Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentru tal-Arbitraġġ — Każijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena li għaddiet 2012 u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2012, ġew ippreżentati 431 każ fiċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta. Fil-perijodu bejn Jannar u Marzu tas-sena kurrenti, ġew ippreżentati 162 każ.

Korp tal-Pulizija — Ħatra ta' Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 564 u 286 u jgħid jekk il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid saritx skont Kapitlu VII section 92 tal-Kostituzzjoni, li tgħid li l-kapijiet tad-dipartimenti, inkluż dak tal-Pulizija, jrid ikun membru tas-settur pubbliku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li l-ħatra tal-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija saret skont l-Artiklu 92(4) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm saru kontravenzjonijiet minn speed cameras fl-aħħar 12-il xahar; b) kemm minn dawn il-kontravenzjonijiet ġew imħallsin; ċ) kemm minn dawn il-kontravenzjonijiet ġew appellati fit-tribunali lokali; u d) meta l-aħħar li ġiet kalibrata kull speed camera? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċertifikat li jagħti prova ta' din l-aħħar kalibrazzjoni ta' kull speed camera?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħaddi l-informazzjoni lill-Ministru konċernat.

Ex Kummissarju tal-Pulizija — riżenja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ittra ta' riżenja tal-ex Kummissarju tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jpoġġi l-ittra ta' riżenja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Żjara sorpriża

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk id-diviżjonijiet fil-ħabs li żar waqt iż-żjara sorpriża li għamel fil-Ħabs ta' Kordin nhar il-Ħadd 14 ta' April? Barra dakinhar kemm-il darba żar il-Ħabs minn meta ġie maħtur Ministru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għamilt l-ebda żjara fid-diviżjonijiet tal-ħabs waqt iż-żjara sorpriża li għamilt fl-14 t’April, 2013. Żort darbtejn l-imsemmija faċilità; darba fl-imsemmija data t’hawn fuq u darboħra meta kelli laqgħa ta’ ċertu tul mad-Direttur tal-Ħabs u l-Uffiċjali f’viżita ta’ kortesija sabiex niddiskutu l-qagħda fl-imsemmija faċilità.

Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk — remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk li jikklassifika il-films f'Malta u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk li jikklassifika il-films f’Malta kien kompost u kien qiegħed jitħallas kif ġej qabel ta r-riżenja tiegħu. Name of Board Film Age Classification Board Name and Surname Type of Appointment PAYM ENTS Dr Andrew Azzopardi Chairman €815 per annum & €9.50 per film trailer Dr Roberta Attard Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Mr Anthony Muscat Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Ms Marie-Louise Perici Calascione Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Ms Marion Grech Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Ms Cecilia Xuereb Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Mr Gino Mule Stagno Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Mr Emmanuel Ellul Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Ms Teresa Friggieri Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Name of Board Theatre Guidance Board Name and Surname Type of Appointment PAYMENT Perit Adrian Mamo Chairman Ex-Ufficio Mr John Suda Member €700* Mr Michael Fenech Member €700* Ms Lou Ghirlando Member €700* Ms Rosetta Debattista Member €700* * Each member had to be paid €700 for the first year and €500 for the following year. So far no payment has been effected since board has to be composed again since they all resigned after 8th March, 2013.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013, fil-Faċilità Korrettiva tal Kordin ġew impjegati: a) Manager (Care and Re-Integration) li għaliha ħarget sejħa interna fiċ-Ċivil u kien hemm 7 applikazzjonijiet. b) 3 Psikologi li għalihom ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u għaliha kien hemm 3 applikazzjonijiet. ċ) Parole Clerk li għaliha ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u kien hemm 35 applikazzjoni. d) Social Worker li ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u kien hemm 3 appikazzjonijiet. e) 24 Trainee Correctional Officer fejn ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u għaliha daħlu 385 applikazzjoni.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-onorevoli interpellant li r-risposta tinghata f seduta ohra.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: PBS: Mill-1 ta’ Novembru 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013, fil-PBS imtlew is-segwenti vakanzi: 01/11/2012 Sales Executive 1 24/12/2012 Radio Coordinator 1 07/01/2013 Studio Operator/ Cameraperson 1 AFM Ħaddiema, Impjegati, Suldati ġodda ingaġġati mal- Forzi Armati ta’ Malta bejn Novembru 2012 u Marzu 2013: Data għas-sejħa ta’ l-impjieg Kif saret is-sejħa għal kull impjieg Kategorija Applikanti Numru Ingaġġati Data ta’ l-Ingaġġ 24 t’Awwissu, 2012 Gazzetta tal-Gvern 18,958 (paġna 10,421) Suldati Regolari 184 91 14 ta’ Jannar, 2013 24 t’Awwissu, 2012 Gazzetta tal-Gvern 18,958 (paġna 10,436) Suldati Bandisti 10 2 14 ta’ Jannar, 2013 Nil return for: Detention Service AWAS Refcom PBA TCN Defence Land and Public Registry: Pożiżżjoni Data Referenza Dipartiment Junior Legal Officer 28.01.13 MHA/173/2012; CRO 19/12 Reġistru Pubbliku 6 Visa Officers L- appointments uffiċjali għadhom ma ħarġux MFA/48/2007/III Central Visa Unit Assistent Direttur l- appointment uffiċjali għadu ma ħarigx MFA/HR Circular No 2/2012 Dipartiment taċ-Ċittadinanza Qrati tal-Ġustizzja: Sejħa Vakanzi Mimlijin Deputy Registrar 8 Court Messenger 10 Assistant Technical Officer 1 Junior Legal Officer 1 Judicial Assistant Part-time 5 Casual Substitute Clerk 3 Casual Substitute Executive Officer 1 Qrati tal-Ġustizzja Għawdex: Mill-1 ta’ Novembru, 2012 l’hawn dan id-dipartiment ma ħareġ l-ebda sejħa għall-vakanzi fl-istess dipartiment. L-uniku vakanzi li mtlew kienu tnejn (waħda fil-grad ta’ skrivan anzjan u l-oħra fil-grad ta’ skrivan) biex jissostitwixxu żewġ imġjegati li laħqu deputati reġistraturi f’Malta allura dwarhom ma kien hemm l-ebda sejħa għall-applikazzjonijiet. Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: NUMRU TA’ IMPJEGATI POŻIZZJONI RIFERENZA 1 Assistent Direttur HR MHAS HR/MHA/01/2013 1 Asst Head Aviation Security PAHRO Circ. No.155/2012 1 Accounting Off. Schengen Unit PAHRO Circ. No.158/2012 1 Project Officer (Migration) PAHRO Circ. No.248/2012 1 ERF Project Off up to 30.06.13 ERF Project 11/04 1 ERF Adm. Off up to 30.06.13 ERF Project 11/04

PBS — membri fuq il-bord tad-diretturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-esperjenza li għandhom fix-xandir kull wieħed u waħda mill-membri nominati biex iservu fuq il-bord tad-diretturi tal-Public Broadcasting Services (PBS)?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri rikonoxxuti li qed iservu fuq il-Bord tad-diretturi tal-Public Broadcasting Services huma kollha ta' esperjenza fuq ix-Xandir u għalhekk ġew maħtura.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-konsulenti li ġew maħtura u miżmuma fil-Ministeru kollu u kemm se jiġu remunerati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Carmelo Mifsud Bonici li wara d-9 ta' Marzu, 2013 ġiet maħtura persuna waħda, dik ta’ Law Commissioner fuq bażi part-time li tattira salarju ta’ 60% ta’ Skala 4 li jammonta għal €18,401.00. Dawk il-konsulenti li kienu maħtura qabel din id-data, baqgħu jagħtu servizz kif jidher fit-tabella li qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati ta' Malta — sejħa għal Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba s-sejħa għal direttur ġenerali għal Qrati tal-Ġustizzja ħarġitx jew le?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà saret talba biex jinħatar Aġent Direttur Ġenerali fil-Qrati tal-Ġustizzja u qed nistennew li tiġi approvata u dan sakemm toħroġ is-solita sejħa biex timtela din il-pożizzjoni b’mod permanenti.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li ġew impjegati ġewwa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jindika l-gradi tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li PQ numru 222 mingħand l-Onorevoli Charlo Bonnici datata 15/04/2013 elenkat lista ta’ impjegati fis-settur pubbliku fil-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali li kienu trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta’ Marzu 2013. It-tweġiba għal mistoqsija Parlamentari 222 kienet hekk: 1 Manager (Civil Protection) John Gera gie trasferit mill-Kwartieri Generali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ghas-Servizz ta’ Detenzjoni. 2 Mr. Thomas Cordina (officer in scale 5) gie trasferit mill-Ministeru tal-Intern ghall-Kwartieri Generali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u rega gie trasferit mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ghall-Kwartieri General ital-Pulizija. 3 John Rizzo Kummissarju tal-Pulizija gie trasferit mill-Pulizija bhala Kap tal-Protezzjoni Civili. 4 Patrick Murgo Direttur Protezzjoni Civili gie trasferit mid-Dipartiment Protezzjoni Civili ghall-Ministeru tal-Intern u Sigurta Nazzjonali, pero huwa ghazel li jitfa r-rizenja tieghu mis-Servizz Pubbliku. Il-Mistoqsija Parlamentari numru 641 hija simili ma dik tal-mistoqsija Parlamentari numru 222; id-differenza fihom hija li l-mistoqsija 222 ma jissemmew l-ebda dati u b’hekk il-Mistoqsija Parlamentari numru 641 mhijiex mifhuma. Jista’ l-Onorevoli Interpellant jgħid minn liema data jixtieq l-informazzjoni mitluba? 1 Fil-preżent hawn 129 impjegati fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li jinkludu: Kap skala 2 Marine Engineer Operations Manager, Żewġ (2) Principal Officers Żewġ (2) Assistant Principals Executive Officer Communicator Detention Officer li ġie trasferit mad-Dipartiment tal-Protezzjoni riċentament ESTS Student (apprentistat) Sebgħa (7) Station Officers Sitta u għoxrin (26) Leading Assistance and Rescue Officers Ħamsa u tmenin (85) Assistance and Rescue Officers. Irid jiġi nnutat li l-aħħar grupp ta’ tmien (8) Assistance and Rescue Officers ġew impjegati fis-sena 2009.

