Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forti Sant’Anġlu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun l-użu tal-Forti Sant’Anġlu?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Forti Sant’Anglu huwa wiehed mill-assi kulturali mmexxija minn Heritage Malta. Il-prezentazzjoni ta’ fih tikkoncentra fuq l-importanza tal-forti fl-istorja ta’ Malta tul is-sekli. Il-progett ta’ restawr u rigenerazzjoni haseb ukoll ghall-istallazzjoni ta’ facilitajiet ghall-organizzazzjoni ta’ manifestazzjonijiet kulturali, u ghaldaqstant huwa mistenni li dan is-sit ser jibda jilqa’ fih numru ta’attivitajiet ta’ din in-natura.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — użu tat-tieni karozza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Belt Valletta – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Belt Valletta fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Il-Ħamrun – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Ħamrun fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun matul is-snin 2013,2014 u 2015.

Il-Marsa – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastruttali li saru mill-Kunsill Lokali matul is-snin 2013,2014 u 2015.

Ta’ Pietà – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Pietà fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastruttali li saru mill-Kunsill Lokali matul is-snin 2013,2014 u 2015.

Il-Furjana – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Furjana fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali tal-Furjana matul is-snin 2013,2014 u 2015.

LESA – servizzi ta’ wardens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw servizzi ta’ wardens fix-xahar ta’ Ottubru u Novembru 2015 mil-Local Enforcement System Agency (LESA)? F’liema lokalità ntużaw il-wardens u kemm ingħataw sigħat ta’ servizz ta’ warden f’kull lokalità f’Malta u Għawdex fix-xahar ta’ Ottubru 2015 u Novembru 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru tiegħu inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ebda Dipartiment, Direttorat jew Entitá li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ta kuntratt lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament.

