Legislature:
Category:
Reset
Active:

Statistika tal-popolazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti statistika ta': a) il-popolazzjoni attwali; b) persuni li għandhom 18-il sena u fuqhom; c) persuni li għandhom 60 sena u fuqhom; u d) persuni li għandhom 75 sena u fuqhom għal dawn il-lokalitajiet separatament: Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Perit Richard England — Kuntratti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid mill-1992 sal-lum kemm kien hemm drabi li l-Perit Richard England ngħata xi kuntratt mill-gvern u xi ħlas ingħata f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Perit Richard England — Kuntratti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid mill-1992 sal-lum kemm kien hemm drabi li l-Perit Richard England ngħata xi kuntratt mill-gvern u xi ħlas ingħata f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz Ċivili — Impjegati 'il fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8200 fis-Seduta Numru 176. (Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM) (Seduta Numru: 178)

Dipartiment tat-taxxi interni — Ħlas ta' taxxa fuq wirt

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tgħix f'post li ġie għandha b'wirt fl-1992 tridx tħallas it-taxxa fuq il-wirt? Jekk fl-affermattiv, kemm għandha tħallas taxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward ta’ persuni li mietu fl-1992 sal-24 ta’ Novembru, 1992 il-proprjetà ta’ dik il-persuna li mietet inkluża dik il-proprjetà konsistenti fid-dar li fiha kien jirresjedi l-werriet hi soġġetta għat-taxxa taħt il-provvedimenti ta’ l-Att ta’ l-1973 dwar it-Taxxa tal-Mewt u Donazzjoni (Kap 239). Għar-rigward ta’ proprjetà immobbli nklu ża d-dar ta’ residenza tal-werriet ta’ xi persuna li mietet fil-25 ta’ Novembru, 1992 jew wara dik id-data, tali proprjetà tkun soġġetta għat-taxxa taħt l-Att ta’ l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap 364). F’kull waħda miż-żewġ liġijiet ċitati hemm kontemplati bosta rati diversi ta’ taxxa fuq tali proprjetà immobbli. (Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM) (Seduta Numru: 178)

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7735?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8200 fis-Seduta Numru 176. (Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM) (Seduta Numru: 178)

Awtorita' tax-Xandir — Trasferiment ta' Radio Calypso

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 6693 u 6883 li kienu ġew indirizzati lil Ministri oħrajn u li issa qed nindirizza lilu peress li l-Awtorita' tax-Xandir taqa' taħt id-dekasteru tiegħu u cioe' jista' jforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod ta' kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Awtorità tax-Xandir illi fl-14 ta’ Ġunju 2004, l-Awtorità rċeviet talba konġunta mingħand Radio Calypso Ltd u Radju Marija Ltd li Radio Calypso kienet se tinxtara minn Radju Marija Ltd. Wara li l-Awtorità rċeviet risposta għat-talba lil Radju Marija Ltd sabiex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-ġeneru ta’ l-istazzjon, jekk kienx se jkun hemm tibdil fl-iskeda ta’ l-istazzjon, il-post minn fejn se jxandar l-istazzjon, il-finanzjament ta’ l-istess stazzjon u dettalji oħra, l-Awtorità approvat din it-talba. Il-kriterji li fuqhom l-Awtorità tax-Xandir tiddetermina talbiet ta’ din in-natura jinsab imni żżel fl-artikolu 16(1) ta’ l-Att dwar ix-Xandir. (Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM) (Seduta Numru: 178)

Dwana — Kuntrabandu tad-diesel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt qabel ir-recess tas-sajf, jista' il-Prim Ministru jgħid xi żvuiluppi kien hemm dwar il-każ ta' l-allegat kuntrabandu tad-diesel u fiex waslu l-investigazzjonijiet tad-dwana flimkien mal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet dwar l-allegat kuntrabandu tad-diesel għadhom għaddejjin kemm minn naħa tal-Pulizija kif ukoll minn naħa tad-Dwana. (Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM) (Seduta Numru: 178)

Taxxi Interni — Income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' taxxa ta' income tax li nġabret mill-gvern u li hija definittivament dovuta bħala refund lit-taxpayers imma li l-gvern għadu ma rrifondiex - skond is-sena ta' stima li nġabret din it-taxxa? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' taxpayers intitolati għal dawn ir-refunds? Peress li bosta taxpayers qed jilmentaw li ilhom żmien twil jistennew dawn ir-refunds, jista' jagħti l-ammonti li ġew refunded kull xahar matul din is-sena u jindika meta beħsiebu jirrifondi dawn l-arretrati dovuti lill-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Tal-Qroqq — Iddisinjar ta' sptar ġdid

