Jista' l-Ministru jgħid liema hi d-ditta tal-avukati Maltin li kienet ipproċessat ir-reġistrazzjoni tal-vapur Erika f'pajjiżna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-vapur ERIKA ġie reġistrat l-ewwel darba taħt il-bandiera Maltija f`Diċembru ta` l-1990 taħt l-isem ta` PRIME NOBLE.
F`Diċembru ta` l-1994, il-vapur għadda f`idejn il-kumpanija Tevere Shipping Co. Ltd. u l-isem inbidel għal dak ta` NOBLESS.
F`Lulju ta ERIKA.
Jista'l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar eżerċizzju ta' manutenzjoni fuq il-pont li hemm fil-bidu tat-telgħa ta' Triq Reġjonali, li mill-inħawi tiegħu f'Novembru li għadda waqa' ammont ta' ġebel waqt il-maltemp? Jista' jgħid x'inhi l-prassi f'dik li hi manutenzjoni ta' pontijiet u tunnels? Din issir fuq bażi regolari minn nies professjonali li jagħtu rapport bil-miktub tax-xogħol meħtieġ u tax-xogħol li jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sar xogħol ta' manutenzjoni fit-triq li tgħaddi minn fuq dan il-pont f'Mejju ta' l-1998.
Id-Dipartiment tat-Toroq xtara apparat biex bih ikun jista' jiġi assessjat l-istat ta' kostruzzjoni ta' pontijiet u ttieħdu passi wkoll f'diversi snin biex jinġabru 'records' tal-pontijiet fit-toroq Maltin. L-iskop hu li bil-mod il-mod tiġi stabbilita prassi ta' spezzjonijiet u manutenzjoni regolari ta' pontijiet.
Irrid ngħid illi fil-każ ta' meta waqgħet blata fit-triq ħdejn il-pont indikat mill-Onor. Interpellant, din ma waqgħetx mill-pont iżda mill-blat fil-ġemb tat-triq.
Jista' l-Ministru jara li Triq l-10 ta' Settembru, 1797 ġewwa Ħaż-Żabbar, li tinsab fejn il-mitħna u l-Mina ta' Hompesch, tiġi rranġata wara l-ħsara li saritilha minħabba l-maltemp?
Jista' jikkonsidra li din it-triq tinbena mill-ġdid minħabba li l-ilma jinġabar fit-triq għax m'hemmx mod kif dan ma jibqax hemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-tiswija tal-ħofor wara l-maltemp ta' dan l-aħħar qiegħda għaddejja. Din it-triq, 'l quddiem trid terġa tinbena skond kif muri fil-programm li ppreparaw l-esperti Ġermanizi għat-toroq arterjali u distributorji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi tul is-sena 1999 biex isiru reserved parking spaces f'Tas-Sliema, San Ġiljan u Swieqi?
Kemm ġew irrifjutati applikazzjonijiet fl-istess lokalitajiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li permessi għar-`reserved parking` għal persuni b`diżabilita` tul is-sena 1999 ġew approvati kif ġej:
Sliema - 30
San Ġiljan - 8
Swieqi - 1
Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mhux f`pożizzjoni li jgħid kemm ġew irrifjutati applikazzjonijiet għax il-`vetting` (mediku) isir mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b`Diżabilita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti li jikkonċernaw vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti dettalji?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar, madanakollu nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika x`tip ta` inċident qed jirreferi għalih.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull okkażjoni minn fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl-okkażjoni tal-Milied. Dan il-Gvern ma għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza. Jekk l-Onorevoli Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata nkun f`pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.
Peress li f'Nigret Road, Rabat quddiem il-knisja l-ġdida qed jinġema' ħafna ilma tax-xita li qed ikun ta' inkonvenjent għaċ-ċittadini li jattendu għal funzjoni tal-quddiesa f'din il-knisja, jista' l-Ministru jawtorizza li din il-parti tingħata t-tarmac mill-aktar fis u ċioe' fil-mument meta ftit metri 'l bogħod qed isiru xogħlijiet ta' tarmac fl-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jistħarreġ il-problema u hekk jiġi stabbilit x`inhu l-aħjar li jsir.
Ministeru tat-Trasport u Kommunikazzjoni — Kartolini
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (GALEA, ĊENSU)
Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jaħseb il-Ministru li l-Cargo Handling għandha toffri servizz anki nhar ta' Sibt biex il-cargo li jasal Malta qabel il-weekend ma jkollux jibqa' sat-Tnejn biex jiġi released bil-konsegwenza li jista' jiżdied ir-riskju tas-serq?
Għaliex sid ta' lanċa żgħira li hu Għawdxi u li l-lanċa tiegħu waslet Malta fuq vapur tal-Cargo il-Ġimgħa filgħaxija jew is-Sibt filgħodu kellu jerġa' jirritorna lejn Għawdex is-Sibt filgħodu u jerġa' jiġi t-Tnejn filgħodu sempliċement għax il-Cargo Handling kien magħluq is-Sibt filgħodu?