Qasam tal-Ġustizzja – riforma ħolistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li jmiss li jittieħdu biex tkompli tiġi implimentata riforma ħolsitika fil-qasam tal-Ġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Wara t-titjib li rajna mill-2013 s’issa, hekk kif elenkati fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 21887, dan il-Gvern ser jkompli jirriforma is-sistema ġudizzjarji biex iċ-ċittadin jinqeda b’mod aktar effiċjenti u spedit. Sistema ġudizzjarja b’saħħitha mhux biss taqdi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż imma hija parti kruċjali favur it-tkabbir ekonomiku. B’hekk fl-2016, il-Gvern ser jaħdem biss sħiħ biex jitwettqu aktar riformi fil-qasam tal-Ġustizzja, sabiex b’hekk is-sistema ġudizzjarja Maltija tkun waħda li tattira aktar investiment. Il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-ħtieġa li jiġu promossi Alternative Dispute Resolutions li prinċiparjament jinqasmu fi tnejn: l-medjazzjoni u l-arbitraġġ. Kif jgħallimni l-Onor. Interpellant il-medjazzjoni hu proċess fejn medjatur jgħin żewġ partijiet jew iktar jaslu għal ftehim li jridu huma waqt li l-arbitraġġ hu proċess fejn il-partijiet jagħżlu arbitru sabiex jaqta’ d-disputa li għandhom bejniethom. Kif imħabbar fid-diskors tal-Baġit għall-2016 il-Gvern se jaħdem biex jikber l-użu ta' proċeduri tal-ADR – sija fejn tidħol il-medjazzjoni u sija fejn jidħol l-arbitraġġ. Dan għandu jwassal għal proċeduri iktar spediti, li jagħmlu sens ekonomiku u li jtaffu mill-ħtieġa li wieħed imur dritt il-Qorti. Nista’ ngħid li barra minn Malta l-ADRs indraw u jintużaw b’mod spiss u regolari. Fejn tidħol il-medjazzjoni volontarja din hija prattikament ineżistenti u b’konsultazzjoni mal-istakeholders u esperti barranin se nfasslu proposti jekk hemm bżonn leġizlattivi sabiex din issir iktar in-norma. Fejn jidhol l-arbitraġġ, rajna titjib ta' 18% f’każijiet introdotti ta’ arbitraġġi volontarji domestiċi u żieda ta' kważi 50% ta' arbitraġġi internazzjonali. Dan mhux biżżejjed. Il-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ u jtejjeb iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u b’hekk ħarġet sejħa għal sieħeb strateġiku biex jikkonvertu ċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ f’hub aktar effiċjenti u effettiv għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. In-negozji huma kruċjali f’pajjizna. Il-proċess ġudizzjarju għandu effett fuq l-effiċjenza tan-negozju f’Malta b'mod ġenerali. Il-Gvern jirrikonoxxi li din l-isfida li ġiet enfasizzata wkoll fir-rapporti varji inklużi il- Commission Staff Working Document on Investment Challenges, Country Specific Recommendations tal-Kummissjoni Ewropea, l-EU Justice Scoreboard, il- European Semester Country Report, u l- World Bank survey. F'dan il-kuntest, il-Ministeru għall-Ġustizzja flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi, inkarigaw tim ta' esperti fil-qasam biex joħroġ b’leġiżlazzjoni aktar effiċjenti għall-insolvenza. Dettalji jingħataw fil-ġimghat li ġejjin. Il-websajt www.justiceservices.gov.mt toffri ġabra tal-leġiżlazzjonijiet kollha kif ukoll sentenzi tal-Qrati tagħna u l-istatistika tal-Qrati. Il-Gvern huwa ntiż li jtejjeb dan is-sit għal bosta raġunijiet. L-ewwelnett, mill-ewwel kwart tas-sena d-dieħla l-intranet fil-websajt stess ser isservi bħala pjattaforma għall-hekk imsejjaħ Proġett eFees. Dan il-proġett għandu l-għan li jipprovdi lill-impjegati tal-Qorti l-faċilità li jistampa kont preċiż tat-taxxa dovuta għal kull każ ċivili li tkun aġġornata awtomatikament. Dan se jitħaffi l-proċeduri minħabba li l-komputazzjoni tal-taxxi bħalissa qed isir manwalment għal kull każ ċivili. It-tieni nett, il-proġett eFees se jiġu mtejjeb billi tagħti l-faċilità lill-pubbliku ġenerali biex tara l-ispejjeż online u jkun possibli li jkun hemm online payment. It-tielet nett, se jkun hemm il-faċilità li atti ġudizzjarji jiġu ppreżentati elettronikament u ħlasijiet inklużi dawk relatati jitħallsu online. Matul l-2016 se ntejbu u nirriformaw għall-ahjar id-dritt tal-avukat waqt l-arrest u se nkomplu nkabbru l-proġett pilota fejn il-prosekuzzjonijiet jitmexxew minn avukat u mhux minn membru tal-Korp tal-Pulizija, li ħafna drabi jkun hu stess li jkun investiga r-reat. Fil-kamp kummerċjali se nagħtu prijorità lil żewġ oqsma li fis-settur legali fl-aħħar ġenerazzjonijiet ta’ snin waqgħu lura. B’hekk se nagħtu prijorità lill-qasam tal-insolvenza. Lejn l-aħħar tal-2015 inħoloq kumitat interministerjali ta’ esperti fil-qasam kummerċjali. Dan il-working group kellu l-kompitu li jfassal abbozz ta' liġi mmirat biex jiffaċillita’ u jimmodernizza l-proċeduri ta' insolvenza. L-effiċjenza u l-modernizzazzjoni ta' dan il-qasam huwa kruċjali għall-ekonomija ta' kull pajjiż u Malta mhix eċċezzjoni. Ser inkomplu ngħatu aktar riżorsi umani lill-qrati tagħna, mhux b'iktar assenjazzjoni ta' Court Attorneys ma' kull Imħallef fiċ-Ċivil. Dawn l-avukati diġà ġew magħżula mill-Imħallfin infushom u ser jassistu l-Imħallfin fir-riċerka u fl-abbozzar ta' sentenzi. Fl-istess ħin ser jitjiebu l-programmi ta' taħriġ għall-imħallfin u staff tal-qorti bl-assistenza tal-fondi Ewropej. Id-Dipartiment tal-Ġustizzja ser jkompli jaħdem biex jitjieb is-servizzi tal-Għajnuna Legali bl-għan li aktar nies fil-bżonn jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz. Aħna nemmnu li dan il-programm ta' implimentazzjoni stabbli u konsistenti ta' miżuri mmirati li jirriformaw is-sistema ġudizzjarja qed iwassal għall-bidla li pajjiżna u l-ekonomija tagħna teħtieġ.