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ngħata l-kuntratt ta' iddisinjar ta' sptar ġdid f'Tal-Qroqq lil Norman & Dawburn Designers? Jista' jikkonferma illi l-ammont finanzjarju mitlub minn Norman & Dawburn ma kienx ikopri l-iddisinjar kollu li kellu bżonn l-isptar il-ġdid? Min kienu r-rappreżentanti ta' Norman & Dawburn f'Malta? Min aktar tefa' l-offerta ma' Norman & Dawburn u min kienu r-rappreżentanti tagħhom f'Malta? Għal kemm kienu jammontaw l-offerti li ntefgħu mit-tenderers kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li: 1. Il-kuntratt ta’ iddisinjar ta’ l-isptar il-ġdid f’Tal-Qroqq ingħata lil Norman & Dawbarn fid-9 ta’ Ġunju 1998. 2. L-ammont finanzjarju kien fuq l-iScope of Work li kien hemm meta sar il-kuntratt. 3. Ir-rappreżentanti ta’ Norman & Dawbarn kienu M/s Building and Design Consultants. 4. L-offerti kollha kienu skond kif indikat fit-tabella annessa.

Ħaddiema Għawdxin — Sussidju għan-nollijiet tal-vapur

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5274, 6171 u 7421, jista' il-Prim Ministru jgħid meta u jekk, se tingħata ż-żieda fuq is-sussidju lill-istudenti u ħaddiema Għawdxin minħabba ż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li wara li ġew mitluba dettalji mill-Ministeru tal-Finanzi, l-informazzjoni meħtieġa ġiet mgħoddija mill-Ministeru għal Għawdex lill-Ministeru tal-Finanzi. Dan il-Ministeru, għalhekk, issa qed jipproċessa dan is-suġġett, li mistenni jkun finalizzat u konkluż fiż-żmien qarib.

Freeport

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-dejn tal-Freeport li ammontanti għal aktar minn Lm105 miljun hux se jiġi assunt mill-gvern bħala dejn tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma huwiex il-każ li d-dejn tal-Freeport ġie assunt mill-Gvern bħala dejn tal-Gvern.

Servizz Ċivili — Impjegati 'l Fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 7735 u 8092 u cioe' jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom, li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi mas-Servizz Pubbliku hemm jaħdmu 88 persuna li għandhom aktar minn 61 sena. F’entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 7 persuni oħra li wkoll għandhom aktar minn 61 sena. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-persuni. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi nformazzjoni oħra dwar entitajiet li jaqgħu taħt ministeri oħra, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Servizz Ċivili — Użu ta' Vetturi mill-Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8094 u 7740 u cioe' jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern? Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal-karozzi tal-kiri għal multi li huma ħallsu għal karozzi li huma mikrija lill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura fis-seħħ fir-rigward ta’ multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għall-vetturi li huma wżati minn impjegati tal-Gvern, hi li dawn jitħallsu mill-uffiċjali in kwistjoni. F’każijiet fejn il-ħlas ikun diġà sar mill-Ministeru, l-uffiċjal nvolut jintalab jirrifondi l-ammont dovut. Ninsab infurmat li kull każ jiġi nvestigat mill-Ministeru kkonċernat u jista’ jkun li jirriżultaw xi ċirkostanzi eċċezzjonali li jistgħu b’xi mod jiġġustifikaw li l-kontravenzjoni titħallas minn fondi pubbliċi. Fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fil-Ministeru tal-Finanzi kien hemm totali ta’ 12-il każ fejn ġie awtorizzat ħlas ta’ multi/ċitazzjonijiet minn fondi pubbliċi. Għar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, fiż-żewġ Ministeri għad hemm erba’ claims pendenti magħmula minn sidien ta’ garages ta’ karozzi tal-kiri. Dawn għadhom qed jiġu vverifikati.

Uffiċini Mikrija lill-Gvern — Ħlas ta' Kera

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8090 u 7743 u cioe' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu? Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern? Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Servizz Pubbliku — Mobile Phones

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8091 u 7748 u cioe' jgħid kemm hu l-ammont ta' flus kull xahar li huma intitolati għalih l-impjegati tal-gvern għal użu tal-mobile phones? Kemm huma l-impjegati li qabżu dan l-ammont mill-2003 sa Settembru 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-impjegati f’Dipartimenti tal-Gvern li huma ntitolati għal mobile phone ma jistgħux jaqbżu s-somma ta’ Lm350 fis-sena ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali li jistgħu jkunu awtorizzati mis-Segretarju Permanenti responsabbli. Fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Interpellant, kien hemm ħames uffiċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u erba’ uffiċjali fil-Ministeru tal-Finanzi li qabżu dan l-ammont. F’kull każ jew kien hemm l-awtorizzazzjoni meħtieġa jew l-uffiċjal irrifonda l-flus ħlief għal każ wieħed li għadu pendenti minħabba diffikultajiet dwar il-kont

OPM — Persuni li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu dawk li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel fl-elezzjoni ta' Ġunju 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-proċess biex isir il-ħlas relattiv diġà nbeda. Dal-proċess m’għandux jieħu fit-tul.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7101 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-Awditur Ġenerali jew ir-rappreżentanti tiegħu kienux konsultati fit-transazzjonijiet li saru in konnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv.