Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7106 li oriġinarjament saret lill-Minisru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli għall-valwazzjoni tal-proprjeta' ta' Dar Malta fi Brussels? Kemm tħallsu dawn id-ditti/aġenziji/individwi barranin u/jew Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7102 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid mir-riċerki li għamlu n-nutara tal-Gvern Malti, meta nxtrat Dar Malta mill-bejjiegħa li biegħu il-proprjeta' lill-Gvern Malti u b'kemm inxtrat dakinhar? Jista' jgħid jekk skond rapporti li dehru fl-istampa, il-Gvern Malti kienx soġġett għal każ ta' spekulazzjoni fil-proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Dar Malta fi Brussels — Refurbishing costs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7105 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra estimi dettaljati tar-refurbishing costs li mistennija jsiru fuq Dar Malta fi Brussels qabel ma din tkun tista' issir operational?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Taxxi Interni — Ħlas ta' arretrati minn kumpanniji

Question

Fil-preżent, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji li għandhom arranġamenti speċjali mad-dipartimenti konċernati sabiex iħallsu l-arretrati tal-NI, tat-taxxa ta' l-income u l-VAT separatament? Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra in kwestjoni f'kull każ separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għar-rigward ta’ N.I. u taxxa ta’ l-income tinsab fit-tabella annessa. Għar-rigward tal-Value Added Tax, id-Dipartiment f’każijiet speċjali biss jasal f’arranġament ma’ persuni u kumpaniji biex l-ammont dovut jitħallas fuq medda ta’ żmien raġonevoli. L-interessi u t-taxxa addizzjonali dovuti jibqgħu għaddejjin sakemm l-ammont jitħallas kollu. Hemm 35 persuni/kumpaniji li għandhom dan it-tip ta’ arranġament għal somma globali ta’ Lm2,760,511. Jekk dan l-arranġament ma jinżammx, jittieħdu l-proċeduri legali kollha skond il-liġi sabiex l-ammont dovut jitħallas.

Armata — Rapid Reaction Force

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' membri ta' l-armata li għażlu huma stess li jifformaw parti mill-kontinġent Malti li jista' jieħu sehem f'xogħol konness mar-rapid reaction force ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn għandhom aktar minn ħames snin servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ membri ta’ l-Armata li għażlu huma stess li jifformaw parti mill-kontinġent Malti li jista’ jieħu sehem f’xogħol konness ma’ Crisis Management Operations ta’ l-Unjoni Ewropea huwa ta’ 151. Minn dan in-numru, 84 huma dawk li għandhom aktar minn ħames snin servizz.

Servizz Pubbliku — Studenti Universitarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni gradwati mill-universita' li qed jaħdmu mal-gvern illum? X'inhu l-grad tagħhom? Fejn qed jaħdmu? X'degree universitarju għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

VAT — Professjonisti mtella' il-Qorti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu professjonisti l-qorti minħabba ksur tal-liġi tal-VAT ? X'kienet il-professjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2003 tressqu l-Qorti tmien professjonisti li kienu avukati minħabba ksur tal-liġi tal-Value Added Tax, filwaqt li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena tressqu ħames professjonisti li kienu avukati wkoll.

