Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – ħlas ta’ kirjiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7233 u tgħid kemm hija l-inqas kera li l-gvern jirċievi mingħand l-inkwilini fuq postijiet tal-gvern? Jekk hemm min iħallas inqas minn dak li titlob il-liġi jiġifieri €196 fis-sena, dan għaliex? Hemm xi liġi li tippermetti dan? Tista’ tgħid kemm hemm minn dawn il-każijiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lid-Dipartiment tal-Artijiet peress li huma għad għandhom kirjiet fissi. L-anqas kera li titlob il-liġi hija ta’ €197.58. L-Awtorita’ tad-Djar għandha każijiet fejn ir-revizzjoni tal-kera ssir kull sentejn. Dawk il-każijiet li r-revizzjoni tal-kera kienet is-sena l-oħra l-kera ġiet amendata minn €185 għal €197.58 b’effett mill-ewwel ta’ Lulju, 2013 fis-sena u dawk il-każijiet fejn ir-revizzjoni tal-kera ser issir din is-sena l-kera ser tiġi amendata b’effett mill-ewwel ta’ Lulju ta’ din is-sena.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-mara tiegħu tinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul u mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qalulu li kellu jieħu xi żieda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Servizz ta’ Telecare – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għat-telecare u għadu mingħajr risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-applikazzjoni ġiet mibgħuta post ħażin u għalekk qatt ma waslet fid-dipartiment tat-Telecare. Għalhekk, din l-applikazzjoni qatt ma ġiet ipproċessata u kien propju għall- din ir-raġuni li il- klijent qatt ma rcieva risposta. Madankollu, il- klijent għandu jirċievi applikazzjoni gdida tat-Telecare Plus, kif wkoll giet spjegat l-indirizz eżatt ta fejn trid tintbat u il-proċedura meħtieġa biex dan il-klijent jibbenefika mis-servizz mill-aktar fis.

Sigurtà Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha każ quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija se tintbagħtilha ittra ta’ spjega.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-pensjoni tiegħu hija vera baxxa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Servizz ta’ telecare

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi rranġat it-telecare tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsara li kellha din il- persuna jindika li kienet ħsara fuq il-linja tat-telefon. Id-dipartiment ġie infurmat li issa din il- ħsara tranġat u li is-servizz ġie lura għan-normal.

Servizz ta’ Home Help – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta’ home help tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li applikat xhur ilu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma rċieva l-ebda applikazzjoni għas-servizz tal-Home Help mill-persuna kkonċernata.

Persuni boarded out

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ persuni boarded out f’Marzu 2012 u kemm hu llum?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li f’Marzu tal-2012 kienu jirċievu Pensjoni Għall-Invalidità mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minħabba li ġew boarded out kien ta’ 4,780. Filwaqt illi f’Jannar ta’ din is-sena dan in-numru hu ta’ 4,557.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' direct orders

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7055 u tagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct ordersli ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kellu xi żball fil-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Djar residenzjali f’Santa Venera u r-Rabat — kiri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu n-negozjati li kienet qed tagħmel dwar il-kirjiet ta’ żewġt idjar residenzjali f’Santa Venera u r-Rabat? Tista’ tgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet il-ġodda tal-kiri għal dawn iż-żewġt idjar? Tista’ tgħid meta huwa ppjanat li jiftħu dawn id-djar? X’servizzi se jingħataw minn dawn iż-żewġt idjar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tara' li ssir xi ħaġa sabiex post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mikri lil persuna li tinsab rikoverata għall-perjodu twil l-isptar, jiġi mnaddaf u dan peress li minnu qed joħorgu kwantità ta' firien b'detriment għall-familji li joqogħdu viċin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-propjeta’ in kwestjoni hija tad-Dipartiment tal-Artijiet u l-Awtorita’ tad-Djar m’għandhiex il-pussess vakanti ta’ dan il-fond peress li ċ-ċwievet għadhom għand l-inkwilin legali. L-Awtorita’ m’għandha l-ebda aċċess għal dan il-post.

Benefiċċji soċjali — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għadu ma ħax il-benefiċċju soċjali li suppost kellu jieħu fl-4 ta' Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar ħlas mingħand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata bħalissa qed tircievi l-beneficcju tal-qagħad. Li mhux jirċievi huwa d-differenza fir-rata tal-qagħad minħabba li qed jagħmel xi xogħol bi skema ma’ l-E.T.C. Dan minħabba li kienu għaddejin xi investigazzjonijiet fuq il-każ li għandhom jiġu konklużi dalwaqt.

