Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratturi li ġew ipprovduti bi xkejjer tas-siment mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'dawn l-aħħar 12-il xahar?
Dan is-siment tħallas kollu mill-kuntratturi?
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15621, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-każ ta' attentat ta' serq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-attentat ta` serq imsemmi fil-mistoqsija numru 15621 kien jirrigwarda persuna li tefghet fil-but sparking plug ta` jigger. Din il-persuna ghaddiet lura l-oggett wara li ufficjal inkarigat fl-istore induna x`kien gara u talab lura dan l-oggett. Il-prezz ta` dan l-isparking plug mhux aktar minn lira u kien ghalhekk li ma ttiehdu ebda passi dwar dan il-kaz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera dovut lill-MDC għal kiri ta' fabbriki f'diversi industrial estates?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif huwa ndikat fl-Estimi pagna 229, huwa stmat li l-kera li l-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta ghandha ddahhal f`din is-sena ilahhaq iz-zewg miljuni.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mat-Trade Unions dwar l-impatt tal-liberalizzazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-ħaddiema tal-Maltacom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fuq talba ta` l-istess Trade Unions, saru numru ta` laqghat dwar ir-ristrutturizzazzjoni mehtiega fi hdan il-Maltacom u dwar kif din tista` taffettwa lill-haddiema ta` din il-kumpanija. Dawn il-laqghat inzammu kemm fil-kuntest tal-ftehim ma` l-istess Unions marbut mal-holqien tal-Maltacom, li hadet post il-Korporazzjoni Telemalta, kif ukoll fid-dawl tal-process ta` liberalizazzjoni attwali.
Jista' l-Onorevoli Ministru jara li ż-żewġ brazzi ta' quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Floriana jinxtegħlu mill-Enemalta peress li m'hemmx dawl biżżejjed quddiem din il-knisja? Jaf il-Ministru li bosta huma l-knejjes li għandhom dawl adegwat pero' ma jħallsux l-ispiża huma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-politika ta` l-Enemalta f`dan ir-rigward hija li jinxteghel globu wiehed biss minn kull arblu minn fuq is-`circuits` tal-Korporazzjoni. Kull meta tinhass il-htiega li jinxteghlu l-bqija tal-globi, dan isir minn fuq is-`circuit` tal-knisja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-Uffiċċju tal-Maltacom li kien hemm Bormla m'għadux jiftaħ? Jista' jgħid jekk dan hux se jerġa' jiftaħ għall-pubbliku? U jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, allura meta se jerġa' jiftaħ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-fergha tal-Maltacom f`Bormla kellha tinghalaq wara li zviluppat hsara fil-parti komuni tal-binja ta` appartamenti li tinsab fih. Qabel tissewwa din il-hsara, li ma tistax issir mill-Maltacom, din il-fergha ma tistax tintuza. Il-Maltacom qed taghmel l-almu taghha biex it-tiswijiet jitlestew fl-iqsar zmien possibbli.
Sadanittant, il-Maltacom ghamlet arrangamenti temporanji biex il-fergha li ghandha fil-Birgu tiftah kuljum, minflok it-Tlieta u l-Hamis biss, biex tkun tista` taqdi l-htigijiet tan-nies ta` Bormla.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-kont tad-dawl u l-ilma numru 940176380, peress li armla qed tiġi mitluba tħallas Lm317 fi spejjeż ta' konsum tad-dawl u ilma meta din tgħix waħedha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed tinvestiga dwar il-kont imsemmi peress li rrizulta` li l-qari ta` l-arloggi tad-dawl u ta` l-ilma ghall-perjodu bejn Settembru 1999 u Jannar 2000 inghata mill-konsumatur stess u mhuwiex konsistenti mal-qari tal-perjodu ta` qabel.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li l-gvern għamel dwar l-impatt li jkollhom is-sistemi tat-TARIC fuq il-poplu wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jinfurmana kemm hija t-tariffa (levy) li permezz tat-TARIC li l-Unjoni Ewropea timponi fil-mument fuq il-laħam aħmar importat minbarra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fl-Unjoni Ewropea stess?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15406 maghmula minnu stess waqt is-Seduta numru 284.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li għamel il-gvern dwar l-impatt li jkollha tneħħija ta' l-export refund fuq l-ikel tal-poplu tagħna wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Jista'l-Ministru jinfurmana liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel li jkunu qed jiġu mportati f'Malta u qed igawdu minn sistema ta' l-export refunds?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15405 maghmula minnu stess waqt is-Seduta numru 284.