Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Rapporti dwar impjiegi llegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu, sal-lum, rapporti fuq il-freephone imniedi mill-ETC sabiex jiġu rappurtati impjiegi llegali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Freephone ġie mniedi fl-14 ta' Lulju 2003. In-numru ta' rapporti li daħlu fuq din il-linja huwa hekk:- SENA 2003 SENA 2004 Lulju 84 Jannar 165 Awwissu 108 Frar 101 Settembru 102 Marzu 97 Ottubru 129 April 90 Novembru 101 Mejju 117 Diċembru 72 Ġunju 85 Total 596 Lulju 188 Total 843

ETC — Impjieg bla Permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? X'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu? Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Settembru 2004 kien hemm 1006 persuni li nqabdu jaħdmu bla ma kienu reġistrati ma' l-ETC. Minn dawn 48 kienu barranin. Informat ukoll li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx statistika dwar it-tip ta' xogħol li kienu qed jagħmlu.

MCST

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tiegħu għall-MCST? Jista' jgħid ukoll għal xiex huwa dovut id-dewmien fil-ħatra taċ-chairman ta' l-istess kunsill?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-fatt qed nitlob lill-Kabinett permezz ta' Memorandum gwida dwar ristrutturazzjoni tal-MCST bl-iskop li xjenza, teknoloġija, żvilupp u innovazzjoni jintisġu aħjar fil-politika u l-istrateġija tal-Gvern fid-diversi oqsma. Is-suġġett mistenni jiġi diskuss fi żmien qasir skond id-deċiżjoni li jieħu l-Gvern isegwu l-azzjonijiet meħtieġa.

Skola primarja Ġużeppi Agius — Bomb scare

Question

Jikkonferma l-Ministru li nhar it-Tlieta 19 ta' Ottubru 2004 fl-iskola primarja 'A' Ġużeppi Agius kien hemm xi bomb scare? Jekk iva, x'passi ttieħdu? Jista' jgħid jekk din kenitx l-ewwel darba jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fit-18 ta' Ottubru 2004 il-Puluzija irċeviet rapport li kien hemm bomba fl-iskola Primarja A ta' Raħal Ġdid. Meta jkun hemm rapporti bħal dawn hemm proċedura stabbilita' li kull skola għandha ssegwi u fil-fatt hekk sar. Il-pulizija u l-bomb disposal unit ta' l-Armata marru l-iskola u fittxew kullimkien iżda ma nstab xejn. Informat ukoll li din kienet l-ewwel darba li kien hemm rapport ta' bomba f'din l-iskola.

Skola San Franġisk t'Assisi

Question

Minħabba li kelli xi ilmenti dwar nuqqas ta' indafa fl-iskola San Franġisk t'Assisi, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx persuni biżżejjed sabiex jagħmlu x-xogħol ta' tindif meħtieġ f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola 'San Franġisk D'Assisi' żdied in-numru ta' purtinara u issa hemm full-complement.

Skejjel — Tiswija ta' Lifts

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7825 u cioe' jara li mill-aktar fis jissewwew il-lifts fl-iskejjel Lily of the Valley il-Mosta u Sir Temi Zammit l-Imtarfa minħabba li ċerti studenti qed ikollhom ifallu riżultat ta' diżabilita' temporanja li qed ibatu minnha?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-lift ta' l-iskola Lily of the Valley, il-Mosta, issewwa kemm il-darba u kull darba terġa tinqalalu l-ħsara. Għalhekk tlabt li jitħejja survey minn inġinier fuq il-magna ta' dan il-lift. Jekk jinstab li jkun aħjar li tinbidel il-magna, allura tinħareġ tender biex din tiġi mibdula. Informat ukoll li tħejja survey minn inġiniera fuq il-lift ta' l-iskola Sir Temi Żammit l-Imtarfa, li jikkonkludi li l-lift antik li hemm f'din l-iskola u ma jistax jissewwa, għaliex il-parts m'għadhomx fuq is-suq. Huwa fatt illi l-lift li hemm ma jissodisfax il-livelli ta' lifts moderni. Informat li l-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada qed tikkonsidra li toħroġ tender fil-futur qarib, biex jiżżarma dak il-lift antik u jiġi nstallat wieħed ġdid.

