Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-pożizzjoni ta’ Malta dwar il-proposta ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew?
Response (BONNICI, OWEN)
Fir-rigward tal-proposta dwar it-twaqqif ta` Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta qiegħda dejjem tiżviluppa skont id-diskussjonijiet li ilhom isiru għal ħafna snin. Malta tappoġġja t-twaqqif ta’ dan l-Uffiċju u ssostni li għandu jiġi stabbilit abbażi tal-format kolleġjali. Malta ssostni ukoll illi l-prinċipju tas-sussidjarjeta` għandu jibqa` jiħi onorat u li l-proposta għandha ukoll tkompli tieħu in konsiderazzjoni l-pożizzjonijiet kostituzzjonali u partikolari tal-Istati Membri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiswa ġuri bħala medja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena saru erba’ ġurijiet bi spiża totali ta’ €163,798. Dan ifisser spiża medja ta’ kull ġurnata hija ta’ €2,776.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jaħdmu ġudikanti, f’liema awli u f’liema ġranet?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti ta’ Malta
Ġudikanti tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti tal-Appell jżommu s-seduti nhar ta’ Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa. Dawn is-seduti jsiru fl-Awla 20.
Il-Ġudikanti tal-Qorti tal-Appell Kriminali jżommu s-seduti nhar ta’ Ġimgħa wara nofsinhar fl-Awla 20.
Il-Ġudikanti li joqgħodu fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili jżommu s-seduti tagħhom mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-Awli bin-numri 13, 15, 16, 17, 18, 19, u 21.
Is-seduti tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) jinżammu fl-Awli 23 u 24 fil-binja tal-Qorti tal-Familja minn nhar ta’ Tlieta sal-Ġimgħa.
Il-Ġudikanti tal-Qorti Kriminali jużaw l-Awli Nri 14, 20 u 22 u jżommu s-seduti tagħhom mit-Tnejn sal-Ħamis
Il-Ġudikanti li jippresjedu l-Qorti tal-Maġistrati fil-kompetenza ċivili tagħha jżommu s-seduti tagħhom fl-Awli bin-numru 2, 3, 4, u 6 mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Uħud minn dawn il-ġudikanti jippresjedu wkoll tribunali oħra bħat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il Bord dwar l-Arbitraġġ tal-Artijiet, il-Bord li Jirregola l-Kera, u l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’.
Fil-waqt li l-Ġudikanti li jippresjedu l-Qorti tal-Maġistrati fil-kompetenza kriminali tagħha jżommu s-seduti mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-Awli 1, 5, 7, 8, 9, 10, 11 u 12.
Fil-bini tal-qorti f’Malta jinżammu diversi seduti oħra speċjalment wara nofsinhar bħal ma huma dawk tat-Tribunal tat-Talbiet Zgħar, tat-Tribunal Industrijali u oħrajn
Apparti l-ġranet hawn fuq indikati, il-Ġudikanti jappuntaw seduti fi ġranet oħra, meta il-bżonn hekk jitlob.
Fil-Qorti ta’ Għawdex
Rigward kawżi ċivili, hawn żewġ ġudikanti li jaħdmu ġimgħa iva u ġimgħa le kull wieħed/waħda minnhom mit-Tlieta sal-Ġimgħa. Dawn normalment jinstemgħu fl-Awla B. Rigward kawżi kriminali, dawn jinstemgħu madwar darbtejn fil-ġimgħa fl-Awla A.
L-Appelli Ċivili Inferjuri jinstemgħu darba kull tliet xhur. Dawn normalment jinstemgħu fl-Awla A. L-Appelli Ċivili Superjuri jinstemgħu fil-Qrati f’Malta.
L-Appelli Kriminali Inferjuri meta jinżammu fil-Gżira t’Għawdex jinstemgħu madwar darba f’xahar fl-Awla A tal-Qorti t’Ghawdex.
Apparti l-ġranet hawn fuq indikati, il-Ġudikanti jappuntaw seduti fi ġranet oħra, meta il-bżonn hekk jitlob.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar il-LESA u l-operat tagħha, mit-twaqqif tagħha sallum?
Response (BONNICI, OWEN)
Irrid ngħid illi l-qasam tal-inforzar lokali huwa wieħed mill-iktar oqsma li l-poplu xtaq bidla għall-aħjar fih.
Il-poplu xtaqt bidla għall-aħjar fih għaliex f’għajnejn ħafna nies, il-qasam tal-inforzar lokali spiċċa f’xejn iktar minn taxxa fejn b’mod sproporzjonat u iebes iżżejjed il-gwardjani lokali joħorġu kemm jistgħu ċitazzjonijiet bil-għan li jagħmlu s-sistema profitabbli.
Il-Gvern wiegħed li jagħmel riforma fis-settur u hekk qed jagħmel.
Dehrilna li l-mankanza l-iktar kbira fis-sistema tal-inforzar lokali kienet li waqt li l-operatur kien fdat kompletament f’idejn il-privat – li m’hijiex xi ħaġa ħażina fiha nnifisha – l-operatur ma kellux regolatur awtonomu u ċentrali ta’ ċertu portata li jirregola l-ħidma fiha nfisha. Taħt amministrazzjoni preċedenti, dan ir-rwol regolatorju kienu jagħmluh l-hekk imsejħa “Authorised Officers” – wieħed għal kull regjun - illi kienu kuntratturi privati li tas-servizz tagħhom kienu jitħallsu cifri li jesorbitaw id-dħul tal-għola karigi Kostituzzjonali f’pajjiżna.
S’intendi sistema bħal din kienet tagħti lok għal nuqqas ta’ uniformita’ fl-infurzar u r-regolamentazzjoni, mingħajr checks and balances li jirregolaw l-operat tar-regolatur.
Kien għalhekk illi l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jwaqqaf Aġenzija ċentrali għar-regolamentazzjoni tal-Infurzar Lokali bis-saħħa tal-Aġenzija LESA (Local Enforcement System Agency).
Formalment l-LESA twaqqfet f’Mejju iżda assumiet ir-rwol regolatorju b’effett mill-1 ta’ Ottubru, 2015. Hawn irrid nirringrazzja kemm lir-Regjuni ta’ pajjizna u kemm il-Kunsilli Lokali li bil-maġġoranza assoluta tagħhom offrew pariri siewja sabiex il-perjodu transitorju jkun kemm jista’ jkun bla skossi.
U fil-fatt hekk ġara. Meta fl-1 ta’ Ottubru, 2015 il-LESA assumiet ir-rwol regolatorju dan sar mingħajr problemi kbar, f’dik li tista’ tissejjaħ a seamless transition.
Kontinwalment saru laqgħat mal-gwardjani lokali nfsuhom sabiex lilhom jiġi spjegat kemm x’inhu l-irwol tar-Regolatur kif ukoll kif ser jogħla il-livell tas-servizz tal-gwardjani sabiex jiġi assigurat servizz b’iktar għaqal u sodisfazzjon lejn iċ-ċittadin. Fl-istess waqt il-LESA rat li żżomm linja ta’ komunikazzjoni miftuħa mar-Reġjuni u l-Kunsilli li għandhom jirrikorru ħafna ċittadini fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ infurzar lokali.
Irrid ngħid li jekk hemm ħaġa po¿ittiva li ntirtet minn żmien amministrazzjoni preċedenti hija s-sistema ta’ Tribunali Lokali li jiġu mmexxija b’mod awtonomu mir-Reġjuni. Bħala Gvern nemmnu ħafna f’dan l-iżvilupp li rnexxa u l-LESA għenet biex jissaħħaħ l-operat ta’ dawn it-Tribunali.
Il-LESA fetħet ukoll linja ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku fejn twaqqfu ‘helpline’ u customer care unit għal min ikollu bżonn xi direzzjoni.
Il-LESA, bi ftehim mal-operatur fuq mudelli li ġieli ntużaw minn amministrazzjoni preċedenti, waqqfet ukoll unit ta’ ħames (5) Regional Enforcement Officers li huma impjegati mal-Operatur i¿da jirrispondu lil-LESA sabiex dawn jaħdmu iktar qrib tar-Reġjuni u b’hekk jintlaħaq iktar xogħol mingħajr dewmien żejjed. Dan l-arranġament hu wieħed temporanju u kien immirat li jara li ma jkunx hemm skossi fil-perjodu ta’ transizzjoni. Fix-xhur li ġejjin se jkun hemm ingaġġ ta’ Regional Enforcement Officers full time, impjegati mal-LESA, permezz ta’ sejħa miftuħa.
Il-LESA, permezz ta’ laqgħat mal-gwardjani assistiet lill-forzi ta’ l-Ordni f’funzjonijiet sekondarji waqt avvenimenti mtella’ mill-Gvern, bħac-CHOGM, in-Notte Bianca, il-Valletta Summit, l-iMdina Grand Prix u l-Malta Marathon u kif ukoll għenet lit-taqsima tal ALE tal-Pulizija li lkoll taw riżultat pożittiv u nkoraġġanti.
Il-LESA qed tara li jsir infurżar f’oqsma ambjentali. Is-sistema tal-Infurzar ambjentali ser jiġi ristrutturat mill-ġdid b’konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali individwali peress illi kien hemm imaniġġjar ta’ operat ħażin u ħela ta’ riżorsi mingħajr ebda pjan strateġiku.
Preżentament il-LESA tinsab ukoll fl–istadju li tagħmel revamp tal-immaġini tal-gwardjan lokali sabiex nagħtu nifs ġdid lil din il-karriera li sfortunatment ma baqgħetx tattira nies li jridu jaħdmu fiha. Diġa’ tħabbar li se jitbiddel l-isem tal–Gwardjan Lokali għal dak ta’ Uffiċċjal tal- Kommunita’ u kif ukoll ser tinbidel l-uniformi tal–Gwardjan. Il-feedback li kellna kien pożittiv ħafna u l-għan hu li ċ-ċittadin ikabbar l-istima tiegħu lejn dan l-uffiċċjal pubbliku.
It-triq hi t-twila u x-xogħol li jrid isir huwa kbir ukoll. Biss, konvint li b’rieda tajba anke f’dan is-settur il-Gvern ikun jista’ jżomm kelmtu u jagħti lill-poplu r-riforma li xtaq.
Skont l-istudji li wettqet l-Awtorità tax-Xandir, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-mezz ta’ komunikazzjoni l-aktar segwiti f’pajjiżna u f’liema age bracket jew background akkademiku? Kif jikkomparaw dawn ir-riżultati ma’ studji oħra f’pajjiżi Ewropej?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba giet mfassla mill-PBS b’konsultazzjoni mal-Awtorita’ tax-Xandir, peress li l-istħarriġ tal-udjenzi jsir mill-Awtorita tax-Xandir.
L-istudji li twettaq l-Awtorità tax-Xandir ma jikkonsidrawx mezzi ta’ komunikazzjoni imma jikkonsidraw biss liema stazzjon tar-radju u televiżjoni huma l-aktar segwiti lokalment; u x’tip ta’ programmi huma ppreferuti mill-konsumatur Malti. Dan għaliex il-konsumatur Malti għandu diversi mezzi biex jara l-istess xandira.
Mill-istudji tal-Awtorità tax-Xandir jirri¿ulta li f’Ottubru 2015 ftit inqas minn 50% [49.3%] tal-popolazzjoni ssegwi stazzjon tar-radju waqt li fl-istess perjodu 62.2% tal-popolazzjoni issegwi stazzjon tat-televi¿joni.
L-aktar li jsegwu stazzjonijiet tar-radju huma dawk ta’ l-età bejn il-21 u it-30 sena [55.16%] segwiti minn dawk ta’ bejn il-31 u l-50 sena [52.17%].
It-televizjoni huwa l-aktar segwit minn dawk il-fuq minn 71 sena, segwiti minn dawk ta’ bejn il-51 u s-70 sena [74.67%], u dawk bejn il-31 u l-50 sena [57.30%].
Bħala ammonti ta’ konsumaturi, l-akbar grupp ta’ nies li tisma’ r-radju huma dawk ta’ bejn il-31 u l-50 sena [59,800] waqt li l-akbar grupp ta’ nies li jara’ t-televi¿joni huma dawk bejn il-51 u s-70 sena [82,600]
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istudji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skema għall-kunsill lokali ħarġet matul is-sena 2015? Kemm kien l-ammont allokat għal kull skema? Kemm applikaw kunsilli lokali għal kull skema? Liema kienu l-kunsilli lokali li ħadu għajnuna minn kull skema u liema kienu dawk li applikaw u ma ħadux f’kull skema? Kemm kien l-ammont totali li ngħata lil kull kunsill lokali f’kull skema u għal liema proġetti jew inizjattivi? Kemm hu l-ammont li sal-lum tħallas lil kull kunsill lokali f’kull każ u f’kull skema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi matul is-sena 2015 ħarġu seba’ sejħiet ta’ skemi għall-Kunsilli Lokali li kienu dawn :
Memo 5/2015
- Ghajnuna Finanzjarja ghall-Korsijiet Lifelong Learning 2015-16 : Ammont allokat kien ta’ €20,000.
Applikaw 14-il Kunsill Lokali u Regjun Lokali u bbenefikaw 11-il Kunsill Lokali.
Memo 10/2015
- Għajnuna lill-Kunsilli Lokali li ghandhom responsabilta ta’ librerija lokali : Ammont allokat kien ta’ €35,000.
Applikaw 46-il Kunsill Lokali u bbenefikaw kollha.
Memo 11/2015
– Finanzjament ta’ Restawr ghall-Postijiet Storiċi : Ammont allokat huwa maħruġ mis-Sezzjoni responsabli għar-Restawr taħt l-istess Ministeru.
Applikaw 36-il Kunsill Lokali biss u bbenefikaw ħamsa.
Memo 22/2015
- Inizjattivi ta’ Attivitajiet Kulturali Ghax-Xahar ta’ Dicembru 2015 : Ammont allokat kien ta’ € 75,000.
Applikaw b’34 applikazzjoni, kollha minn Kunsilli Lokali u bbenefikaw 14.
Memo 30/2015
- Inizjattivi ta’ Attivitajiet Kulturali Ghas-sena 2016 : Ammont allokat kien ta’ €175,000.
Applikaw b’108 applikazzjoniji- 97 mill-Kunsilli Lokali, 5 mill-Kumitati Amministrattivi u 6 mir-Regjuni Lokali biss ghadhom ghand il-Bord ta’Evalwazzjoni.
Memo 32/2015
– Espressjoni ta’ Interess ghall-Impjieg ghall-Impjieg ta’ Persuna b’Dizabilita : Ammont allokat kien ta’ €80,000
Applikaw 21-il Kunsill Lokali u Regjun Lokali u ghad irrid jibda l-process ma’ l-ETC.
Accessibity A+ Award
: Ammont allokat kien ta’ €25,000
Applikaw 8 Kunsilli Lokali u Regjun Lokali. Ghadu ghaddej il-process mill-Bord ta’ Evalwazzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għar-rigward dawk l-iskemi li diġa ġew allokati u ċioe: (i) Lifelong Learning (ii) Libreriji Lokali (iii) Restawr ta’ postijiet storiċi u (iv) Attivitajiet Kulturali għax-xahar ta’ Diċembru 2015
Skema Proġetti Kapitali:
Ammont Allokat: €1,000,000*
Kunsilli Lokali li Applikaw:
Ħ’Attard; Ħal Balzan; Birkirkara; Birżebbuġa; Bormla; Il-Fgura; Il-Fontana; Il-Furjana; Il-Gudja; Għajnsielem; L-Għarb; L-Għasri; Il-Ħamrun; L-Iklin; L-Isla; Il-Kalkara; Ta’ Kerċem; Ħal Kirkop; Ħal Lija; Ħal Luqa; Il-Marsa; Marsaxlokk; L-Imdina; Il-Mellieħa; L-Imġarr; Il-Mosta; L-Imqabba; Il-Munxar; In-Nadur; In-Naxxar; Pembroke; Il-Qala; Ħal Qormi; Il-Qrendi; Ir-Rabat (Għawdex); Raħal Ġdid; Ħal Safi; Tas-Sliema; San Ġwann; San Lawrenz; San Pawl il-Baħar; Ta’ Sannat; Santa Venera; Is-Siġġiewi; Is-Swieqi; Tal-Pietà; Ta’ Xbiex; Ix-Xewkija; Ix-Xagħra; Ix-Xgħajra; Il-Belt Valletta; Wied il-Għajn; Ħaż-Żabbar; Iż-Żebbuġ; Ħaż-Żebbuġ; Iż-Żejtun; Iż-Żurrieq.