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15597 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li ġiet riferuta lilek u cioe': jgħid x'inhi r-raġuni li l-istallazzzjoni ta' reflectors u belisha beacons għal zebra cross fi Triq il-Knisja, Tarxien, għadhom ma sarux fid-dawl tal-fatt li l-kunsill lokali ilu li talab lill-Enemalta mit-22 ta' Frar, 1999 sabiex issir l-istallazzjoni tad-dawl meħtieġ u fl-1 ta' Ottubru, 1999 ħallas bil-quddiem lill-Enemalta Lm577.00 sabiex isir ix-xogħol miftiehem, kif ukoll fit-18 ta' Frar li għadda kiteb lill-Ministru dwar is-sitwazzjoni imma sal-lum la wieġeb il-Ministru u lanqas sar ix-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-istallazzjonijiet tar-rifletturi u l-'belisha beacons' fi Triq il-Knisja, Ħal-Tarxien saret fl-20 tax-xahar li għadda. L-installazzjoni tkun tista' tinxtgħel wara li jinżebgħu s-sinjali taż-'zebra crossing'.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern li jkun hawn a film act? Huwa l-ħsieb tal-gvern li l-inċentivi marbutin ma' din il-liġi jiġu nkorporati fit-tibdil prospettiv għal-liġi għall-iżvilupp industrijali (IDA)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed isir studju dwar liema pakkett ta' inċentivi għandu jingħata sabiex jinġiebu aktar films f'Malta. Jidher li l-proposti li ser joħorġu minn dan l-istudju ser jiġu nkorporati fit-tibdil ippjanat għall-I.D.A minflok ma' titfassal liġi ġdida 'ad hoc' esklussivament dwar l-industrija tal-films.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' kurrent qawwi li seħħ fit-12 ta' April, 2000 fl-4.00 a.m. fil-Fgura, speċjalment fi Triq Buqqexkem? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm toroq oħra rappurtati b'dan l-inkonvenjent? Liema huma? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ir-residenti jistgħux jieħdu kumpens għall-ħsarat li sarulhom, speċjalment fl-appliances tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ħsara li għaliha qed issir riferenza kienet kaġun ta' qtugħ ta' 'neutral' fuq is-sistema ta' Vultaġġ Baxx. It-toroq li ġew effettwati kienu Triq it-Tagħlim, Triq is-Suq u Triq Buqexrem. Il-każ qed jiġi mistħarreġ sabiex it-talbiet li saru jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati.
Jaf il-Ministru li l-ħaddiema tal-Maltacom fl-exchange taż-Żejtun m'għandhomx apparat biżżejjed biex jaħdmu f'ċertu għoli ta', per eżempju, żewġ sulari? Dan għaliex? Din is-sitwazzjoni se tibqa' hekk? Jekk le, kif se tiġi rrimedjata, biex ma jibqgħux ibatu l-klijenti?
Peress li hemm wire ta' l-elettriku li jagħti servizz lil residenti fi Triq id-Dejqa, Bormla li huwa msewwi bit-tape, bil-konsegwenza li jixxokkja u li huwa ta' periklu partikolarment għar-residenti li l-indirizz tagħhom qed jintbagħat separatament, x'se tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta, biex tneħħi dan il-periklu immedjatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tipprovdix lill-kuntratturi privati bi xkejjer tas-siment meta dawn jagħmlu xi xogħol għall-istess korporazzjoni?
Fuq liema tip ta' xogħlijiet jiġi pprovdut dan is-siment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mhux normali li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma tipprovdi lill-kuntratturi privati bi xkejjer tas-siment. Meta kien hemm kuntrattur li nghata xi xkejjer tas-siment, dan gie pprezentat bil-kont relattiv u min-naha tieghu ghamel il-pagament dovut.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' serq irrapportati mill-istores tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, f'Kordin f'dawn l-aħħar 12-il xahar?
F'liema data ġie rrapportat dan is-serq u x'kienu l-oġġetti li nsterqu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza, ma kienhemm l-ebda kaz ta` serq irrapurtat mill-imhazen tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma f`Kordin. Kien hemm biss kaz ta` attentat ta` serq li twaqqaf fil-pront u minhabba t-trivjalita` tieghu ma kienx gie rrapurtat bil-miktub.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14919, jista' l-Ministru jgħid jekk mill-ħatra tiegħu sal-lum, iċ-chairman ta' l-MDC qattx iddikjara li kellu xi konflitt ta' interess? Jekk iva, fuq liema każi kien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kull meta xi membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta, inkluz ic-Chairman, jista` jkollu xi konflitt ta` interess minhabba x-xoghol privat tieghu, tigi segwita invarjabbilment il-procedura kontemplata fi klawsola 7 ta` l-iSkeda annessa ma` l-Att dwar il-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta.
In kwantu ghal dak li jirrigwarda kazijiet specifici fejn ic-Chairman tal-Korporazzjoni iddikjara konflitt ta` interess, l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob ma tistax tigi ppubblikata peress li hija ta` natura kummercjali u koperta bil-kunfidenzjalita` skond l-Att dwar l-Izvilupp Industrijali u l-Att dwar is-Segretezza Professjonali.