Naxxar — Skola Vincenzo Bugeja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8507 u cioe' jara li jittieħdu passi biex studenti li qed jattendu l-annex fin-Naxxar ta' l-iskola Vincenzo Borg Braret u li joqogħdu fl-area Tas-Sagħjter in-Naxxar jiġu provduti bi trasport minħabba li ta' spiss qed jiġi rifjutat trasport lilhom minħabba li l-private tkun imballata bl-istudenti, inkluż studenti bil-wieqfa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li issa r-rotta Knisja tas-Sagħjter / Greenwich Supermarket / Labour Avenue qed taħdem regolari.

Impjiegi — Azzjonijiet industrijali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati azzjonijiet industrijali din is-sena u fis-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Mpjieg jirriżulta li:- Sena Tilwim Industrijali li Azzjonijiet Industrijali ġew Reġistrati 2003 94 8 2004(sal-lum) 46 4

Drama Unit — Impjegat

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm jitħallas is-Sur Mario Azzopardi u x’inhu x-xogħol tiegħu fi ħdan id-drama unit, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Sur Mario Azzopardi huwa fi grad ta' Għalliem u huwa wkoll il-Kap tal-Mikelang Borġ Drama Centre (skola ta' filgħaxija) u jitħallas bir-rata ta' għalliem fl-evening classes, jiġifieri madwar Lm225 fix-xahar (approx. 45 hrs X Lm5).

Skejjel — Santa Venera

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’ġara nhar l-Erbgħa 13 ta’ Ottubru 2004 għall-ħabta ta’ nofs inhar fl-iskejjel Dun Vincenz Buġeja, Patri Manwel Gatt u Dun Xand Cortis ġewwa Santa Venera? X’kienet ir-raġuni li l-istudenti nħarġu barra mill-iskejjel imsemmija? Jista’ jgħid ukoll jekk wara li sar it-tiftix neċessarju nstabitx xi ħaġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm tgħeddida ta' bomba li wara li ttieħdu l-prekawzjonijet kollha u saru l-verifiki meħtieġa, irriżulta li ma kienx veru.

Skola Vincenzo Borg Brared — Naxxar - Dawl

Question

Jista’ il-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex id-dawl li ma jinxtgħelx fil-btieħi ta’ l-iskola Vincenzo Borg Brared fin-Naxxar, jiġi rranġat, minkejja li ilhom li rrapportaw dwar din is-sitwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-FTS ma għandha l-ebda talba għal dan ix-xogħol. Tlabt li l-ilment jiġi konsidrat.

MCAST — Stipendji

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min mill-istudenti ta’ l-MCAST jikkwalifika għall-i Smart Card ? Jista’ jgħid jekk l-istipendju li jieħdu huwiex l-istess bħal dak ta’ l-istudenti universitarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti kollha li qed jattendu korsijiet fl-MCAST fuq bażi full-time u li jikkwalifikaw skond l-Avviż Legali 169 tal-1999 huma intitolati għall-Għotja ta' Manteniment. Hemm differenza bejn l-għotja ta' manteniment li jieħdu l-istudenti fis-settur Post Sekondarju, inkluż l-MCAST, u dak li jieħdu l-istudenti ta' l-Universita'. L-Avviż Legali msemmi jagħti d-dettalji kollha.

Skema tat-TAS — Kundizzjonijiet ta' l-Istudenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet ta’ l-istudenti li qegħdin fl-iskema TAS, jew xi skema oħra simili li titħaddem bejn l-MCAST u l-ETC? Xi ħlas jieħdu dawn l-istudenti? Huma intitolati għall-iSmart Card?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kundizzjonijiet tal-iskemi ta' TAS (Technician Apprenticeship Scheme) u l-ESTS (Extended Skill Training Scheme) ġew stabbiliti b'Avviżi Legali numru 82 ta' l-1990 u 73 ta' l-1998. L-avviż Legali jagħti d-dettalji kollha. Rigward il-ħlas li dawn l-apprendisti jirċievu nagħmel referenza għal kontenut ta' l-Avviż Legali 108 u 109 ta' l-2003. L-Avviż Legali msemmi jagħti d-dettalji kollha. Informat li l-apprendisti huma intitolati għall-Smart Card fl-ewwel sena tal-kors tagħhom.

