija u jista jinghad li kien hemm rakkomandazzjoni f dan is-sens.