Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn f’ Malta supply learning support assistants li qegħdin f’impjieg? Kemm minnhom qed jagħmlu taħriġ biex jiksbu kwalifika rikonoxxuta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa hawn 767 Supply Learning Support Assistants fl-impjieg mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti hemm 386 u 118 Supply Learning Support Assistants fl-impjieg rispettivament.
Infurmat ukoll li hemm 67 Supply Learning Support Assistants li huma fl-iskejjel tal-Istat u 21 Supply Learning Support Assistants li huma ma' Non State Schools li qed jistennew l-aħħar riżultati biex jiksbu kwalifika rikonoxxuta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-total ta’ learning support assistants jaħdmu f’Malta (b’ mod regolari jew bħala supply)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Learning Support Assistants (kemm regolari u supply) li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f'Malta huwa ta' 1592.
Infurmat ukoll li fl-iskejjel tal-Knisja hemm 663 Learning Support Assistants filwaqt li fl-iskejjel Indipendenti hemm 125.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u fil-każ kemm, jinħtieġux jiġu impjegati aktar learning support assistants biex tintlaħaq id-domanda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa ma hemm ebda vakanza ta' Learning Support Assistant fl-iskejjel statali. Madankollu, bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex ikun magħruf kemm il-Learning Support Assistant hemm bżonn jiġu ngaġġati. Għaldaqstant, bħalissa għaddej ukoll proċess ta' għażla.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li għandhom learning support assistant? Kemm minn dawn għandhom shared learning support assistant?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fl-iskejjel tal-Istat bħalissa hawn 2943 tifel u tifla li għandhom Learning Support Assistant (LSA). Minn dawn 519 għandhom support fuq bażi shared.
Fl-iskejjel tal-Knisja hemm 1095 student li għandhom Learning Support Assistant. Minn dawn 608 għandhom support fuq bażi shared.
Fl-iskejjel Indipendenti hemm 174 student li għandhom Learning Support Assistant, li minnhom 104 għandhom support fuq bażi shared.
Skejjel primarji u sekondarji — Għalliema kwalifikati u gradwati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi eżerċizzju biex isir magħruf jekk hux se jkun hawn nuqqas ta' għalliema kwalifikati u gradwati fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat fis-snin li ġejjin? Huwa meqjus li qed jidħlu biżżejjed żgħażagħ isegwu l-korsijiet fil-fakultà tal-edukazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ta' kull sena id-Direttorat jagħmel eżerċizzju biex jara kemm se jkun in-numru ta' għalliema ta' kull settur/suġġett li jkunu se jirtiraw. Jittieħed in konsiderazzjoni ukoll in-numru ta' għalliema li jista' jkun se jirriżenjaw jew joħorġu b'xi forma ta' leave (Parental/Maternity/eċċ.). Dan ta' l-aħħar isir biex jiġu studjati xejriet li jkunu seħħew matul l-aħħar snin. B'dan il-mod id-Direttorat ikollu stampa ta' liema settur/suġġett jista' jkun li ser ikun hemm bżonn ta' għalliema fihom. Qed jidħlu biżżejjed żgħażagħ isegwu l-korsijiet fil-fakulta` tal-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 2012 sa Mejju 2013, kemm kien hemm drop-outs ta' studenti mill-iskola tal-informatika u komunikazzjoni tal-MCAST f'kull kors bl-istatistika mogħtija separatament:
i) mill-istitut innifsu
ii) miċ-ċentri ta' taħriġ privati li jipprovdu kors tal-MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fi skejjel primarji li qed jistennew li jingħataw facilitator biex ikollhom l-għajnuna meħtieġa biex ma jaqgħux lura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 29 tfal jistennew li jingħataw Learning Support Assistant.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi mill-1998
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-performance report tas-supply teachers mhux se jibqa' jsir mis-surmast kif kien isir qabel iżda se jibda jsir minn uffiċjal tad-Dipartiment? Għaliex se ssir din il-bidla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-performance reports tas-Supply Teachers se jibqgħu jsiru mill-Kap tal-Iskola li fiha jservi s-Supply Teacher kkonċernat u għandu jiġi endorsed mill-Prinċipal tal-Kulleġġ. Il-Kap tal-Iskola qed jintalab jikkunsidra l-opinjoni ta' Uffiċjal Edukattiv mid-Direttorat, f'każijiet fejn is-Supply Teacher qiegħed itemm it-tielet jew ir-raba' sena, u allura qed joqrob iż-żmien li fih jista' japplika għal kuntratt indefinit, kif ukoll f'każijiet fejn is-Supply Teacher jkun qed jimmanifesta xi diffikultajiet fil-qadi ta' dmirijietu. Huwa fil-każ ta' peripatetic Supply Teachers biss li l-proċess jitmexxa mill-Uffiċjal Edukattiv tad-Direttorat. Il-mod kif ġie mqassam it-template tar-rapport huwa strutturat u l-proċess jitlob li s-Supply Teacher ikkonċernat għandu jintwera r-rapport u jiffirma jekk jaqbilx jew le mal-parir tal-Kap tal-Iskola. Dan kollu huwa spjegat fiċ-ċirkolari nru. QAD 04/2013 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-human resources management tas-supply teachers se jibda jsir mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mhux mill-Kulleġġ fejn huma assenjati? Dan se jibda jfisser li t-transfers se joħorġu direttament mid-Direttorati, Dipartimenti jew mill-Ministeru skont l-esiġenza tas-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-ingaġġ u d-deployment tas-Supply Teachers dejjem sar mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Dan se jibqa' jseħħ. L-iskola tassenja l-għalliem il-klassi li se jgħallem. Il-proċess se jibqa' l-istess. It-transfers dejjem ħarġu skont l-esiġenzi tas-servizz, jiġifieri skont il-bżonnijiet tal-istudenti u l-iskola.