Qrati — Court Attorneys

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’funzjoni qed jaqdu l-Court Attorneys? X’riżultati qed jagħtu?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-funzjoni tal-Court Attorneys hija li jassisti lill-Ġudikant fl-abbozzar ta’ sentenzi u digrieti u billi jipprepara rapporti dwar il-fatti u l-punti ta’ liġi f’kawżi pendenti. Il-Court Attorneys ma ngħazlux mill-Gvern iżda mill-Ġudikatura. Huma assenjati ma’ Ġudikant jew anke aktar minn Ġudikant wieħed, skont il-ħtieġa. Il-mira hi li kull Court Attorney iħejji medja ta’ tlett abbozzi fil-ġimgħa. Għadu kmieni sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel apprezzament tar-riżultati miksuba għaliex il-kuntratti relevanti saru f’ Novembru u Diċembru tas-sena li għadha kif ntemmet. B’danakollu fiż-żmien qasir li ilha taħdem is-sistema ġdida ġia ġew abbozzati 239-il sentenza, uħud minnhom f’każijiet li ilhom għas-sentenza għal żmien twil. Naturalment dawn l-abbozzi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-Ġudikant konċernat li jista’ jaqbel mal-abbozz, jemendah jew addirittura jibdlu għal kollox, għaliex is-sentenza tibqa’ dejjem tal-Qorti u ma hi qatt tal-Court Attorney. Bħalissa hemm 13-il Court Attorney assenjati mal-Ġudikanti li joperaw fil-kamp Ċivili.

Qrati — Appelli Superjuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għandu ppjanat il-Gvern biex isolvi d-dewmien fl-Appelli Superjuri?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onorevoli Membru, il-Gvern huwa preokkupat bis-sitwazzjoni li wiret u li ilha takkumula għal ħafna snin dwar id-dewmien fis-smiegħ tal-kawżi li ma jkunux ta’ natura illi bil-liġi s-smiegħ tagħhom ikun irid jingħata preċedenza, fil-Qorti tal-Appell. Il-Gvern japprezza illi l-Qorti tal-Appell hija xi ftit differenti minn qrati oħra billi l-ammont ta’ kawżi li jidħlu f’ dik il-Qorti ma huwiex soġġett għal xi sistema ta’ tqassim ta’ kawżi bejn diversi qrati, bħal ma hu l-każ dwar il-Qrati tal-Ewwel Istanza, iżda jiddependi unikament minn kemm jinqatgħu kawżi fil-Qrati tal-Ewwel Istanza u minn kemm jidħlu appelli minn dawk il-kawżi. Għalhekk hemm periklu ċar illi s-suċċess milħuq biż-żieda fin-numru ta’ kawzi deċiżi mill-Qrati tal-Ewwel Istanza iwassal għal aktar dewmien fil-Qorti tal-Appell jekk ma jittieħdux il-passi meħtieġa biex dan ma jitħalliex iseħħ. Il-Gvern għalhekk qed jieħu u se jkompli jieħu numru ta’ miżuri biex titjieb ir-rata ta’ qtugħ ta’ kawżi fil-Qorti tal-Appell u biex ħadd ma jitħalla jgawdi minn appelli frivoli magħmula sempliċement biex jeħlu fil-massa u biex jintrebaħ iż-żmien. Fl-abbozz ta’ Liġi numru 124 hemm diversi dispozizzjonijiet li għandhom iwasslu biex jithaffef il-proċess fil-Qorti tal-Appell. Fost dawn insibu mi¿uri li jagħtu l-fakolta lil dik il-Qorti biex tagħmel korrezzjonijiet meħtieġa fl-atti biex ħadd ma jitħalla jtawwal il-kawzi abbażi biss ta’ formalitajiet u teknikalitajiet, miżuri li jdaħħlu proċess aċċellerat biex jinqatgħu l-appelli frivoli, miżuri dwar l-obbligu li wieħed jiddepożita l-garanziji meħtieġa mil-liġi fi żmien iqsar, u miżuri li jħallu lill-partijiet f’ kawżi quddiem Qrati fi grad ta’ appell il-fakolta’ li, bi ftehim bejniethom, jawtorizzaw lill-Qorti tgħaddi għas-sentenza fuq l-atti u mingħajr trattazzjoni orali.