Jikkonsidra l-Ministru li dan is-servizz għandu jkun aktar customer oriented u jestendi s-servizzi tiegħu imqar għal nofs ta' nhar is-Sibt filgħodu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ħinijiet tax-xogħol tal-port huma regolati mill-`Ports (Hours of Business) Regulations, 1974`. Dawn ir-regolamenti jistabilixxu li l-mollijiet ikunu miftuħa għax-xogħol mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Madankollu l-Cargo Handling Co. Ltd. ikunu lesti li jirrilaxxaw merkanzija minn fuq mollijiet barra l-ħinijiet uffiċċjali, jekk l-importatur javża bil-quddiem lill-kumpanija dwar din il-ħtieġa u jekk ikun ipproċessa d-dokumenti meħtieġa kif stabbilit f`regolament 77 tar-Regolamenti tal-Portijiet, 1966.
Dwar il-każ imsemmi fil-mistoqsija jien infurmat li l-persuna konċernata marret il-port qabel ma kellha d-dokumenti neċċessarji għar-rilaxx ta` merkanzija.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq San Ġużepp (mill-bypass ta' Wied il-Għajn saż-Żejtun) tingħata surfacing sabiex tkun tista' tintuża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija tinsab fir-rapport tal-prijoritajiet ta` xogħol ippreparat mill-Konsulenti Ġermaniżi għat-toroq arterjali u distributorji, u r-`resurfacing` tagħha jrid jitwettaq skond dak il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm biex Triq ir-Redentur, f'Ħaż-Żabbar fejn il-barumbara tinfetaħ u b'hekk ma tibqax ta' perikolu kemm għas-sewwieqa tal-karozzi u speċjalment għall-pedestrians?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għal offerti għal dan ix-xogħol u t-tender qiegħda fil-proċess li tiġi aġġudikata sabiex ix-xogħol ikun jista` jinbeda.
Peress li xogħol li qed isir f'Lia Street, Żabbar, ħoloq problemi f'toroq oħra, l-iżjed peress li żied l-għargħar fi Triq l-Iskola, jista' l-Ministru jgħid: (i) meta se jkun lest ix-xogħol f'Lia Street; (ii) x'qed isir biex l-għargħar fi Triq l-Iskola, Qalb Imqaddsa, Santwarju (part ta' isfel) u Triq Wied il-Għajn, tittaffa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jistudja aktar il-problema ta` l-ilma f`dawn iż-żoni u flimkien mal-Kunsill Lokali wieħed jara x`l-aħjar li jsir.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru jew jagħti almenu xi indikazzjoni, dawn it-toroq arterjali jew li qatt ma raw wiċċ f'Ħaż-Żabbar: (i) Girdle Road (minn Labour Road sa Vjal Cottoner, Fgura); (ii) toroq li qatt ma raw surfacing, Triq Ġużeppi Micallef, Triq l-Għasel, Triq Nikola Cottoner, Misraħ Alofju Wignacourt u Triq Bieb is-Sultan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara diskussjonijiet li kien hemm mal-Kunsilli Lokali saru testijiet fil-`Girdle Road` biex jiġi stabbilit x`tip ta` xogħol hemm bżonn li jsir.
Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha w x-xogħol fil-Lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward meta u kif se jsir ix-xogħol fuq Żabbar Road (mit-Tip Top sal-Mina ta' Hompesch - Żabbar) ġewwa l-Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f`Zabbar Road ser isir taħt `Design and Build Contract`. Għalhekk peress li t-`tenders` li ntefgħu għal dan il-kuntratt għadhom fi stadju ta` aġġudikazzjoni, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tistax tingħata għalissa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq iċ-Ċawsli (bejn il-Mina ta' Hompesch u l-mitħna roundabout lejn it-triq taż-Żejtun) tegħreq ma' kull ħalba xita, u x'se jsir biex tissolva l-problema f'din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li problemi bħal dawk imsemmija mill-Onor. Interpellant qed jiġu mistħarġa mid-Dipartiment tat-Toroq biex ikunu jistgħu jsiru `culverts` li jlaħqu ma` l-ammont ta` ilma tax-xita li jinġabar f`dawn il-lokalitajiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12237 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq l-Għarnuq fil-Fgura ngħatat t-tarmak sa nofsha u mhux kollha (il-first phase)? Hemm ħsieb li titkompla u jekk iva, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-asfalt li kien sar fi Triq l-Għarnuq kien sar fil-parti tat-triq li kienet żviluppata.
Peress li l-iżvilupp tkompla, id-Dipartiment tat-Toroq bi ħsiebu jkompli ma` l-asfalt li kien sar.