Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Ġurisdizzjoni Ċivili) fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-istess Qorti fl-aħħar ta' April 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati - Ġurisdizzjoni Ċivili għas-snin indikati fil-mistoqsija kienu dawn:
Sena
2005
2006
2007
2008
2009
2010
2011
2012
2013*
Numru ta’ Każi
1273
1120
1110
1126
1150
1219
1132
1067
1015
*sal-aħħar ta’ April 2013
Rigward il-Qorti tal-Maġistrati Għawdex, peress li din għanda funzjoni doppja kemm Superjuri kif ukol Inferjuri, l-informazzjoni mitluba tinqasam hekk:-
Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013, fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Superjuri, Sezzjoni Ġenerali. Dawn il-kawżi jinkludu ċitazzjonijiet u/jew rikorsi ġuramentati biss:-
Sal-aħħar tas-sena
Kawżi pendenti (esklużi dawk
sine die
)
2005
956
2006
943
2007
809
2008
679
2009
611
2010
528
2011
492
2012
476
30/04/2013
446
Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013, fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Superjuri, Sezzjoni Familja. Dawn il-kawżi jinkludu ċitazzjoinijiet u/jew rikorsi ġuramentati biss:-
Sal-aħħar tas-sena
Kawżi pendenti (esklużi dawk
sine die
)
2005
42
2006
49
2007
52
2008
60
2009
65
2010
51
2011
44
2012
41
30/04/2013
41
Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Inferjuri Ċivili:-
Sal-aħħar tas-sena
Kawżi pendenti (esklużi dawk
sine die
)
2005
185
2006
151
2007
110
2008
94
2009
93
2010
77
2011
70
2012
51
30/04/2013
49
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-abbozz ta' liġi li jirrigwarda l-Qorti f'Għawdex li kien ġie mħejji minn kumitat ta' dan il-Parlament wara mozzjoni approvata b' mod unanimu minn din il-Kamra hux se jitressaq għad-diskussjoni jew inkella hux se jitressaq xi abbozz ieħor li jittratta l-qrati f'Għawdex? Jekk mhux se jiġi adottat l-abbozz mħejji mill-kumitat ta' din il-Kamra x'inhi r-raġuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern waqqaf Kummissjoni għal Riforma Ħolsitika fil-Qasam tal-Ġustizzja (www.krhg.gov.mt) illi skont it-terminu ta’ referenza “J” għandha tifformula liġi dwar riforma fil-Qorti f’Għawdex. Jiena informat illi l-Kummissjoni studjat ix-xogħol tajjeb ħafna li sar diġà mill-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet li kien ippresedut mill-Onor. Franco Debono u effettivament taqbel mal-abbozz hekk imħejji.
Il-Gvern beħsiebu għalhekk jieħu jimxi fuq il-mudell li kien imħejji diġà mill-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Data
Għamla tal-karozza
Numru tal-karozza
Nefqa
14ta' Gunju 2012
Fiat Brava
EBD 437
€60.00
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jkun hemm intake ġdid ta' pulizija u ta' membri fil-Forzi Armati ta' Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
Pulizija:
Ir-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jsir meta l-eżiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu u wara li tkun ippublikata sejħa għall-applikazzjonijiet.
AFM:
Ġiet imħabbra dan l-aħħar fuq l-aħbarijiet li r-riżultati ta’ l-AFM se jkunu mħabbra dalwaqt. La darba dawn ikunu mħabbra, isir l-interview u medical test u minn hemm isiru suldati.
Ingaġġ ta' suldati ġodda — applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet pendenti għall-ingaġġ ta' suldati ġodda u jekk iva jgħid meta se jiġu ingaġġati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent qed isir proċess ta’ għażla sabiex jiġu reklutati suldati sabiex iservu fil-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt skema ‘B’ kif imħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern numru 18958 publikatha nhar l-24 t’Awissu 2012.