Residenza San Vinċenz de Paule – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-pressuna inkwistjoni applikat biex tidħol f’residenza għall-anzjani tal-Gvern fit-30 ta’ Novembru 2011, iżda din ma kinitx approvata mill-Bord tal-Ammissjoni għad-Dħul fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. Il-Bord reġa’ rreveda l-applikazzjoni fit-22 ta’ Marzu, 2012, fis-26 ta’ Lulju 2012 u fis-6 ta’ Diċembru 2012 fejn kienet approvata u klassifikata bħala prijorità għolja. B’hekk sar appuntament fid-29 ta’ Jannar 2014 biex il-klijenta terġa’ tiġi assessjata fl-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech u jiġi stabbilit eżatt il-prijorità tal-pazjent.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d- direct orders li ngħataw huma mill-KNPD b’xiri ta’ Toyota Yaris għall-użu tad-Direttur Eżekuttiv u xogħol ieħor tal-KNPD u kif ukoll mill-Awtorita’ tad-Djar li l-informazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Subject Type (Works/Supply/Service Approved on Repairs at Blk 3, Pjazza ES Tonna, Floriana Works 09/05/13 Repair works at Garages in Triq Dun Frans Camilleri, Hamrun Works 06/08/13 Repair works at Garages in Triq Dun Frans Camilleri, Hamrun Works 06/08/13 Direct Order for Legal and Consultancy Services - Dr. Josef Masini Vento Services 26/11/13

ordnijiet tal-ħarsien u ordnijiet temporanji tal-ħarsien fuq tfal

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħarġu ordnijiet tal-ħarsien u ordnijiet temporanji tal-ħarsien fuq tfal matul is-sena 2013? Tista’ tagħti d-dettalji xahar b’xahar u l-etajiet ta’ dawn it-tfal? Tista’ tgħid kemm minn dawn it-tfal qegħdin fil-fostering, jew f’djar residenzjali, jew tagħti dettalji ta’ każijiet li saru arranġamenti oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi — faċilità residenzjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta bdiet topera l-faċilità residenzjali f’Ħal-Qormi li hija mmirata għall-aħwa? Tista’ tgħid kemm gawdew aħwa s’issa mis-servizz ta’ dar residenzjali? Tista’ tgħid kemm kienu bniet u subien kif ukoll x’inhi l-età tagħhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-facilita’ residenzjali f’Ħal-Qormi laqgħet l-ewwel resident (tifel) tagħha fit-28 ta’ Ottubru 2013. Fit-30 ta’ Ottubru, daħħlu zewġ aħwa ta’ dan it-tifel, u fis-6 ta’ Novembru daħħlu zewg itfal oħra li huma aħwa. Dawn it-tfal huma kollha subien għax dawk huma l-aħwa li l-ħaddiema socjali raw li l-aktar għandhom bzonn is-servizz. L-etajiet ta’ dawn it-tfal huma 13, 9, 8, 7 u 5. Mill-1 ta’ Dicembru beda iqatta’ tmiem il-gimgħa fil-facilita’ tifel ta’ 11-il sena u mit-8 ta’ Dicembru bdiet tingħaqad miegħu nhar ta’ Ħadd, oħtu ta’ 5 snin. Qed isir assessment ta’ dawn iz-zewġ itfal mill-ħaddiema socjali biex jaraw hux fl-aħjar interess tagħhom li jibdew jgħixu hemm fuq bazi permanenti. Sadanittant, fit-30 ta’ Dicembru kien hemm bzonn ta’ placement ta’ emergenza ta’ zewg subien ta’ 4 snin u sena u nofs għal-lejl wieħed.

Fondazzjoni tas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali — applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet li rċeviet il-Fondazzjoni tas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali sabiex titmexxa d-dar residenzjali għat-tfal aħwa f’Ħal-Qormi? Tista’ tgħid x’inhuma r-rekwiżiti li kien hemm fis-sejħa li saret? Tista’ tgħid jekk il-persuna magħżula għandhiex dawk ir-rekwiżiti kollha li kien hemm fis-sejħa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.