AFM — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li n-numru ta’ impjegati, ħaddiema jew suldati ġodda li gew ingaġġati mal-Forzi Armati ta' Malta bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Data ghas-sejha ta l- impjieg Kif saret is-sejha ghal kull impjieg Kategorija Applikanti Numru Ingaggati Data ta l-ingagg Mhux applikabbli Talba mill-individwu Ri-Ingagg ta' Suldat Regolari* 1 1 18 ta' Gunju 2012 27 ta' April 2012 Gazzetta tal-Gvern Numru 18,906 Ufficjal Legali 4 1 19 ta' Lulju 2012 Mhux applikabbli Talba mill-individwu Ri-Ingagg ta' Suldat Regolari* 1 1 3 ta' Settembru 2012 5 ta' Ottubru 2012 Talba mill ETC lill FAM** Tahrig ta' Apprentistat 2 2 8 ta' Ottubru 2012 5 ta' Ottubru 2012 Talba mill ETC lill FAM** Tahrig ta' Apprentistat 1 1 9 ta' Ottubru 2012 24 ta' Awwissu 2012 Gazzetta tal-Gvern Numru 18,958 (pagna 10,421) Suldati Regolari 184 91 14 ta' Jannar 2013 24 ta' Awwissu 2012 Gazzetta tal-Gvern Numru 18,958 (pagna 10,436) Suldati Bandisti 10 2 14 ta' Jannar 2013

Protezzjoni Ċivili — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Protezzjoni Ċivili bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Korp tal-Pulizija — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korp tal-Pulizija bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Re-Instated New entrants (recruits) 08.08.2012 Nil 69 Constables (6 females + 63 males) out of 150 applicants following call for applications published in Govt. Gaz. No. 18,732 dated 08.04.2011 01.10.2012 1 Sergeant (female) 1 Constable (male) Nil 25.06.2012 1 Constable (male) Nil 01.06.2012 1 Sergeant (female) 2 Constable (male) Nil 04.01.2013 Nil 95 Constables (3 females + 92 males) out of 219 applicants following call for applications published in Govt. Gaz. No. 18,912 dated 08.05.2012 22.03.2013 1 Sergeant (male) Nil Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, ġew ingaġġati 164 Kuntistabbli ġdid fil-Korp tal-Pulizija. Dan wara li kienet saru żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet fil-gazzetti tal-Gvern nru: 18,732 tat-8 ta' April, 2011 u nru: 18,912 tat-8 ta' Mejju 2012 rispettivament. Għall-ewwel sejħa ta' applikazzjonijiet kienu applikaw 150 applikant filwaqt li għat-tieni sejħa kienu applikaw 219 il-persuna.

Kummissarju tal-Pulizija — ittra ta' riżenja

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Kummissarju tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jimposta l-mistoqsija b'mod aktar ċar minħabba li tista' tigi interpretata b'diversi modi.