Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6299 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni sal-lum daħlux impjegati fl-Isptar Zammit Clapp? Jekk fl-affermattiv, kemm daħlu? F'liema grad? Minn liema lokalita' huma u x'inhi l-I.D. Card tagħhom? Fl-istess żmien, kemm spiċċaw jew irriżenjaw impjegati fl-Isptar Zammit Clapp? F'liema grad kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-elezzjoni sal-lum 26 ta' April 1999 daħlu tlett (3) impjegati full-time. Grad Lokalita' I.D. Card No. --------------------------------------------- -------------------- Financial Controller Valletta 198066 (M) Nursing Manager Lija 476152 (M) Physiotherapist Sliema 120974 (M) _____________________________________________ ____________________ Mill-elezzjoni sal-lum 26 ta' April 1999 spiċċaw jew irrezenjaw sitt (6) impjegati full-time: Nursing Aide 1 Staff Nurse 3 Matron 1 Physiotherapist 1 u żewġ (2) impjegati part-time: Domestic/Cleaner 1 Pharmacist 1
Leg 9 PQ #6300 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1625?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 9 PQ #6301 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Klinika tad-Dijabete — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1626?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li attendew il-klinika għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998 kienu 1603. Kemm minn dawn kienu rġiel 788 Kemm minn dawn kienu nisa 815 Kemm kienu taħt it-tletin sena 69 Kemm kienu fuq is-sittin sena 699 Kienu kkonfermati fl-ewwel vista li għandhom id-Dijabete 1107 Kemm marru għall-OGTT 464 Kemm minn dawn ġew konfermati Dijabetiċi 195 Kemm minn dawn inbdew fuq l-Insulina 37 Kemm minn dawn inbdew fuq il-pilloli 151 Kemm minn dawn inbdew fuq id-dieta biss 565 Kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel vista li diġa kellhom kumplikazzjonijiet 40
Leg 9 PQ #6334 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi operata l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, peress li ilha tistenna tmien xhur u kulma tmur qed tmur għall-agħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mhix tbati minn kundizzjoni urġenti. Preżentement hemm 7 każi oħra bħalha qabilha fil-lista. Jekk ma jidħlux każijiet iżjed urġenti mill-każ tagħha, il-persuna se tiġi operata fi żmien mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #6398 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward clerks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-Isptar Monte Carmeli hemm: (a) Swali ta' l-irġiel u swali tan-nisa? (b) Kemm minn dawn is-swali għandhom ward clerks u liema huma? (c) Kemm hemm ward clerks li ma jaħdmux fil-wards u allura fejn u ma' min jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-isptar Monte Carmeli hemm: 1. Disa' swali ta' l-irġiel u ex-sala Nru. 10 (li tintuża għall-pazjenti li jintbagħtu mill-'Corradino Correctional Facilities'). 2. Tmien wards tan-nisa 3. Hemm HWH u YPU li huma għall-irġiel u n-nisa Hemm Ward Clerks: fis-Sala 5 ta' l-irġiel fis-Sala 5A tan-nisa fis-Sala 6 tan-nisa Hemm sitt Ward Clerks oħra li jaħdmu hekk: 1. Ward Clerk fis-sezzjoni tas-Salarju ma' l-uffiċċjal inkarigat. 2. Ward Clerk fis-sezzjoni tal-Medical Records mal-amministrazzjoni generali. 3. Ward Clerk fl-uffiċċju tas-Social Workers. 4. Ward Clerk li tgħin lin-nursing management biex tinżamm 'data' fuq l-istaff u l-pazjenti fis-swali, ġbir u tweġibiet ta' korrispondenza tan-Nursing Managers u xogħol konness ma' Learning Disability Training Unit. 5. Ward Clerk fl-ex-SNO's Office li tgħin biex jinzammu records ta' O.T., Staff situation, kif ukoll xogħol konness mal-Young People's Unit u d-Dipartiment tal-Persuni b'dizabilita'. 6. Ward Clerk oħra li tagħmel xogħol mal-Lay Administrator.
