Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5879 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

kura mill-kanċer – pazjenti Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni minn Għawdex li kellhom jattendu għal sezzjonijiet ta' kura mill-kanċer f'Malta, kull xahar, matul l-2013? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu taħt l-10 snin, kemm kienu bejn 10 u 18-il sena u kemm kienu ta’ età ta' iktar minn 18-il sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5991 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Applikazzjoni għal qabar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għal qabar u għadu mingħajr risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Customer Care
Leg 12 PQ #4610 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għas-Saħħa, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5218 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Nisa diagnosed b’kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa f’dawn l-aħħar ħames snin li ġew diagnosed b'kanċer tas-sider (breast cancer) u b’kanċer fl-ovarji? Kemm mietu nisa f'dawn l-aħħar ħames snin bil-kanċer tas-sider u kemm mietu bil-kanċer fl-ovarji? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir genetic screening għal nisa li għandhom family history tal-kanċer tas-sider u tal-kanċer fl-ovarji? Jekk iva, qed jiġu offruti mastectomy jew oophoerctomy bħala prevenzjoni? Jekk iva, kemm kien hemm nisa li għażlu li jagħmlu dawn l-operazzjonijiet ta' prevenzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta’ każijiet ta’ mwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba l-kanċer tas-sider fin-nisa residenti Maltin matul l-2008 sal-2012 kien ta’ 403. In-numru ta’ każijiet ta’ mwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba l-kanċer tal-ovarji fin-nisa residenti Maltin matul l-2008 sal-2012 kien ta’ 170. L-informazzjoni hija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sena b’sena.
Leg 12 PQ #5660 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – nies kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-persuni li huma kkwalifikati fl-accounting, fl-auditing jew fil-business management fid-dekasteru tiegħu? F’kull każ jista’ jgħid: meta ġiet impjegata l-persuna; ġiet impjegata fuq bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet; u x’inhi l-kariga tal-persuna llum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din l-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5661 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — sodod

Question

B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4671, jista’ l- Ministru jgħid, b’mod dettaljat, kif wasal għall-average cost per bed f’kull qasam? B’mod speċifiku jista’ jipprovdi l-elementi u l-kalkoli ta’ spiża kollha li ttieħdu in konsiderazzjoni biex wasal għall-imsemmi average cost per bed f’kull qasam?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-average cost per bed tiġi ikkalkulata billi wieħed jidividi l-ispiża tal-operat fis-swali differenti bl-ammont ta soddod użati (għal dik is-sala partikolari) matul is-sena. L-elementi prinċipali fl-ispiża ta l-operat fis-swali jinkludu pagi tat-tobba u infermiera, spiża ta’ mediċina u ikel lill-pazjenti rikoverati fis-swali, diprezzament ta’ tagħmir mediku u għamara użati speċifikament fis-swali. L- Overheads amministrativi oħra relatati ma l-attività tal-operat tas-swali jiġu magħduda biex wieħed jasal għall-average cost per bed.
Leg 12 PQ #5662 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – ftehim kollettiv tal-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4205, jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kull ftehim kollettiv, side-letter, side agreement jew xi ftehim ieħor simili li hemm in vigore fid-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed jista’ jgħid: liema gradi ta’ ħaddiema jkopri l-ftehim; meta ġie ffirmat; x’perijodu jkopri; in-numru totali ta’ ħaddiema li jkopri; u liema hi l-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema rispettivi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minħabba l-volum kbir ta' ftehim kollettiv għal kull kateġorija ta' ħaddiema, qiegħed jiġi propost li ssir kommunikażżjoni mal-Onor. Membru biex b’hekk jiġi stabbiliet l-aħjar mod kif din l-informażżjoni tiġi provduta.
Leg 12 PQ #5734 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF – prijorità ta’ każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se tkun żgurata trasparenza fid-deċiżjoni dwar min se jingħata prijorità għat-trattament tal-IVF?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li se tibda tingħata prijorita’ għall-iscreening tal-IVF minn tim li se jinkludi speċjalisti mill-Ġinekoloġija u Ostetriċja flimkien ma' ġinekologu irtirat indipendenti biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa u ekwità f'dan il-proċess. Dan se jiżgura li l-iscreening jipproċedi skont l-eliġibilità tal-pazjent mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrjun (EPA) skont il-protokoll u linji gwida tal-istess Awtorità. (Dan il-protokoll u linji gwida ġew stabbiliti fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati nhar it-Tlieta 22 t’Ottubru 2013)
Leg 12 PQ #5735 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF — kollaborazzjoni mal-Istitut Sismer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern kienx beħsiebu jkompli l-kollaborazzjoni fil-qasam tal-IVF mal-Istitut Sismer tal-Italja?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Gvern għadu beħsiebu illi jkompli l-kollaborazzjoni fil-qasam tal-IVF mal-Istitut Sismer tal-Italja.
Leg 12 PQ #5736 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Bereġ/ċentri tas-saħħa — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi tas-saħħa li jingħataw f’kull berġa u ċentru tal-kura tas-saħħa f’Malta u Għawdex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella rigward is-servizzi li jingħataw miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #5873 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ asthmatics