Tnaqqis fil-fondi allokati għall-human resources management ta’ supply teachers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif it-tnaqqis riċenti fil-fondi allokati lill-kulleġġi flimkien ma’ human resources management aktar ċentralizzat bħal fil-każ tas-supply teachers se jgħin il-kunċett ta’ awtonomija jikber fil-kulleġġi tal-Istat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li d-deployment tas-Supply Teachers dejjem sar mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u għalhekk mhux minnu li kien hemm xi bidla fejn dan il-proċess ġie ċentralizzat. Ma nbidel xejn fil-proċess. L-iskejjel ġew allokati l-fondi skont kif iddikjarat fl-estimi finanzjarji għal din is-sena u kif anki mressqa fl-Estimi għas-sena 2013 meta l-Onor. Interpellant kien jifforma parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol – kuntratt ta’ konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn Marzu sal-lum, il-Ministeru tiegħu jew xi dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu tawx xi kuntratti, konsulenzi jew xi forma ta’ xi xogħol ieħor lill-indivdiwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lil xi kumpanija jew entità kummerċjali li huwa għandha sehem fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-dekasteru tiegħi, fil-perjodu msemmi, ma ngħatawx kuntratti u konsulenzi lill-individwu indikat mill-Onor Interpellant. Jiena ħtart lill-individwu fuq il-Financial Management Monitoring Committee u tajtu l-inkarigu jinnegozja mill-ġdid il-finanzjament għall-proġetti u x-xogħol għall-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-pożizzjoni ta' Deputy Chief of Staff fis-segretarjat tiegħi ma teżistix.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm li diġà spiċċaw il-kors tal-Gvern li jwassal għall-kwalifika ta’ learning support assistant u sal-lum għad ma għandhomx il-pożizzjoni tagħhom regolarizzata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f'Awwissu 2012 spiċċaw il-kors 57 Supply Learning Support Assistant li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat u 11 li jaħdmu fin-Non-State.
Din il-kwalifika twassal biex Supply Learning Support Assistants japplikaw għall-post ta' Learning Support Assistant I.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3033, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit il-ħlas li se jingħataw il-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport? Jekk iva kemm se jkun qed jieħu kull membru b'mod individwali? Jekk le, jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li kull membru li hemm fil-bord jieħu ħlas?
Kunsill Malti għall-Isport – sussidju fuq kirjiet ta’ art/proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta' ħlas u s-sussidju fuq l-ammont ta' kirja ta' art u/jew proprjetà ikunux miftiehma mal-għaqda/assoċjazzjoni li tingħata l-art u/jew proprjetà? Dan l-ammont ikun inkluż fil-kuntratt jew memorandum of understanding maqbul u ffirmat bejn il-Kunsill Malti għall-Isport u l-għaqda/assoċjazzjoni rispettiva? Min jiddetermina dan l-ammont?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li r-rata ta' ħlas u s-sussidju fuq l-ammont ta' kirja ta' art u/jew propjeta' ikunu komunikati lill-għaqda sportiva li tkun se tingħata l-art u/jew propjeta' qabel ma tersaq għall-iffirmar tal-kuntratt. Dan l-ammont ikun inkluż fil-kuntratt jew memorandum of understanding maqbul u ffirmat bejn il-Kunsill Malti għall-Isport u l-għaqda rispettiva. Il-kera kummerċjali ta' art u/jew propjeta' tkun determinata skont evalwazzjoni li ssir minn perit imqabbad mill-Kunsill Malti għall-Isport. Sal-lum, il-policy tal-Kunsill Malti għall-Isport hi li s-sussidju fuq il-kera ikun ta' 95% fuq art li ser tintuża għal skop sportiv u 75% għall-partijiet tal-art/propjeta' li fihom tkun issir attivita' kummerċjali li ssostni l-attivita' sportiva tal-għaqda, bħal per eżempju bar.
B`referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2908 jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol mill-Malta Motorsport Federation fuq il-barriera indikata? U jekk sar, fiex wasal il-proċess sabiex din il-barriera tibda tintuża għall-iskop li għaliha ngħatat? Jista’ jikkonferma jew le jekk il-Gvern preżenti hux qed jikkunsidra xi alternattivi oħra dwar l-użu tal-barriera indikata? Jista’ jgħid jekk din il-federazzjoni sportiva ngħatatx għajnuna finanzjarja mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Malta Motorsport Federation m’għamlet l-ebda xogħol fuq is-sit imsemmi. Il-Gvern qiegħed f’diskussjoni ma’ din l-għaqda biex jiġu analizzati l-possibiltajiet tal-aħjar użu għal dan is-sit. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, iva nikkonferma.