Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5753 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — average length of stay

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei matul Settembru u Ottubru 2013 ġimgħa b’ġimgħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei għal Settembru u Ottubru 2013 jinsab bit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri jiġu kkalkulati kull xhar għal-in-patients u jeskludu d-Day Cases u n-Nursery Cots. Xhar 2013 Average Length of Stay (ġranet) Settembru 5.1 Ottubru 4.9
Leg 12 PQ #5754 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – bed occupancy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, f’Settembru u Ottubru 2013 ġimgħa b’ġimgħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei għal Settembru u Ottubru 2013 jinsab fit-tabella hawn taħt f’forma ta’ persentaġġ. Dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat kull xhar għas-sodod li jintużaw għal-in-patients u jeskludi dawk is-sodod użati esklusivament minn Day Cases u n-Nursery Cots. Xhar 2013 % Average Bed Occupancy for In-patient beds Settembru 85.9 Ottubru 87.1
Leg 12 PQ #6070 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

MRSA — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent kien irreġistrat li huwa infettat bl-MRSA f’dawn l-aħħar ħames snin u kemm ġew irreġistrati individwi bħala carriers tal-MRSA f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti lista għal kull sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mid-Department Infection Prevention and Control tal-Isptar Mater Dei, in-numru huma kif mniżżla fit-tabelli hawn taht: Fil-ħames snin bejn l-2008 u 2012 in-numru tal-pazjenti li ġew iżolati MRSA min kampjun kliniku bħal awrina, demm, materja, bili, etc (u li għalhekk jista’ jindika infezzjoni) kien kif ġej: 2008 2009 2010 2011 2012 561 605 603 788 727 Fl-istess żmien ġew rrapurtati dawn l-ammonti ta’ MRSA f’kampjuni t screening u li għalhekk jissuġġerixxu carrier status : 2008 2009 2010 2011 2012 155 141 235 352 387
Leg 12 PQ #6071 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Użu ta’ antibijotiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw antibijotiċi fil-komunità u kemm minnhom ġew użati fl-isptar f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti lista għal kull sena? Liema huma l-aktar antibijotiċi li jintużaw fil-komunità u liema minnhom intużaw fl-isptarijiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6072 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Kataretti – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-lista’ ta’ stennija biex jagħmlu l-operazzjoni tal-kataretti? Kemm-il operazzjoni tal-kataretti saret minn April lil hawn? Dan l-ammont kif jikkumpara mal-ammont tas-snin ta’ qabel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni miġbura permezz tas-Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei, jirriżulta li fil-11 ta’ Novembru 2013 kien hemm 3580 operazzjoni tal-katarretti fuq il-lista ta’ stennija. Mill-informazzjoni miġbura permezz tas- Surgical Operations Register, MDH , bejn April u Settembru 2013 saru 968 il-operazzjoni tal-katarretti fl-Isptar Mater Dei. In-numru li saru f’ Ottubru m’humiex ippreżentati hawnhekk peress li dawn għadhom qed jiġu vvalidati bħalissa u għalhekk m’humiex disponnibli waqt li dawk li saru f’Novembru għadhom qed jiġu miġbura. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li juru l-ammonti li jikkumparaw mall-ammonti tal-istess perijodu tas-snin ta’ qabel.
Leg 12 PQ #4784 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – rwol ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3906, jista’ l-Ministru jgħid, ladarba l-persuna, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mhux impjegat tal-Isptar Mater Dei, xi rwol għandu fl-istess Sptar? B’liema awtorità qed ikun preżenti fl-Out Patients tal-istess Sptar? Għax-xogħol li qed jagħmel qed jitħallas jew qed jaħdem b’mod volontarju? Dan il-persuna qed jinvolvi ruħu f’investigazzjonijiet mediċi fuq pazjenti jew qed jagħmel xogħol ta’ osservatur? F’isem min qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-peruna li hemm referenza għaliha, mhux impjegat tal-Isptar Mater Dei iżda għandu rwol ta’ għalliem.
Leg 12 PQ #5743 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
Leg 12 PQ #5744 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għax- xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5745 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Service — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Service għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Fondazzjoni għas-Servizz Mediku toħroġ il-management accounts tagħha kull kwart tas-sena u mhux kull xahar. Għaldaqstant għandek issib mehmuż il-management accounts għall-perjodu sal-aħħar ta' Settembru 2013.
Leg 12 PQ #5746 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità dwar il-Mediċini — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Awtorità dwar il-Mediċini għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mistoqsija dwar l-Awtorità dwar il-Mediċini għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5747 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement and Supplies Unit — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts ta’ tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
Leg 12 PQ #5748 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operat tal-POYC — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
Leg 12 PQ #6062 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Paediatrics — Operazzjonijiet ta’ preputioplasty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet magħrufa bħala preputioplasty / prepuce plasty f’Pediatrics f’dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5737 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-Emerġenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4173, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-attendenzi kollha li huma mmarkati ‘GP Referral’ u ‘Self-Referral’ kienu kategorizzati bħala priority 3 fil-perijodu inkwistjoni? Jista’ jgħid kemm minn dawn iż-żewġ kategoriji ddaħħlu l-isptar fl-istess perijodu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-attendenzi mmarkati taħt ‘GP Referrral’ u ‘Self-Referral’ flimkien ma liema kategorija ddaħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kemm minnhom iddaħħlu l-isptar jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5738 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

sistema myHealth — użu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika dettaljata, xahar b’xahar, dwar l-użu tas-sistema myHealth minn meta ġiet introdotta sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-istatistika dettaljata, xahar b’xahar, dwar l-użu tas-sistema myHealth minn meta ġiet introdotta fil-31 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013, hi kif tidher fit-tabella dettaljata li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5739 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Reġistru tat-tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tobba reġistrati f’Malta? Jista’ jgħid tinżammx statistika ta’ fejn dawn ikunu qed jipprattikaw? Jekk iva, jista’ jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 2126 tabib reġistrati mal-Kunsill Mediku. L-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżammx.
Leg 12 PQ #5740 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: a) Mediċini (f’kull forma u/jew doża); b) Prodotti farmaċewtici (f’kull forma u/jew doża); ċ) Apparat mediku; u d) Disposables jew consumables li huma out-of-stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)? X’inhi r-raġuni li huma out-of-stock, kemm ilhom out-of-stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5741 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2013? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5742 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-‘Management Accounts’ tal-Isptar Mater Dei qegħdin jiġu ffinaliżżati.
Leg 12 PQ #5876 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

kanċer tal-għonq tal-utru — każijiet

Question

Jista’’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’’ kanċer tal-għonq tal-utru kellna f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm-il vaċċin tal-HPV ingħata s’issa, liema tip ta’ vaċċin u kemm swiet s’issa din il-proċedura? Kemm-il persuna irrifjutat li tieħu dan il-vaċċin u x’perċentwal jiġi dan l-ammont mill-ammont totali li ngħata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li min informazzjoni miġbura għall-aħħar ħames snin (2007-2011), mir–Reġistru Nazzjonali tal Kanċer, kien hemm irrapurtati tnejn u sittin (62) każ ta’ kanċer tal-għonq ta’ l-utru. Dawn qegħdin maqsumin kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.