Clearance Rate u Disposition Time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjega tal-Clearance Rate u d-Disposition Time ta’ kull Qorti, sena b’sena, bejn l-2012 u l-2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Qrati Ċivili In-numru ta’ każijiet pendenti quddiem il-qrati ċivili matul 2015 niżel bi 11% meta mqabbel mal- 2012. Il-Qrati Ċivili kellhom 10,274 każijiet pendenti fl-2015 meta mqabbel mal-11,533 każ fl-2012. Hekk kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Pending cases – All Civil Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Constitutional Court 50 63 45 54 47 Qorti Tal-Appelli Civili (Superjuri) 771 990 1188 1272 1341 Qorti Tal-Appelli Civili (Inferjuri) 313 526 608 673 627 Qorti Civili Prim' Awla 5431 5097 4780 4662 4437 Qorti Civili tal-Familja 1229 1338 1235 1327 1208 Qorti tal-Magistrati (Sede Civili) 1229 1151 1115 1121 1062 Tribunal Ta' Revizjoni Amministrattiva 351 557 753 683 418 Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar 1216 1052 1046 820 516 Bord Ta' Arbitragg Dwar Artijiet 208 184 135 128 117 Bord dwar il-Kontoll tal-Kiri tar-Raba' 123 114 94 91 78 Bord li Jirregola l-Kera 487 461 456 409 423 TOTAL 11408 11533 11455 11240 10274 Id-disposition time - li huwa l-average tan-numru ta’ ġranet li hemm bzonn sabiex kawża tiġi konkluża - niżel għal 668 jum minn 777 jiem fl-2012. Hekk kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Disposition Time - All Civil Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Constitutional Court 332 451 257 394 301 Qorti Tal-Appelli Civili (Superjuri) 1192 1635 1674 1286 1539 Qorti Tal-Appelli Civili (Inferjuri) 705 711 917 841 545 Qorti Civili Prim' Awla 1034 926 879 947 875 Qorti Civili tal-Familja 791 525 576 677 528 Qorti tal-Magistrati (Sede Civili) 835 765 908 958 843 Tribunal Ta' Revizjoni Amministrattiva 1755 1463 2036 1408 495 Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar 345 377 445 284 156 Bord Ta' Arbitragg Dwar Artijiet 2373 1119 835 1797 1857 Bord dwar il-Kontoll tal-Kiri tar-Raba' 2245 1435 837 3020 1139 Bord li Jirregola l-Kera 1434 1202 1206 1030 1443 AVERAGE of all DTs 1186 964 961 1149 884 DT computed on the Total of all Pending and Resolved cases 831 777 834 812 668 Il-clearance rate – hi hija r-rata ta’ kemm inqatgħu każijiet meta kkumparat man-numru ta’ każijiet li ġew introdotti fil-Qrati – żdiedet minn 99% fl-2012 (li jindika li kienu qedgħin jinqatgħu inqas każijiet milli bdew deħlin b’riżultat li jiżdied il-backlog u kawzi pendenti) għal 112% fl-2015. Dan ifisser li l-Qrati Ċivili issa mhux talli bdew ilaħqu mal-ammont ta’ kawzi introdotti imma bdew ukoll jaqtghu mill-kawzi li kienu pendenti. Statistika fuq il-clearance rate tidher fit-tabella t’hawn taħt: Clearance Rate - All Civil Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Constitutional Court 120 80 139 85 110 Qorti Tal-Appelli Civili (Superjuri) 66 50 57 80 80 Qorti Tal-Appelli Civili (Inferjuri) 51 56 74 82 112 Qorti Civili Prim' Awla 104 113 115 103 106 Qorti Civili tal-Familja 116 109 106 89 106 Qorti tal-Magistrati (Sede Civili) 118 115 102 90 104 Tribunal Ta' Revizjoni Amministrattiva 25 40 40 149 411 Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar 120 117 100 123 123 Bord Ta' Arbitragg Dwar Artijiet 103 167 536 137 115 Bord dwar il-Kontoll tal-Kiri tar-Raba' 125 145 205 157 167 Bord li Jirregola l-Kera 89 122 103 139 81 AVERAGE of all CRs 94 101 143 112 138 CR computed on the Total of all Incoming and Resolved cases 99 99 98 101 112 Qrati Kriminali Il-Qorti tal-Maġistrati tisma’ 95% tal-każijiet kollha fil-qasam kriminali. Din il-Qorti qatgħet iktar każijiet min-numru ta' każijiet li daħlu għat-tieni darba fl-aħħar tliet snin bi clearance rate ta’ 101%. Ħarsa ġenerali, meta tieħu allura l-każijiet kollha u mhux 95% biss, turi li l-Qrati Kriminali komplessivament jaqtghu ammont ugwali jew aktar każijiet għan-numru ta' każijiet li daħlu għat-tieni darba fl-aħħar tliet snin. Il-Qrati Kriminali kellhom 14,887 każijiet pendenti fl-2015 meta mqabbel mal-15,117 każ fl-2012. Hekk kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Pending cases – All Criminal Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Superior Criminal Court of Appeal 52 61 54 38 26 Inferior Criminal Court of Appeal 606 822 874 995 1,214 Criminal Court 94 75 82 81 79 Magistrates' Court 14064 14159 13274 13,538 13,568 TOTAL 14816 15117 14284 14652 14887 Id-disposition time żdied parzjalment minn 303 ġurnata fl-2012 għal 359 fl-2015. Dan ifisser li hemm bżonn iktar xogħol x’isir fuq din il-parti tal-amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Disposition Time - All Criminal Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Superior Criminal Court of Appeal 1265 1237 704 462 633 Inferior Criminal Court of Appeal 623 761 638 851 1277 Criminal Court 624 608 1069 1285 1518 Magistrates' Court 294 291 279 305 335 AVERAGE of all DTs 702 724 673 726 941 DT computed on the Total of all Pending and Resolved cases 303 303 291 321 359 Inżid ngħid li fejn jidħol il-5 fil-mija tax-xogħol l-ieħor tas-settur penali, l-Qorti tal-Appell Superjuri irreġistrat titjieb konsiderevoli fil-clearance rate - minn 67% fl-2012 għal 500% fl-2015. Il- Qorti tal-Appell Inferjuri kellhom riżultati inqas sodisfaċenti minħabba l-fatt li naqsu zewg ġudikanti fl-aħħar xhur u għad li l-vakanzi taghhom ġew mimlija, dan il-bdil jaffettwa r-rendiment. Huwa mistenni li jkun hemm iktar titjib fis-sena 2016. Clearance Rate - All Criminal Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Superior Criminal Court of Appeal 42 67 133 214 500 Inferior Criminal Court of Appeal 66 65 91 78 61 Criminal Court 196 167 78 105 112 Magistrates' Court 98 99 106 99 101 AVERAGE of all CRs 100 99 102 124 193 CR computed on the Total of all Incoming and Resolved cases 97 98 106 98 100 Il-Gvern huwa kommess li jtejjeb l-amministrazzjoni tal-Ġustizzja sija fil-kamp Ċivili u sija fil-kamp Kriminali għaliex il-poplu jixraqlu sistema effiċjenti ta’ Amministrazzjoni ta’ Ġustizzja.