BICAL — Likwidazzjoni

Question

B'riferenza għal-likwidazzjoni tal-BICAL u tal-kumpanniji assoċjati, jista' il-Prim Ministru jgħid: 1) kemm hu l-ammont ta' flus inkluż valutazzjoni ta' assi li għandu f'idejh il-likwidatur; 2) jekk huwiex maħsub li fil-futur qasir isirx ħlas ieħor lid-depożitanti tal-BICAL; 3) jistax il-Prim Ministru jagħti direttiva lil-likwidatur li għall-inqas darba fis-sena jippubblika l-kontijiet konsolidati tal-likwidazzjoni; u 4) kemm qed jitħallas il-likwidatur tal-BICAL?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-assi tal-BICAL u l-kumpaniji assoċjati jikkonsistu f’dawn: Kontijiet fil-Banek: Lm - Bank of Valletta Accounts 383,390 - HSBC Fixed Deposit Account 23,512 - Lombard Bank Accounts 508,030 Total ta’ Fondi Likwidi 914,932 Dan ma jinkludix il-flus tal-Malta & Europe Hotels Limited peress li hemm likwidatur ieħor appuntat, u lanqas jinkludi mmobbli li ma hemmx valutazzjoni korrenti tagħhom. Huwa maħsub li fiż-żmien mhux twil il-BICAL u l-kumpaniji assoċjati jiġu definitivament likwidati biex kulħadd ikun jista’ jieħu dak li jistħoqqlu, fuq tali likwidazzjoni huwa maħsub li jkun hemm ħlas ieħor finali lid-depożitanti. Il-kontijiet tas-soċjetajiet involuti jiġu sottomessi lill-Malta Financial Services Authority iktar spiss minn darba fis-sena. Il-likwidatur tal-BICAL jitħallas bir-rata ta’ Lm35 fis-siegħa skond ix-xogħol li jkun involut, u dan skond kif deċiż mill-Malta Financial Services Authority.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7093 li ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid meta ġie ffirmat kemm il-konvenju kif ukoll il-kuntratt innifsu dwar ix-xiri ta' Dar Malta? Min kienu n-nutara involuti? Kemm tħallsu tas-servizzi tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7096 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jagħti lista tal-proprjetajiet kollha li ġew ikkonsidrati mit-technical team li kien responsabbli għall-għażla ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lista ta’ proprjetajiet li ġew ikkonsidrati mit-technical team li kien responsabbli għall-għażla ta’ Dar Malta fi Brussels kienet inkluża fir-rapport li ppreżentajt lill-Public Accounts Committee.

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7097 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku li ħejja dan it-technical team in konnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels? X'data jġib dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Dar Malta fi Brussels — Bini ta' penthouse fl-istess bini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7098 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux veru li f'xi stadju jew ieħor kien qed jiġi kkontemplat li jinbena pent house għar-rappreżentant permanenti Malti fl-istess bini ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7099 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid b'mod speċifiku jekk l-Avukat Ġenerali ġiex ikkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels u jekk iva, meta? Id-dipartiment ta' l-artijiet jew il-ministeru konċernat ġew ikkonsultati wkoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7100 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Contracts Committee tal-gvern ġiex ikkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għaliex se jkunu sussidjati, għolew saħansitra b'50c fil-kilo bħal fil-każ tal-ġobon cheddar? Jista' jinformana x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat tal-prezzijiet ta' prodotti ta' l-ikel tal-ħajja ta' kuljum? Jista' il-Prim Ministru jassigura lill-poplu li l-prezzijiet taċ-cheddar u ġobnijiet oħra mhux se jkomplu jogħlew aktar fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq. L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.

Zokkor — Żieda fil-prezz

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, dawn xorta għolew bħal fil-każ taz-zokkor? Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil-prezz taz-zokkor? Jista' jassigurana li l-prezz taz-zokkor ma jkomplix jogħla fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq. L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.

Bomb Hoaxes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

S’issa, din is-sena, is-sezzjoni tal-Bomb Disposal ta’ l-Armata ġiet imsejħa darba biss fuq każ ta’ Bomb Hoax. Din irriżultat fin-negattiv. Il-post kien fil-Qala, Għawdex.

Dħul mill-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern mill-VAT din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul gross miġbur mill-Value Added Tax bejn Jannar u Settembru 2004 kien ta’ Lm116,015,969. Is-somma ta’ Lm18,595,908 tħallset lura f’refunds fl-istess perjodu għal dħul nett ta’ Lm97,420,061.

Med Design Consultants Ltd — VAT registration

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk sarx ħlas mill-gvern tul dawn l-aħħar sentejn lil Med Design Consultants Ltd. fuq VAT registration 12077032? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid x'kienu dawn il-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma sar l-ebda ħlas la mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lanqas mill-Ministeru tal-Finanzi lil Med Design Consultants Ltd fuq Value Added Tax registration 12077032. (Tweġiba mogħtija: 19/10/2004PM) (Seduta Numru: 174)