Tista’ l-Ministru tqiegħed kopja tas-sejħa ta’ ingaġġ biex jiġu impjegati l-carers li qed jaħdmu fid-dar residenzjali għall-aħwa? Tista’ tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema? Tista’ tgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ġew ingaggati erba’part-time workers u tmien postijiet ohra full-time.
Huma għandhom salarju ta’ Grad 4 ( FSWS Collective Agreement Grade ). Care Workers’ Allowance ta’1,150 fis-sena kif ukoll xift allowance skond il-ftehim kollettiv. Ix-Xift jinkludi il-lejl.
dar residenzjali għall-aħwa – manual of procedures
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-project document tal-proġett tad-dar residenzjali tal-aħwa? Tista’ tqiegħed kopja tal-manual of procedures ta’ dan is-servizz residenzjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta gie identifikat il-post li kien se jilqa’ l-aħwa biex jittrabbew fih, setgħu jiġu stabbiliti il-parametri. Billi l-post huwa apartament li fih tlett kmamar tas-sodda, l-aħjar għat-tfal li jkunu qed joqgħodu hemm huwa li jkun hemm kamra tas-sodda għal kull familja. Il-massimu ta’ tfal li jista’ jilqa’ l-post huwa ta’ tmint’itfal. It-tfal se jkunu qed jgħixu hemm sakemm ma jkunx għall-aħjar tagħhom li jerġgħu lura mal-familja tagħhom. Allura, is-servizzi fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ li s-soltu jkunu qed ifittxu post fejn jistgħu joqgħodu t-tfal u zgħazagħ ġew avvicinati biex jiddentifikaw liema huma l-aħwa li l-aktar għandhom bzonn dan is-servizz. Saret laqgħa mas-servizzi biex jintgħazlu t-tfal u ġew identifikati 7 itfal. Meta l-ħaddiema socjali bdew iħejju t-tfal biex imorru jgħixu fl-apartament il-ġdid, waħda mit-tfal ma riedetx titlaq minn fejn kienet qed tgħix. Allura bdiet tiġi esplorata l-possibilita’ li jmorru zewgt aħwa oħra. Din ta’ l-aħħar hija sitwazzjoni delikata li għandha bzonn evalwazzjoni sewwa biex tittieħed decizjoni dwar jekk hux fl-aħjar interess ta’ dawn iz-zewgt aħwa li jgħixu flimkien ġewwa dan l-appartament. Il-manual of procedures huwa dokument li qed jiġi mfassal fuq il-Model Policies and Procedures for Out-of-Home Child Care ifformulati mid-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Socjali. Dan huwa dokument li l-ko-ordinatur tad-dar qiegħed jaħdem fuqu, flimkien mal-manager. Pero’ il-fatt li d-dar hija ġdida u ilha toppera biss tlett xhur ifisser li l-manual għadu qed jiġi fformulat. Sakemm ikun finalizzat, qed jintuzaw il-policies u proceduri ffurmulati minn Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Socjali. Barra minn hekk, fuq livell aktar wiesa, hemm numru ta’ proceduri li huma tal-Fondazzjoni kollha u li d-dar trid timxi fuqhom.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien it-taħriġ li ngħataw il-ħaddiema tad-dar residenzjali għat-tfal aħwa minn meta bdiet topera d-dar? Tista’ tgħid x’inhuma l-pjanijiet ta’ taħriġ li hemm imħejjija fix-xhur li ġejjin?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-maġġoranza tal-ħaddiema full-time li bdew jaħdmu fid-dar residenzjali għat-tfal aħwa, 7, gew trasferiti, fuq talba tagħhom, mis-servizz tal-High Support li huwa servizz fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ li joffri attenzjoni individwali lil tfal bi sfidi specifici. Dawn kellhom esperjenza estensiva f’dan il-qasam u diga’ kienu ircevew ammont sostanzjali ta’ taħriġ mill-FSWS. Barra minn hekk, ħafna minnhom għandhom ukoll kwalifika akademika fil-qasam. Il-ħaddiema full-time l-oħra, li ukoll ġiet trasferita minn servizz ieħor tal-Appoġġ, hija ggradwata mill-Mcast fil-Health and Social Care. 1 mill-ħaddiema part-time li bdiet tahdem mad-dar ġiet trasferita internament, mill-qasam tad-dizabilta’, 2 huma gradwati fil-ħidma socjali u 1 fil-psikologija.
