Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29882 li issa ilha pendenti diversi ġimgħat u jgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif kien kompost il-Gozo Sports Board fl-aħħar tas-sena 2016? Jista' jgħid kemm kien hemm ħaddiema assenjati mal-Gozo Sports Board u x'kien ix-xogħol tagħhom fl-aħħar tas-sena 2016? Jista' jgħid kif ġie ngaġġat kull ħaddiem, f’liema skala qiegħed u x’inhu x-xogħol tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali tal-Gozo Sports Board għas-sena 2016 u din l-ispiża fuq xiex saret? Jista' jgħid f'kull każ l-ispiża saritx wara tender, ħruġ ta' quotations jew direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Jiena nfurmat li fl-aħħar tas-sena 2016 il-Gozo Sports Board kien kompost minn Chairman, Kap Eżekuttiv, Segretarju, Teżorier, Public Relations Officer u 23 membru bħala rappreżentanti tad-dixxiplini prattiċi. Fl-aħħar tal-istess sena n-numru ta’ ħaddiema marbuta mal-Gozo Sports Board kien ta’ 24, assenjati fuq funzjonijiet differenti. Ta’ min igħid li l-ħaddiema tal-Gozo Sports Board huma ingaġġati fuq bażi kuntrattwali. Min-naħa l-oħra dawk li huma fil-community work scheme ġew ingaġġati mill-Community Work Scheme Enterprise Foundation.
L-ispiża totali tal-Gozo Sports Board fl-2016 kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull spiża saret wara l-ġbir ta’ hand quotations.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29007, 25790 u 26088 li issa ilhom pendenti aktar minn sitt xhur, u jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ it-tender u liema kienu b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Fejn ix-xogħol ingħata b'tender, jista' jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 26259.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27507 u jgħid b' kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jghid għaliex it-tender MGOZ T 7/2016 - 'Tender for the design services of an integrated and multidisciplinary design team for the Gozo Museum' ġiet ikkanċellata fil-15 ta' Marzu 2017? Jista' jgħid kemm-il tender ingħata s’issa fuq ix-xogħol ta' dan il-mużew?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-tender MGOZ T 7/2016 ġiet ikkanċellata peress li l-offerenti ma kienux eliġibbli. Kien hemm min ma laħaqx il-kriterji mitluba jew min kellu l-prezz ta’ l-offerta ferm għola mill-istima tad-Direttorat. Id-Direttorat konċernat ser jgħaddi għal negotiated procedure mal-offerent li kien eliġibbli fil-parti teknika tad-design contest. Hekk id-Direttorat ikun f’pożizzjoni li joħrog it-tenders segwenti. S’issa ingħata t-tender tal-Cost Benefit Analysis.
Bdiewa Għawdxin – ġarr ta’ prodotti agrikoli lejn il-pitkalija ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm bdiewa Għawdxin qed jingħataw għajnuna biex iġorru l-prodotti agrikoli tagħhom lejn il-pitkalija f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li hemm 32 bidwi li qed jingħataw għajnuna biex iġorru l-prodotti agrikoli tagħhom lejn il-Pitkalija f’Malta. Din l-istatistika tgħodd għas-sena 2016.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali mhux regolati b’kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30496 li issa ilha pendenti diversi ġimgħat u jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u li x-xogħol tagħhom mhux regolat b’kuntratt, irċevew xi tip ta’ kumpens għas-servizz telefoniku permezz ta’ amenda fis-salarju rispettiv tagħhom jew permezz ta’ rimbors jew inkella permezz ta’ għotja ta’ top up mobile cards? Jista’ jgħid min kienu dawn l-uffiċjali kif ukoll jispeċifika r-raġuni u fiex kien jikkonsisti l-kumpens f’kull każ, inkluż l-ammont rispettiv u jagħti dan it-tagħrif minn Marzu 2013 sal-lum, maqsum sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex – rimborż għall-użu ta’ karozzi privati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30921 li issa ilha pendenti diversi ġimgħat u jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qegħdin jiġi rimborżati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Jista’ jgħid x’inhu l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw, kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew matul is-sena 2016 għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimborż f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għar-rapport li deher fil-media lokali fil-21 ta' Marzu 2017, fejn is-Segretarju Parlamentari għall-Isport kien rraportat li qal li fil-ġimgħat li ġejjin ser jibdew ix-xogħlijiet fuq il-pixxina fil-Kumpless Sportiv ta' Bormla b'investiment ta’ €6 miljun, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għall-pixxina f'Għawdex il-Gvern ipprovda biss l-art u ma ġew ivvutati l-ebda finanzi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li r-Request for Proposals kienet speċifika “Concession for the Design, Build, Maintain and Operate of the Natatorium Complex in Victoria, Gozo”. Il-Gvern ma kellux joħroġ flus għad-disinn, bini, manutenzjoni u operat tal-pixxina ġewwa Għawdex. Għal din ir-raġuni ma ġewx ivvutati l-ebda finanzi għal dan il-proġett.
Ministeru għal Għawdex — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31163 u ċjoè jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Għawdex — Ix-Xewkija - Triq ta' wara l-Heliport - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq triq ta' wara l-Heliport fix-Xewkija, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq kienu jagħmlu parti mill-proġett tas-second class water li għamlu il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Għawdex — Ir-Rabat - Triq Għajn Qattet - xogħljiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq Għajn Qattet fir-Rabat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex — Triq bejn ir-Rabat u s-Sannat - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq parti minn Triq Sannat bejn ir-Rabat u s-Sannat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Allegazzjoni ta’ serq ta’ laħam mill-biċċerija – investigazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31726 fejn il-Ministru qal li saret investigazzjoni interna dwar allegazzjoni ta’ serq ta’ laħam mill-biċċerija, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan il-każ ma kienx mgħoddi lill-Pulizija kif inhi l-prassi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ laħam li allegatament kien misruq kif ukoll minn min saret l-investigazzjoni interna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saru il-verifiki mar-raħħala irriżulta li ebda serq ma kien irrappurtat. Ġie stabbilit li d-diskrepanza għall-piż kienet dovuta għall-proċessi tat-tkessiħ u tal-ispulpjar. Barra minn hekk jidher li xħin intiżnu l-karkassi, il-piż tal-ganċijiet tal-azzar ma ġiex imnaqqas.
Ministeru għal Għawdex – Segretarjat Privat — karozzi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31725 fejn il-Ministru qal li s-Segretarjat Privat tiegħu qed jagħmel użu minn erba’ karozzi, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex il-Ministeru tiegħu mhux jimxi skont dak li jipprovdi d-dokument intitolat Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li ħareġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Marzu 2013? Jaf il-Ministru li dan id-dokument ma jippermettix l-użu ta’ aktar minn żewġ karozzi għall-uffiċjali fis-Segretarjat Privat ta’ Ministru?
Response (REFALO, ANTON)
Konvint li l-Onor. Interpellant jaf li l-karozza Mercedes (CQZ892) hija l-karozza li nuża jiena bħala Ministru fil qadi ta’ dmirijieti.
Il-Vetturi bin numri tar-reġistazzjoni KBJ586 u GVN989 huma għad-dispożizzjoni ta-istaff tas-segretarjat tiegħi, filwaqt li l vettura elektrika IBS906 tintuża biss fuq distanzi zgħar u hija mislufa lilna mill MTI biex nippromwovu karozzi li jiffunzjunaw b’ enerġija pulita.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema siti storiċi jew arkeoloġiċi f’Għawdex, huma protetti? Kemm ilhom hekk protetti? Liema siti oħra hu mistenni li jiġu dikjarati bħala protetti, matul din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.