S’issa l-kandidati qagħdu għall-ewwel u t-tieni parti tal-proċess li kienu jikkonsistu fl-eżami ta’ effiċjenza fiżika u eżami bil-miktub. Hekk kif jiġu ppublikati r-riżultati tal-eżami bil-miktub il-kandidati li jkunu għaddew mit-tieni parti jiġu msejħa għall-intervista. Il-kandidati li jiġu minn ta’ quddiem wara dan l-istadju sussegwentament jiġu msejħa għall-eżami mediku. Ir-rekluti ġodda jiġu ngaġġati fi tmiem dan il-process.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Konsulent
Ħlas
Servizz Provdut
Direct Order
jew le
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali-
Correctional Services Department
Dr Elizabeth Borg
€1,172.31
FOI-Legal
OPM-Finance authority available
Dr Janice Abela
€3,519.19
Justice Unit-Legal
OPM-Finance authority available
Dr Rosanne Cortis
€3,519.19
Justice Unit-Legal
OPM-Finance authority available
Ms Sarah Gatt
€18,819
Justice Unit-Administration
OPM-Finance authority available
Dr Vanni Bruno
€43,896
Justice Unit-Website maintenance
OPM-Finance authority available
Ms Marilu Gatt
€29,268.72
Justice Unit-Website maintenance
OPM-Finance authority available
Ms Maria Rita Pace
€1,456
Legal Assistance
OPM-Finance authority available
Mr Manwel Galea
€2,975
Legal Assistance
OPM-Finance authority available
Mr Martin Scicluna
€16,305.64
Advisor- Illegal Immigration & Asylum
OPM-Finance authority available
John Baptist Galea
€8,778
Advisor on justice related matters
OPM-Finance authority available
AFM
Ing Michael Cassar
€6,069
Marine Engineer
Tender
Mr Thomas Briffa
€12,000
Aircraft worthiness standards officer
Tender
Awtorità tax-Xandir
Profs Ian Refalo
€5,823
Legal
Impjegat
part-time
sa mill-1990
Joe Francalanza
€6,996
Technical
Direct order
approvata fl-2012
Policy Department
Stefano Volpicelli
€24,600 for services rendered. Per diem totalling €6,000 for lodging expenses at €50 per working day. Re-imbursement of 7 Rome-Malta Return Economy class flights.€3000 to cover research related expenses
Training and mentoring of professionals working with potential victims of human trafficking; undertaking a study in relation to human trafficking in Malta; assistance in drafting of Standard Operating procedures (SOPs) for victim referral; assistance in formulation of 2013 National Action Plan; assistance with awareness raising campaigns and related reporting.
Ministry of Finance
Qrati tal-Ġustizzja
Eng. Joseph M. Muscat
€3,299.28
(€824.60 kull tlett xhur)
Engineering Consultancy Services
Direct Order
Raniolo & Associates Ltd
€28,424.90
Architectural and Engineering Professional Services
Direct Order
Mr Charles Azzopardi
€756.16 (€21 kull spezzjoni)
OHS Inspections & Reports (Execution stage)
Quotations
Mr Saviour Demanuele
€400
Radiation Protection Expert
Quotations
Dr Noel Bartolo LL.D.
€7,148.44 incl. VAT (€466 excl. VAT kull erba’ gimghat)
Legal Advisor Part- time
Direct Order
Dr Maria Camilleri LL.D.