Meta bdiet topera d-dar, il-ħaddiema kollha attendew taħriġ li kien ikopri il-
policies
u l-proceduri tad-dar, l-filosofija li biha ha timxi d-dar u x’inhu mistenni mill-ħaddiema. Dan kien taħriġ mqassam fuq 4 ijiem, 4 siegħat kull darba. Barra minn hekk, 2 ħaddiema attendew taħriġ fil-
first aid
u 2 fil-
fire fighting.
It-taħriġ li hemm ippjanat jinkludi taħriġ dwar l-izvillup tat-tfal u taħriġ ieħor li jgħin lill-ħaddiema iwettqu r-rwol tagħhom bl-aħjar mod possibli għal ġid tat-tfal. Il-ko-ordinatur, li huwa kkwalifikat fid-
dramatherapy
u għandu ħafna esperjenza fix-xogħol mat-tfal, ukoll jgħin lill-ħaddiema fuq livell individwali biex ikomplu jizvillupaw il-ħiliet tagħhom f’dan il-qasam.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistqosija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm problema fuq il-bejt?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li hemm talba jew rapport pendenti mingħand l-inkwilin imsemmi. Madanakollu għandha ssir spezzjoni fuq il-post mill-uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar biex tiġi verifikata l-ħsara indikata u min hu responsabbli biex jagħmel it-tiswijiet jew manutenzjoni meħtieġa.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se joħroġ ir-rendikont tal-pensjonanti li joħroġ kull sena biex l-anzjani jkollhom schedule ta’ kull meta se jirċievu l-pensjoni peress li kull sena kienu jirċievu din il-karta u din is-sena għadhom ma rċevew xejn? Tista’ tgħid jekk hux se tintbagħat u meta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rendikont tal-pensjoni li joħroġ kull sena mistenni li jkun intbagħat lill-pensjonanti sa l-aħħar ta’ Frar.
Tista' l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha s-servizz tat-Telecare bil-ħsara?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsara li kellha l-persuna msemmija ġiet imsewwija u s-servizz ġie lura għan-normal.
Residenza San Vinċenz de Paule – każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tara x’jista’ jsir biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata prijorità u jintbagħat fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li jiddependi minn ħaddieħor?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija sarilha assessment f’Ġunju 2013 fejn kien ikkonsidrat li għandu dipendenza baxxa (Low Dependency). La darba s-sitwazzjoni medika tiegħu nbidlet, huwa jeħtieġlu assessjar mill-ġdid biex ikun stabbilit x’inhi l-qagħda preżenti tiegħu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1634, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-istandards relatati mal-proċess ta’ leaving care u after care humiex qed jiġu approvati u osservati bħal l-istandards l-oħra tal-foster care?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Uffiċini tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – persuni responsabbli
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min hu responsabbli għal kull wieħed minn dawn l--Uffiċini tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura u ż-Żejtun? Tista’ tagħti l-email address fejn dawn jistgħu jiġu kkuntattjati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-managers tad-Distretti tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali responsabbli għad-distretti msemmija huwa kif ġej:
Id-distrett ta’ Bormla – Mr Michael Pulis
Id-distrett ta’ Zabbar – Ms Daniela Xuereb
Id-distrett tal-Fgura – Ms Sarah Cuschieri (Regional coordinator),
Id-distrett taz-Zejtun – Ms Joanne Cassar
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u min huma l-membri tal-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ li rriżenjaw minn dan il-bord kemm ilu maħtur minnha? Tista’ tagħti r-raġunijiet ta’ kull riżenja li seħħet? Tista’ tgħid min ġie maħtur minflok kull persuna li rriżenjat u meta ġiet maħtura?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ — laqgħat
Question
Tista’ l-Ministru tagħti d-dati tal-laqgħat tal-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ li saru mill-1 ta’ Mejju 2013? Tista’ tgħid min kienu l-membri li attendew għal-laqgħat tal-bord u min kien assenti jew skużat skont id-dati tal-laqgħat li saru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ — laqgħat
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk kienx hemm kworum għal-laqgħat kollha li saru tal-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ? Jekk ma kienx hemm kworum f’xi laqgħa, tista’ tgħid jekk dik il-laqgħa ġietx posposta jew xorta waħda sarux laqgħat mingħajr kworum?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, kien hemm quorum għall-laqgħat kollha skedati, apparti għall-laqgħa skedata fis-16 ta’ Jannar 2014. Fiċ-ċirkustanzi, l-każijiet skedati fis-16 ta’ Jannar 2014 ġew postposti f’dati oħra fil-qrib.
Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ — rappreżentanza
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ir-rappreżentanta tagħha fil-Ministeru li kienet membru fuq il-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ li isimha qed jintbagħat separatament irriżenjat minn dan l-istess Bord? Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-kunflitti li kien hemm bejn din il-persuni u membri tal-istess Bord u anke ma’ ħaddiema soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
tfal taħt ordni tal-ħarsien – talbiet mingħand ġenituri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ġenituri tat-tfal taħt ordni tal-ħarsien li talbu lill-Ministru jew ir-rappreżentanta tagħha fil-Ministeru sabiex jiltaqgħu mal-bord? Tista’ tgħid kemm minn dawn il-ġenituri ngħataw appuntament mal-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ dirett mill-Ministeru mingħajr qabel ma kienu referuti lill-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija Appoġġ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
tfal taħt ordni tal-ħarsien – riferiment lill-Aġenzija Appoġġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn biddlet il-policy li tirrerferi ġenituri tat-tfal taħt ordni tal-ħarsien li jkollhom xi diffikultà lill-Aġenzija Appoġġ u minflok tirreferihom direttament lill-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ? Ma taħsibx li b’dan il-mod qed tpoġġi lil ħaddiema soċjali f’qagħda skomda mal-ġenituri ta’ dawn it-tfal?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta’ żbroff tad-drenaġġ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, meta l-uffiċjal tekniku mill-Awtorità tad-Djar għamel l-ispezzjoni biex jivverifika l-każ f’Diċembru li għadda, sab li x-xogħlijiet kienu tlestew minn kuntrattur imqabbad mill-inkwilina nnifisha. Ma jirrizultax li kien hemm rapport ieħor wara dan.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se tingħata risposta min-naħa tat-tribunal wara l-oġġezzjoni li għamlet fil-31 ta' Ottubru 2013 sabiex tieħu l-għajnuna għall-qgħad?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent is-smiegħ tal-każijiet huwa wieqaf, però kif appena jerġgħu jibdew jinstemgħu s-seduti hu maħsub li l-każ li għalih qed jagħmel referenza l-Onor. ħa jkun appuntat biex jinstema mill-Arbitru.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hawn persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali f'Malta u f’Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali f’Malta u f’Ghawdex sat 18 ta’ Jannar 2014 kien ta 11,067 persuna.
Dawn huma mqassmin kif jidher hawn taħt:-
DAD Social Assistance (Drug Addicts) - 12
SA Social Assistance - 7595
SAF Social Assistance (Carers) - 284
SUP Social Assistance (Single unmarried parents) - 3176
Total 11,067
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hija l-inqas kera li l-gvern jirċievi mingħand l-inkwilini fuq postijiet tal-gvern? Jekk hemm min iħallas inqas minn dak li titlob il-liġi jiġifieri €196 fis-sena, dan għaliex? Hemm xi liġi li tippermetti dan? Tista’ tgħid kemm hemm minn dawn il-każijiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.