Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tat-Telecare

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn anzjani reġistrati u abbonati mas-servizz Telecare u Telecare Plus? Kemm-il sejħa għall-għajnuna kien hemm fuq dan is-servizz dawn l-aħħar tliet snin, inkluż Telecare Plus imniedi s-sena li għaddiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ abbonati tat-Telecare bħalissa huwa ta’ 8745 waqt li l-għadd ta’ abbonati tat-Telecareplus jammontaw għal 163. L-uffiċċju tat-Telecareplus ma jżommx statistika ta’ min iċempel u għal-liema raġuni qed iċempel.

Home Help – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema bl-applikazzjoni għall-home help?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ mhux eliġibbli għas-servizz tal-HomeHelp. Dan ġie deċiż fil- bord tal-HomeHelp unaninament fid-dawl ta’ parametri cari kif jinghata s-servizz.

Problema dwar bolol – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li titmexxa l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq bolol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Ħruġ tar-relief – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna li joħroġ ir-relief?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu applikat għal għajnuna soċjali f’isimha fil 21 ta’ Jannar 2014 u l-każ tagħha qiegħed jinħadem.

Specialised fostering benefit

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1230, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ familji jew individwi li jibbenefikaw mill-ispecialised fostering benefit? Kemm qegħdin jitħallsu fis-sena dawn il-familji? Kemm minn dawn it-tfal li qed jieħdu ħsiebhom dawn il-familji huma taħt care order?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 27 individwi li qed jibbenifikaw mill- ispecialised fostering benefit. Dawn il-familji b’kollox qed jithallsu total ta` €154,060 fi ispecialised fostering benefit meta teskludi l-pagament tac-child in care benefit li jammonta ghal total ta` € 98,280 fis-sena (€70 fil-gimgha kull minuri). 18-il tifel u tifla mis-27 hawn fuq imsemmija huma protetti b’Ordni tal-Ħarsien.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk żiditx iktar konsulenti (inkluż persons of trust), oltre dawk illi semmiet fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 349, li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid x’terms of reference għandhom il-konsulenti (u persons of trust) kollha għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 5380 u 6897.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 5380 u 6897.

strateġija kontra l-faqar — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm intefqu flus s’issa fuq l-istrateġija kontra l-faqar inkluż il-ħlas ta’ konsulenti, loġistika għall-attivitajiet, ħlas lill-orkestri u nfiq ieħor? Tista’ tagħti breakdown tan-nefqa kif saret?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-informazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Dettalji € Riklami 15,589.04 Bands 0 Logistika 10,981.39 Moderatur 345.00 Materjal Promozzjonali 6,243.69 Total 33,159.12

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tagħha bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċju tal-Qagħad – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6598, fejn il-Ministru wieġbet li l-individwu msemmi qiegħed jaħdem u allura mhux intitolat li jirċievi l-benefiċċju tal-qagħad, nixtieq ninforma l-Ministru li l-aħħar ġurnata tax-xogħol ta’ din il-persuna kienet fit-12 ta’ Lulju 2013 u bdiet tirreġistra fid-19 ta’ Lulju 2013 u l-irċevuta tar-reġistrar qed tintbagħat separatament. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti tista’ l-Ministru tara għalfejn din il-persuna mhux qed tieħu l-benefiċċju tal-qagħad?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija għadu m’għalaqx il-ktieb tax-xogħol mal-ETC Huwa qiegħed jirreġistra fuq it-tieni parti tar-reġistru minħabba dan u għalhekk benefiċċju ma joħroġx. Meta ikun qed jirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru irid javża l-uffiċċju distrettwali tas-Sigurtà Soċjali u jinfurmawh rigward benefiċċji.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – ftehim

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li jirregola l-Public-Social Partnerships li se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim li jirregolaw is-sħubijiet soċjali pubbliċi qed jiġu żviluppati fuq il-bażi ta’ analiżi ta' mudelli addottati minn pajjiżi / reġjuni oħra kif ukoll ta’ ftehim iffirmati fil-passat ma' istituzzjonijiet differenti tat-tielet settur.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – għajnuna kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif u b’liema mod iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja se jkunu qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — għajnuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jiġu indirizzati persuni li sal-lum għadhom mhux jiġu indirizzati permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja, fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tan-netwerks u s-sħubijiet pubbliċi-soċjali l-involviment u l -kopertura tal-gruppi fil-mira se tkun aktar komprensiva. Barra minn hekk l-emanċipazzjoni u l-involviment tal-komunità nnifisha tippermetti li tilħaq każijiet "moħbija" u l-familji li ma kienux milħuqa. B'dan il-mod in-numru ta 'servizzi se jkun massimizzat u b’riżultat ta’ dan anke in-numru ta’persuni se jiġi massimizzat.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — pjanijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jinħarġu persuni mill-faxxa ta’ riskju ta’ faqar permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Sa meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kompromess assunt minn Malta fil-PNR ( Programm Nazzjonali tar-Riforma) u fil-miri għall-2020 (preżunt matul il-Gvern preċedenti) kien li jneħħi 6560 nies mill-faqar sa, l-2020. Din hija l-mira li aħna writna u li se nagħmlu l-isforzi kollha sabiex din il-mira tintlaħaq.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — pjanijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jinħarġu persuni mill-faxxa ta’ faqar permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Sa meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6998.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif u b’liema mod iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja se jkunu qed jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interellant li ċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-familja se jipprovdu servizzi li jħeġġu ħajja pożittiva, b'saħħita, u ta' suċċess fil-ħajja aktar tard. Is-servizzi offruti għandhom ivarjaw minn opportunitajiet ta’ tagħlim, attivitajiet interġenerazzjonali u avvenimenti rikreattivi. B'dan il-mod, iċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja se jaġixxu bħala katalisti għal-ilħuq tal-miri ta’ diversi rakkomandazzjonijiet. Dan qiegħed isir sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ parteċipazzjoni attiva u b’saħħitha fis-soċjetà kif inerenti fil-Politika Strateġika Nazzjonali għax-Xjuħija Attiva.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex jitwettqu minn fondi Ewropej?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija Parlamentari għandha tingħata mill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija Appoġġ – Foster care

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1634, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-istandards relatati mal-proċess ta’ leaving care u after care humiex qed jiġu approvati u osservati bħal l-istandards l-oħra tal-foster care?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — top Management Positions

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Tista’ tipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispecifika għal-liema management positions qed jagħmel referenza għalihom.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Laqgħat ma’ Ambaxxaturi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqgħet tul is-sena li għaddiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Ambaxxaturi E.T. Gina Abercrombie-Winstanley – Istati Uniti E.T. Felipe de la Morena Casado - Spanja E.T. Robbert J. Gabriëlse - Olanda E.T. Klaus Peter Brandes- Ġermanja E.T. Jim Hennessy - Irlanda E.T. Boris Yu Marchuk- Russja E.T. Bjorn Trygve Grydeland- Norveġja E.T Petra Maria Schneebauer- Awstrija E.T Magda Safwat Abdel-Hamad Baraka- Eġittu E.T Michel Vandepoorter – Franza E.T Giovanni Umberto de Vito - Italia E.T Rita Dulci Rahman - Olanda E.T Jubran D. Taweel - Palestina E.T Robert Luke- Kummissarju Għoli tar-Renju Unit E.T Jane Lambert- Kummissarju Għoli tal-Awstralia E.T Mgr. Aldo Cavalli – Italia E.T Souad Gueblaoui- Tuneżija