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn asthmatics f’Malta u Għawdex? Kemm ġew irreġistrati każijiet ġodda tul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm ikun hemm każijiet ġodda kull sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’Malta ma jeżistix reġistru tal-asthma minħabba d-diffikultà biex tinġabar informazzjoni sħiħa dwar il-prevalenza ta’ din il-marda, ġaladarba ħafna minn dawn il-pazjenti jieħdu l-kura neċessarja mingħand it-tabib tal-familja tagħhom. L-aħjar sors ta’ informazzjoni dwar din il-marda (f’dawk li għandhom 15-il sena u ‘l fuq) li għandu d-Direttorat għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka huwa stħarriġ Ewropew li jsir darba kull ħames snin fuq kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni adulta ta’ Malta. L-aħħar stħarriġ sar fil-2008 u dak ta’ qablu fl-2002. Il-figuri murija li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra jikkonċernaw l-ażżma u li nġabru fl-iStħarrig Nazzjonali dwar is-Saħħa tas-sena 2002 u 2008.
Leg 12 PQ #5874 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Miżuri kontra l-passive smoking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jieqaf il-passive smoking? Hemm il-ħsieb li jiġu protetti tfal taħt l-età li qed jiġu esposti għall-passive smoking fid-djar tal-ġenituri tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għall- Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jipprovdi informazzjoni u edukazjoni rigward id-dipendenza fuq it-tabakk skond il-Pjan Nazzjonali Kontra l-Kancer u l-iStrateġija kontra l-Mard kroniku mħux Infettiv. Dan jinkludi pariri ta’ kif wieħed għandu jevita t-tipjip indirett, biex persuna ma jibdiex ipejjep u kif wieħed jistgħa jieqaf mit-tipjip. Isiru klassijiet ta għajnuna fiċ-ċentri tas-saħħa biex wieħed jieqaf jpejjep. Izjed ma jnaqqsu l-prevalenza tat-tipjip, iżjed jinqos l-esposizzjoni għall-tipjip indirett. Barra minn ħekk isiru ukoll taħdidiet lill-nisa tqal dwar l-importanza li wieħed ma jpejjipx waqt it-tqala u fid dar la darba jkun hemm it-tfal. Isiru inizjattivi ukoll mat-tfal fl-iskejjel biex jkunu ħuma stess li jinkoragixxu lil-genituri biex ma jpejpux fejnhom u biex saħansitra jieqfu. Diġà hemm leġiżlazzjoni dwar it –tipjip f’postijiet publiċi u playing fields . Bis-saħħa ta dawn il-ligijiet hemm protezzjoni għall-dawk in-nies li ma jpejpux biex ma jigux esposti għall-tipjip passiv. Il-ħsieb huwa li titkompla tissaħħaħ din il-ħidma għall-protezzjoni mit-tipjip passiv.
Leg 12 PQ #5214 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pacemaker clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu l-pacemaker clinic fl-Isptar Mater Dei? Liema tipi ta' pacemakers jintużaw u x’inhu n-numru ta’ pazjenti għal kull tip different ta’ pacemaker?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 1,774 pazjent li jattendu l-Pacemaker Clinic fl-Isptar Mater Dei. Tlett tipi ta’ pacemakers jintużaw: single chamber , dual chamber u triple chamber . Single chamber pacemakers : 65% tal-pazjenti Dual chamber pacemakers: 34% tal-pazjenti Triple chamber pacemakers: 1% tal-pazjenti
Leg 12 PQ #5215 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — anti coagulant clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu l-anti coagulant clinic fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-polikliniċi? Jinżamm reġistru ta’ dawk li jsofru minn side effects tal-warfarina u tal-fatalitajiet b' konsegwenza tal-warfarina?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-preżent madwar 600 pazjent jattendu kull ġimgħa fl-Anticoagulant Clinic fl-Isptar Mater Dei. Barra minn hekk hemm ukoll madwar 650 pazjent ieħor li jiġi ittetjat l-INR tagħhom fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Raħal Ġdid, Furjana, Bormla, Birkirkara, il-Gżira u l-Mosta. F’dan il-proċess iċ-ċentri tas-saħħa jiġbru l-kampjuni mingħand il-pazjenti nvoluti li mbgħad jintbgħatu fl-Isptar Mater Dei biex jiġu proċessati. Infurmat ukoll li fiċ-Ċentri tas-saħħa bħallissa ma teżistiex ACC Clinic . Dini l-klinika tal- ACC ser tinbeda fis-sena 2014 bħala outreach clinic .
Leg 12 PQ #5655 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – policy dwar procurement