€466 excl. VAT every four weeks (no invoices submitted)
Legal Advisor Part- time
Direct order
Arc Studio Ltd
€722.40 (€12.90 per hour)
Architectural Technical Assistance
Departmental Tender
Nil return:
· Land Registry
· Public Registry
· IDMO
· Passport and Civil Registration
· Central Visa Unit
· Notary to Government
· Refcom
· AWAS
· TCN
· Detention Services
· Defence
· PBS
· Ċentru tal-Medjazzjoni
· Qorti t’Ghawdex: Ma għamel l-ebda użu ta’ konsulenti jew kumpaniji ta’ konsulenti ,lokali jew barranin. Madankollu l-Avukat Dr Joseph Ellis għandu kuntratt indefinit biex joffri assistenza legali lir-Reġistratur, Qrati u Tribunali (Għawdex). Il-Kuntratt ta’ Dr Ellis kien sar ma’ dak li kien il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u kien sar b’effett mis-17 ta’ Lulju 2000. Huwa jitħallas bir-rata ta’ €232.92 fix-xahar.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — premises f'Ta' Kandja
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Pulizija għall-użu tal-premises li s'issa kien qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'Ta' Kandja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm tibdil fl-arranġamenti li kienu saru xi xhur ilu, sabiex it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija tkun trasferita mill-Mosta għal fejn illum hemm il-Kwartieri u t-Taqsima tal-Klieb tal-Protezzjoni Civili, ġewwa Ta’ Kandja, filwaqt li dawn ta’ l-aħħar imorru fejn illum hemm it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija fil-Mosta.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għall-inċentivi (family friendly measures) b'mod partikolari għan-nisa li jiffurmaw parti mill-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li riċentement inbeda eżerċizzju fil-Korp tal-Pulizija sabiex isir magħruf b’liema mod jistgħu jkunu mtejba l-inċentivi family friendly li diġa’ qiegħdin fis-seħħ fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern għaċ-Ċentru ta' Detenzjoni f'Ta' Kandja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Frar ta’ din is-sena, il-Korp tal-Pulizija kien ġie informat mill-Amministrazzjoni preċedenti li ċ-ċentru ta’ detenzjoni ġewwa Ta’ Kandja ma kienx se jibqa’ jintuża għal dak l-iskop u għalhekk dan il-bini kellu jiġi ntegrat bħala parti mill-Kumpless tal-Akkademja tal-Pulizija. Għaldaqstant qed ikun evalwat l-użu li jista’ jsir minn dan il-bini.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ġew ikkundanati l-ħabs fuq abbuż ta' minorenni, sena b'sena, mill-2003 'l hawn? Jista' jindika s-sentenzi mogħtija f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawk misjuba ħatja ddaħħal isimhom fir-reġistru ta' dawk misjuba ħatja ta' każijiet bħal dawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista mehmuża turi n-numru ta’ persuni li ġew ikkundannati priġunerija mill-Qrati Kriminali ta’ Malta fuq abbuż ta’minorenni sena b'sena, mill-2003 'l hawn. Il-lista ma tkoprix is-snin 2003 sa 2005 peress li dak iż-żmien tali informazzjoni ma kinitx tinżamm. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija fuq ir-reġistru, mill-20 ta’ Jannar 2012 sa issa hemm seba’ (7) persuni li ġew imdaħħla f’dan ir-reġistru.