Servizz ta’ Avukat tal-Għajnuna Legali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’sar biex jittejjeb is-servizz tal-Avukat tal-Għajnuna Legali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bl-Avviż Legali 414/2014, Ordni Dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, tat-28 ta’ Novembru 2014 ġiet imwaqqfa l-Aġenzija sabiex tiffunzjona independentament mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u għalhekk il-benefiċjarji tal-għajnuna legali, kemm fil-kawżi kriminali u kif ukoll fil-kawżi ċivili, jkollhom servizz legali mparzjali u li huwa awtonomu mill-prosekuzzjoni jew mis-servizz legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li jirrapreżentaw lid-Dipartimenti u Entitajiet tal-Gvern fil-kamp Ċivili. F’Settembru 2015 ġie ngaġġat Maniġer tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali sabiex il-funzjoni tiegħu tkun li tmexxi l-operat amministrattiv tal-Aġenzija, fost affarijiet oħra, il-ħatriet tal-Avukati għall-Għajuna Legali li jiskadu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali jsiru fil-ħin. Dan l-uffiċċju għandu wkoll il-funzjoni li jinvestiga l-ilmenti mressqa fl-uffiċju tal-Għajnuna Legali. Matul din is-sena għandha tiġi wkoll ingaġġata persuna sabiex tagħmel ix-xogħol klerikali tal-Aġenzija. It-twaqqif tal-Aġenzija ser iservi sabiex ikun hemm ‘one stop shop’ għall-klijenti, kif ukoll punt ta’ riferenza għal dawk involuti fis-sistema. Qed jiġu mħejjija wkoll regolamenti dwar il-proċedura li għandha tiġi adottata. L-awtonomija tal-Aġenzija ġie reġistrat ukoll billi fil-Baġit għas-sena 2016 ġie kkrejat line item 5845 ( Legal Aid Agency ) taħt Programmes and Initiatives fil-Vot Rikorrenti 38 sabiex isiru ħlasijiet kollha tal-Aġenzija.