Leg 9 PQ #6399 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera fid-Dipartiment tas-Saħħa li għalqu l-61 sena u għadhom jagħtu s-servizz tagħhom? Kemm kien hemm infermiera li għalkemm għalqu 65 sena u kienu għadhom jaħdmu, twaqqfu ħesrem f'Jannar ta' l-1999? Jaħseb il-Ministru li bis-servizz u l-esperjenza ta' dawn l-infermiera kienu qed jgħinu biex isolvu l-problema tan-nuqqas ta' nurses fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nfermiera fid-Divizjoni tas-Saħħa li għalqu l-61 sena u għadhom jagħtu servizz huwa 15. Kien hemm tlettax (13) infermiera li kienu għalqu l-65 sena u li skond il-"policy" tad-Divizjoni twaqqfu mix-xogħol b'seħħ mill-1 ta' Frar, 1999. It-tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #6525 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Chiropracters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom liċenzja li jagħmlu xogħol ta' Chiropracters f'Malta? Ta' liema nazzjonalita' huma? Kemm minnhom għandhom permess li joperaw klinika? Jista' jgħid jekk il-klinika li ngħatat lil Chiropracter fil-Pixxina Nazzjonali hijiex bil-permess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' "Chiropractor" mhux registrabbli bħala professjoni u d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma joħroġ l-ebda licenżja għall-klinika biex isir dan ix-xogħol. L-Onor. Interpellant għandu jirreferi l-ewwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministru ta' l-Intern.
Leg 9 PQ #4337 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-mediċini bil-prezz tagħhom kif kien sa Settembru 1998 u kif inhu issa, Jannar 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #4730 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża tax-xogħol li sar dan l-aħħar fuq il-funtana li hemm fl-Isptar San Luqa eżattament quddiem il-bieb li minnu jidħlu l-viżitaturi? Jista' l-Ministru jgħid: (1) min għamel ix-xogħol; (2) min kien responsabbli mix-xogħol; u (3) lil min sar il-ħlas tax-xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ispiża tax-xogħol li sar dan l-aħħar fuq il-funtana li hemm fl-isptar San Luqa, eżattament quddiem il-bieb li minnu jidħlu l-viżitaturi laħqet is-somma ta' Lm344.54 Ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Isptar stess. Is-sezzjoni tal-'plumbing' tal-Isptar kienet responsabbli mix-xogħol. Il-ħlas sar hekk: Silvercraft Ltd Funtana Lm250 Bajada General Stores Żebgħa Lm15.05 AFS Ltd Materjal ta' plumbing Lm79.49
Leg 9 PQ #4731 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost huwa l-complement tas-securities mal-Health Department, kemm spiċċaw u kemm hemm min qiegħed jagħmilha ta' security bl-uniformi u fil-fatt għadhom m'humiex securities?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar in-numru ta' Security Guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa qegħdin isiru diskussjonijiet sabiex jiġi stabbilit in-numru meħtieġ skond il-workload. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika perjodu sabiex ikun jista' jinġabar in-numru ta' kemm Security Guards spiċċaw. Wieħed u erbgħin(41) persuna qed jagħmlu xogħol ta' sigurta' bl-uniformi, iżda fil-fatt għad ma humiex fil-grad ta' Security Guard.
Leg 9 PQ #5823 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Problemi tad-dahar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif jeżisti mir-rekords mediċi fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa li juru problemi tad-dahar fi tfal u adoloxxenti fl-eta' bejn is-7 snin u l-14-il sena? Jista' jagħti statistika dwar dawn il-problemi tad-dahar għas-snin 1997 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Ninfurmah ukoll li l-istudju tal-kawżi tal-mard tad-dahar huwa suġġett kumpless li ma jistax isir fi żmien qasir permezz ta' eżami retrospettiv ta' rekords mediċi eżistenti, imma jirrikjedi studju epidemjoloġiku 'ad hoc'.
Leg 9 PQ #6275 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm nefaq flus fuq mediċini relatati ma' l-asthma id-Dipartiment tas-Saħħa fl-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-valur ta' mediċini relatati ma l-asthma li d-Dipartiment tas-Saħħa xtara matul 1998 kien ta' Lm299,051.00
Leg 9 PQ #6290 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manpower plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li kien qed isir dwar il-manpower plan li kienet tlestiet għad-Dipartiment tas-Saħħa fil-bidu tas-sajf li għadda? Jekk saru xi emendi, x'kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa, baqa` jadotta l-istess Manpower Plan li kienet tlestiet fil-bidu tas-Sajf li għadda biż-żieda ta` xi postijiet meħtieġa li jirriflettu l-politika tal-Gvern presenti.
Leg 9 PQ #6291 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-infiq tas-segretarjat tiegħu mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? F'kull każ, jista' kull kont ikun itemised, inkluż minn fejn sar ix-xiri? Liema kienu direct orders? Fil-każi l-oħra ntalbu kwotazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6292 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pazjenti li jattendu s-Surgical out-patients u l-medical out-patients se jkollhom il-ħin eżatt ta' l-appuntament tagħhom skond dak li kien tlesta madwar sena ilu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-idea li pazjent jattendi fis-Surgical u l-Medical Out Patients fil-ħin eżatt tal-appuntament jiddependi fuq is-sistema tal-kompjuterazzjoni li qiegħda bħalissa miexja b'ritmu mgħaġġel fid-Dipartiment tal-Out Patients. Fil-fatt is-sistema giet introdotta għal każi ta' "follow up" f'dawn id-dipartimenti- Neurology Dr. J. Galea Debono Endocrine Dr. J. Azzopardi Diabetes Dr. A. Schranz u Dr. J. Azzopardi Radiotherapy Unit Dr. S. Brincat u Dr. V. Muscat Asthma Clinic Dr. S. Montefort u Dr. R. Ellul Micallef Pulmunary Function Lab Dr. Cacciattolo Paediatric Surgery Mr. Swain Orthoptics & Prosthesis Rheumatology Dr. C. Mallia Urology Mr. K. German ENT Dr. A. Griscti Soler u Mr. J. Pace Balzan Hu ppjanat li dalwaqt is-sistemi se jiġu estiżi għal new cases u ta' follow ups f'dipartimenti oħra.
Leg 9 PQ #6294 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq x'se tkun il-bed space area?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-'Bed Spacing Area' tvarja minn dipartiment għall-ieħor u ma nistgħux ngħatu figura waħda għall-Isptar kollu.
Leg 9 PQ #6295 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ċaqlieq uffiċjali u mhux uffiċjali li sar fid-Dipartiment tas-Saħħa jew mid-Dipartiment tas-Saħħa għal dipartimenti oħra jew minn dipartimenti oħra għad-Dipartiment tas-Saħħa mit-28 ta' Ottubru, 1998 sal-lum? F'kull każ, liema kienu l-każi li kien l-impjegat stess li talab it-transfer għall-post fejn intbagħat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mit-28 t'Ottubru 1998 sas-26 t'April 1999 kien hemm 266 trasferimenti fid-Divizjoni tas-Saħħa jew mid-Divizjoni tas-Saħħa għal Dipartimenti oħra jew minn Dipartimenti oħra għad-Divizjoni tas-Saħħa. Dawn jinkludu 21 mpjegat tad-Divizjoni tas-Saħħa li marru jaħdmu f'xi Segretarjat ta' Ministru (inkluz dak tas-Saħħa) jew ta' Segretarji Parlamentari. Mill-266 trasferiment kien hemm 164 impjegati li talbu li jiġu trasferiti huma stess.
Leg 9 PQ #6320 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-perjodu ta' żmien li jrid jistenna pazjent sabiex jiġi mogħti appuntament ma' fiżjoterapista (i) għall-ewwel darba; (ii) għal follow-up? Kemm hemm fiżjoterapisti jaħdmu mad-Dipartiment? Kemm-il out-patient ibbenefika minn dan is-servizz xahar b'xahar din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull pazjent li jiġi rreferut għall-fiżjoterapija, huwa klassifikat f'ordni ta` prijorita`, skond il-bżonnijiet tiegħu jew tagħha. Appuntament ta` pazjent ta` prijorita` jingħata fi zmien li jvarja bejn ġurnata u 10 (għaxart) ijiem. Appuntamenti ta` pazjenti li ma jkunux ta` prijorita`, ivarjaw bejn 3 u 6 ġimgħat. Dan jiddependi fuq in-numru ta` referals u n-numru ta` fiżjoterapisti li jaħdmu fis-servizz. Iż-żmien bejn l-ewwel appuntament mall-fiżjoterapista u appuntamenti oħrajn ivarja skond il-bżonnijiet tal-pazjenti individwali. Mas-servizz kollu, hemm 78 fiżjoterapista impjegati (21 huma casual). Minn dawn it-78, 59 biss qegħdin jaħdmu bħalissa. L-oħrajn qegħdin bil-maternity jew parental leave. L-'out patient' referals li kien hemm f'dawn l-aħħar tlett xhur kienu: Jannar : 532 Frar : 484 Marzu : 561
Leg 9 PQ #6321 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Extractors

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli jsiru extractors fl-area tal-pool fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Extractor fans waslu fid-29 ta` April 1999. L-ordni saret fit-18 ta` Jannar 1999. Ser jitwaħħlu mill-iktar fis possibbli.