Soċjeta' Mużikali Astra — Festival Mediterranea

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna ngħatat mill-Ministeru s-soċjeta' mużikali Astra li organizzat il-festival Mediterranea din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru tiegħi mhux il-Ministeru responsabbli għall-politika dwar organizazzjonijiet kulturali.

Studenti Universitarji — Masters tar-Roads

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti fil-Masters tar-Roads mill-Universita' ta' Malta minn meta nbeda dan il-kors? Jista' jagħti l-ismijiet ta' dawn il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel studenti tal-Masters in Road Engineering spiċċaw il-kors din is-sena u ser jigradwaw dan ix-xahar. In-numru tagħhom ilaħħaq 13.

Impjiegi — Talbiet għall-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul is-sena 2003 u 2004 (s'issa): a) mis-servizz pubbliku; b) minn enti statutorji; c) minn enti u kumpanniji li l-gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-inqas nofs l-ishma tagħhom; u d) mis-settur privat? Jista' ukoll jindika d-dipartimenti, enti jew kumpanniji fil-każ ta': (a), (b) u (c) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2003 u 2004 (sa l-aħħar ta' Lulju) , it-talbiet li saru minn diversi setturi kienu hekk: Talbiet għall- Servizz Entitajiet Kumpaniji fejn il- Settur Totali impjiegi Pubbliku Statutorji Gvern għandu l- Privat akbar ishma 2003 50 613 433 6,196 7,292 2004(sa Lulju) 23 300 157 3,967 4,447

Tal-Karwija — Skola sekondarja - wirt storiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada qed tħares il-wirt storiku bħall-Imtalli u x-shelters fil-konfini ta’ l-Iskola Sekondarja tal-Karwija? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi ħsara fuq dawn is-siti storiċi, min kien responsabbli u kif se jkun imħares il-wirt kemm waqt ix-xogħol li hu għaddej mill-ħaddiema u xi pjan hemm sabiex jitħares fil-ġejjieni meta l-iskola tkun miftuħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-kustruzzjoni ta' l-iskola l-ġdida fil-Karwija qed tingħata l-ogħla konsiderazzjoni tal-wirt storiku taħt is-superviżjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Malti.

Tal-Karwija — Skola sekondarja - siti storiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid, wara li rappreżentanti tal-Gvern, li mexxew il-laqgħa konsultattiva fil-preżenza tal-Ministru u fil-preżenza tas-sindku tal-lokalita`, tennew u stqarrew fil-laqgħa konsultattiva mal-publiku illi l-FTS kellha tissalvagwardja s-siti storiċi u arkeoloġiċi fl-inħawi ta’ l-iskola tal-Karwija u tieħu ħsieb ir-rikostruzzjoni tat-toroq fil-konfini li jmissu ma’ l-iskola sabiex jingħata kontribut għall-ħsarat li ġarrbu t-toroq waqt il-kostruzzjoni ta’ l-iskola? Jekk hu hekk, x'qiegħed iżomm lill-FTS milli tirrestawra dawn is-siti qabel jiġġarrfu?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar il-wirt storiku nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 8087. Dwar it-toroq pubbliċi li jikkonfinaw is-sit ta' l-iskola l-ġdida ma jirriżultalix li din hi responsabbilita' ta' l-FTS jew li sar xi ħsarat f'dawn it-toroq.

Tal-Karwija — Skola sekondarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-bini ta’ l-iskola sekondarja hu msemmi bħala tal-Karwija meta l-Karwija tinsab ħdejn il-mitjar tal-Gudja? Jikkonsidra li meta wieħed isemmi l-Karwija jista’ jkun qiegħed jurta l-intelliġenza tar-residenti ta' Ħal Kirkop, kif ukoll fost l-oħrajn kittieba li għamlu r-riċerka fuq l-istorja tal-lokalita`?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-permess tal-MEPA numru PA 02470/00 inħareġ għal bini ta' skola fuq is-sit Triq San Raffaele Caruana, Kirkop. Ninsab informat ukoll li għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar l-isem ta' din l-iskola.