Qrati — Spejjeż għaċ-ċittadin fil-kamp ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex iċ-ċittadin ikun jaf kontinwament in real time l-ispejjeż tal-kawża tiegħu fil-kamp ċivili?

Response (BONNICI, OWEN)

F’dawn l-aħħar sentejn u nofs il-Qrati Ċivili embarkaw fuq programm ta’ tiġdid tal-informatika li qed iwassal għal titjib sostanzjali fil-mod kif wieħed jirrelata mal-qrati. Waħda mill-inizjattivi hija proprju l-inizjattiva imsejħa eFees. Permezz tal-eFees iċ-ċittadin ser ikun jaf kemm qed jitħallsu drittijiet lill-qrati. Ġja ġie mfassal il-programm elettroniku, u sar it-taħriġ meħtieġ lill-istaff tal-qorti li ser jibda jħaddem is-sistema fil-bidu tas-sena. Dan ifisser li l-ispejjeż tal-kawżi ġodda ppreżentati mill-bidu tas-sena ‘l quddiem jibdew jidħlu f’din is-sistema. Ser ikun hemm żmien ta’ tranżizzjoni u l-kawżi ppreżentati mis-sena l-oħra lura ser jibqgħu bl-istess sistema ta’ qabel. Hekk kif il-qrati ser ikollhom biżżejjed informazzjoni miġbura dwar l-ispejjeż tal-qorti, l-eFees ser tiġi mnedija sabiex jingħata aċċess liċ-ċittadini bl-użu tal-internet. B’hekk ic-cittadin ikun jaf eżatt kemm flejjes ikunu qed jitħallsu bħala drittijiet lill-qrati ċivili.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – ħlas ta’ kirjiet jew ċnus

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas tal- kirjiet jew ċnus li l-entitajiet li jaqgħu taħtu jħallsu kull sena, u jekk jitħallsux lill-privat jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-ħlasijiet tal-kirjiet jew ċnus għall-propjetajiet użati mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Multi jew penali tal-VAT konvertiti fi priġunerija mill-Qrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna kellhom il-multa jew penali tal-VAT konvertita fi priġunerija mill-Qrati tagħna matul l-2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 21690.