Question

Peress li f’gazzetta lokali ġie rappurtat minn konsulent tal-Gvern li fl-Isptar Mater Dei ma teżistix policy tal-procurement, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ix-xiri tal-Isptar Mater Dei hux regolat mill-Public Contract Regulations?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kull xiri li jsir mid-Dipartiment tal-Procurement ta’ Central Procurement & Supplies Unit għall-Isptar Mater Dei jsir skont ir-regolamenti tal-Public Procurement Regulations Legal Notice 296/2010.
Leg 12 PQ #5656 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – entitajiet fid-dekasteru

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4322 u jagħti l-lista sħiħa ta’ dipartimenti, entitajiet, units, fondazzjonijiet, aġenziji, kumitati, kunsilli, working groups u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull waħda jgħid min hu l-persuna li jmexxihom u kemm hemm impjegati fihom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5657 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tal-IVF – public-private partnership

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-għażla tal-public-private partnership għas-servizz tal-IVF?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5511 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF/ICSI cycles — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-taxxa ta’ €90 hux se titħallas mill-pazjent jew mid-dipartiment tas-saħħa jew mill-isptar privat fejn issir il-proċedura tal- IVF/ICSI? Jista’ jgħid ukoll kif se tinġabar din it-taxxa? Mill-pazjent lid-dipartiment tas-saħħa jew jiġborha l-isptar għan-nom tal-Embryo Protection Authority?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li it-tariffa tal-liċenzjar u tal-proċedura għandhom jiġu mħallsin minn min qed jipprovdi s-servizz tal-IVF/ICSI. Kif speċifikata fl-iskeda tat-tariffi li tidher fil-Protokoll, din it-tariffa u mhux taxxa , għandha titħallas mill-proveditur tas-servizz, sptar jew klinika, meta jissottomettu l-formuli neċessarji lill-Awtorita. F’paġna 90 tal-Protokoll hemm miktub: The EPA does not charge individual patients for fertility treatment. Service Providers of Centres both public and private, pay a FEE to the EPA towards the costs of being regulated and inspected .
Leg 12 PQ #5512 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kif se topera l-Embryo Protection Authority biex tkun taf u tikkontrolla ċ-ċentri fejn isiru trattamenti tal-IUI? Jista’ jgħid jekk dan ifissirx li kull fejn isiru dawn it-trattamenti jridu jkunu reġistrati mal-Awtorità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm żewġ Awtoritajiet involuti, li huma l-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun. Kull tip ta’ liċenzjar huwa kompitu tal-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun tirregola dawk il-kliniċi/ċentri li jkunu muniti b'liċenzja mogħtija mill-Awtorità tal-Liċenzjar.
Leg 12 PQ #5651 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Treatment Abroad Committee

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4329, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni appuntati fuq it-Treatment Abroad Committee u x’inhi r-remunerazzjoni u l-benefiċċji li jieħdu kull wieħed?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuni appuntati fuq it-Treatment Abroad Committee huma kif imniżżlin hawn taħt. · Dr Natasha Azzopardi Muscat, Chairperson · Dr Josanne Aquilina, Membru · Mr Raymond Gatt, Membru · Dr Paul Soler, Membru · Mr Chris Fearne, Membru · Prof Stephen Fava, Membru · Dr David Gatt, Membru · Ms Angela Sultana, Membru · Mr Joseph Caruana, Membru jirrapprezenta lil pubbliku · Ms Charlene Fenech/ Dr. Noel Fenech / Segretarja/u L-ebda membru ta’ dan il-bord ma jirċievi remunerazzjoni jew benefiċju.