Sena
Numru ta’ Persuni kkundannati Priġunerija
Kemm Weħlu
2006
6 persuni misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Tlett snin ħabs- 3 persuni
Għaxar snin ħabs- 2 persuni
Sitt snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
2007
5 persuni misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Sitt snin ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs- persuna waħda
Sentejn u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Tlett snin ħabs- persuna waħda
Sentejn ħabs- persuna waħda
2008
6 persuni misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Sentejn ħabs-żewġ persuni
Sentejn u ħames xhur ħabs- persuna waħda
Tlett snin ħabs persuna waħda
Ħmistax-il sena ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs- persuna waħda
2009
7 persuni misjuba ħatja u kkundannati prġunerija
Sentejn ħabs- żewġ persuni
Tlett snin u sitt xhur ħabs-persuna waħda
Erba’ snin ħabs- persuna waħda
Ħames snin u tlett xhur ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs- persuna waħda
2010
8 persuni misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Sena ħabs- persuna waħda
Erba’ snin ħabs –erba’ persuni
Ħames snin ħabs- persuna waħda
Ħames snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Tmien snin ħabs- persuna waħda
2011
Ħdax-il persuna misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Sentejn ħabs- persuna waħda
Tlett snin ħabs- tlett persuni
Tlett snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Erba’ snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Ħames snin ħabs- tlett persuni
Tmien snin ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs- persuna waħda
Sitta minn dawn ġew appellati u għadhom mhux deċiż
2012
Sitta u għoxrin persuna misjuba ħatja u kkundannati ħabs
Sena u sitt xhur ħabs- ħames persuni
Sena u erbgha xhur ħabs- persuna waħda
Sentejn ħabs- persuna waħda
Sentejn u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Tlett snin u sitt xhur ħabs-persuna waħda
Erba’ snin ħabs- sitt persuni
Ħames snin ħabs-żewġ persuni
Sitt snin ħabs-tlett persuni
Tmien snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Disa’ snin ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs-tlett persuni
Ħdax-il sena ħabs- persuna waħda
Tnax minn dawn ġew appellati għadhom mhux deċiżi
2013
Għaxar persuni misjuba ħatja u kkundannati ħabs
Sentejn ħabs- persuna waħda
Tlett snin ħabs- żewġ persuni
Erba’ snin ħabs- persuna waħda
Erba’ snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Ħames snin ħabs- persuna waħda
Ħames snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Sitt snin ħabs- żewġ persuni
Ħmistax-il sena ħabs- persuna waħda
Sitta’ minn dawn ġew appellati u għadhom mhux deċiżi
Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibilità li l-pjanti tar-Reġistru tal-Artijiet jibdew ikunu aċċessibli online għal dawk lil jkollhom bżonn jixtru minn dawn il-pjanti, bħalma huma aċċessibli l-pjanti tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-possibilità li l-pjanti jkunu aċċessibli online ġiet ikkunsidrata kemm-il darba fil-passat. Minħabba l-ħsieb li jiġi introdott l-Att Dwar ir-Reġistru Ċentrali u miegħu, sistema elettronika moderna sabiex dan l-Att ikun jista jiġi implimentat, ma nħassx li jkun prudenti u vijabbli finanzjarament li isiru modifiki maġġuri tas-sistema kompjuterizzata li preżentament tintuża fir-Reġistru tal-Artijiet. Madanakollu xejn ma jżomm l-amministrazzjoni preżenti milli tikkunsidra jekk hux il-każ li l-pjanti jkunu aċċessibbli online qabel ma tinbidel is-sistema komputerizzata eżistenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li matul ix-xhur tas-sajf meta l-popolazzjoni residenti fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, hu maħsub li taqbeż is-60,000 ruħ, ikun hemm biżżejjed preżenza tal-Pulizija biex tieħu ħsieb il-ħteġijiet tal-lokalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma sar fis-snin ta’ qabel, anke’ matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija se ssaħħaħ il-preżenza tagħha f’lokalitajiet turistiċi u ta’ villeġġatura, fosthom l-inħawi ta’ Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, billi torganizza ronda kemm permezz ta’ muturi tat-traffiku, kif ukoll permezz ta’ pulizija fuq il-bicycle flimkien ma’ dawk tal-klieb u kavallerija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija kenitx ikkonkludiet l-investigazzjoni dwar l-allegat każ ta' frodi dwar il-Pont Manwel Dimech li seħħ tliet snin ilu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Ministry for Home Affairs and National Security:
No.
I.D. no
Name and Surname
Designation
Salary Scale
Previous Employment
1
564178 (m)
Abdilla Rodnick
Ministry Co-Ordinator
7
Private Sector
2
382287(m)
Arnaud Alison
Secretariat Pool
13
Private Sector
3
323193(m)
Azzopardi Tony*
Secretariat Messenger
14
Unemployed
4
302571(m)
Bugeja Lucienne
Private Secretary
5
Private Sector
5
572159(m)
Camilleri Joseph
Secretariat Officer
10
Private Sector
6
531875(m)
Cutajar Clint
Customer Care Officer
6
Private Sector
7
470082(m)
Debono Christian
Secretariate Officer
10
Private Sector
8
51055(m)
Farrugia Emmanuel
Ministry Co-Ordinator
7
Private Sector
9
296269(m)
Fenech Victor
Secretariat Messenger
14
Self Employed
10
20847(m)
Fiorentino Ryan
Ass.Private Secretary
7
BOV
11
122284(m)
Galea Joseph
Personal driver/Security
14
Private Sector
12
266678(m)
Grech Antione
Secretariat Officer
10
Private Sector
13
320788(m)
Saguna Alan**
Secretariat Officer
10
Unemployed
14
338767(m)
Scerri Silvio
Chief of Staff
32
Self-Employed
15
224688(m)
Zammit Luana***
Secretariat Pool
13
Unemployed
16
217655(m)
Magro Paul
Personal driver/Security
14
Heavy Plant driver (M.R.R.A)
*Azzopardi Tony – ma kienx jirreġistra
**Saguna Alan – kien jirreġistra
***Zammit Luana – ma kinetx tirreġistra
Parliamentary Secretary Secretariat:
1
248184(m)
Bonello Shaun
Ministry Co-Ordinator
7
Fisheries Protection Officer (MRRA)
2
253652(m)
Cassar Paul*
Personal Driver/Security
14
Unemployed
3
379274(m)
Chetcuti Alan**
Personal Driver/Security
14
Unemployed
4
589563(m)
Portelli Georgina Dr
Secretariat Officer
10
University Student
5
3409909m)
Psaila Jonathan
Secretary Messenger
14
Storekeeper
6
224774(m)
Sciberras Rita
Private Secretary
5
Part-time clerk – Education Department
7
463370(m0
Vella Martin
Head of Secretariat
4
BOV
8
883553(m)
Vella Rosette***
Secretariat Pool
13
Unemployed
9
931861(m)
Zaffarese Henry
Secretariat Messenger
14
Private Sector
10
592262(m)
Zammit Mario
Personal driver/Security
14
Private Sector
*Cassar Paul –
Was on unemployment benefit. Switched to medical benefit due to genuine ill-health resulting from unavailability of proper and decent work commensurate with the position he held at former place of work before being made redundant at the age of 50+.
**Chetcuti Alan – kien jirreġistra.
***Vella Rosette – ma kinetx tirreġistra.
PBS — Bord Editorjali - esperjenza fil-qasam tax-xandir
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'esperjenza għandu fil-qasam tax-xandir kull wieħed mill-membri maħtura minnu fuq il-Bord Editorjali tal-Public Broadcasting Services (PBS)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill- Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 618.
Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi a termini tal-artiklu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tul is-sena 2012 u l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2012 u matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2013 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A, u l-ammont ta’ ittri uffiċjali ai termini tal-istess artikolu li ġew reżi eżekuttivi huwa s-segwenti:
Preżentati
2012
Prim Awla tal-Qorti Ċivili-
285
Qorti tal-Maġistrati
3024
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
130
Preżentati
2013
Prim Awla tal-Qorti Ċivili
93
Qorti tal-Maġistrati
754
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
39
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Inħeġġeġ lill-Onor. Interpellant jara ftit ir-risposta li kienet ingħatat għall-mistoqsija preċedenti 335 li kienet fuq l-istess suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi indirizzata l-problema eżistenti f'Għawdex li residenti barranin f-Għawdex ma jistgħux jinqdew fl-Uffiċċju tal-ID Cards f''Għawdex imma jkollhom joqgħodu jmorru Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-possibilità li residenti barranin f’Għawdex ikunu jistgħu japplikaw għad-dokument ta’ residenza f’Għawdex stess, għadha qed tiġi eżaminata.