Il-Kunsilli li mistennija jibbenifikaw minn din l-Iskema:
Birkirkara; Birżebbuġa; Bormla; Il-Fgura; Il-Gudja; Il-Ħamrun; L-Isla; Ta’ Kerċem; Ħal Luqa; Il-Marsa; Marsaxlokk; L-Imġarr; Il-Mosta; L-Imqabba; In-Nadur; Ħal Qormi; Raħal Ġdid; Ħal Safi; Tas-Sliema; San Pawl il-Baħar; Is-Siġġiewi; Ix-Xagħra; Ix-Xewkija; Ix-Xgħajra; Il-Belt Valletta; Wied il-Għajn; Ħaż-Żebbuġ; Iż-Żejtun; Iż-Żurrieq.
Sa issa għadu ma ngħata ebda ammont lill-ebda Kunsill Lokali. Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali qed jistenna r-rapport tal-Awditur Ġenerali wara li l-Oppożizzjoni talbet li ssib inkjesta mill-istess Awditur Ġenerali.
Ko-Finanzjament ta Proġett li applikaw għalihom Fondi Ewropej (Vot 7237):
Ammont ivvutat: €400,000
Kunsill LokaliAmmont Mogħti matul l-2015 (€)
Il-Mellieħa 24,399.36
L-Imdina 3,981.81
L-Imġarr14,620.00
L-Isla25,376.75
Il-Munxar 8,834.05
Ix-Xagħra 21,458.99
In-Nadur28,100.24
L-Għasri2,200.71
Ħa¿-¯ebbuġ 21,107.05
L-Għarb 3,915.10
Il-Belt Valletta 79,148.70
Il-Qala10,435.48
Ħal Qormi 1,661.28
* Stante li din l-iskema tinsab għall-iskrutinju tal-Awditur Ġenerali wara talba tal-Oppozizzjoni, il-Gvern bi prudenza għażel li jiffriża l-ezekuzzjoni tal-iSkema sakemm dan l-iskrutinju jintemm.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — bordijiet tal-appell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali hemm dawn il-Bordijiet ta’ Appell skont it-Tabella hawn taħt.
Dipartiment/Entita
Isem tal-Bord tal-Appell
Liġi (Jekk hu l-każ)
Qrati tal-Ġustizzja (Malta/Għawdex)
Tribunal għal Reviżjoni Amministrattiva li jisma' appelli minn deċiżjonijiet meħuda mill-amministrazzjoni pubblika skont l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva
Kapitolu 490 tal-Liġijiet ta' Malta
Dipartiment għall-Gvern Lokali
Bord tal-appelli dwar sejħiet għall-Offerti maħruġa mill-Kunsilli Lokali
Regolamenti dwar Offerti lill-Kunsilli Lokali (A.L. 255/2009) - S.L. 363.03
Bord tal-Petizzjonijiet
(A.L 414/2005) - L.S.291.04
Bord ta’ Appell dwar l-Iskema ta’ Proġett Kapitali mill-Kunsilli Lokali.
Le
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva ilmenti il-Local Governance Board mill-2010 ‘il hawn? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ilmenti kienu milqugħa u kemm riferuti lura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella li tidher hawn taħt:
Sena
Numru ta’ Każijiet
Każijiet milqugħa
Każijiet Riferuti Lura
2010
21
18
3
2011
40
34
6
2012
32
28
4
2013
19
15
4
2014
23
20
3
2015
19
18
1
TOTAL
154
133
21
Jista’ l-Ministru jgħid kien hemm ilmenti lill-kunsilli lokali a tenur tar-Regolamenti li kienu saru fuq ilmenti li jistgħu jsiru lill-kunsilli lokali (S.L. 363.04) fis-snin 2014 u 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Santa Venera – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità ta’ Santa Venera fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid:
a) fiex kien jikkonsisti;
b) meta sar;
c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u
d) kemm sewa?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill- Kunsill Lokali ta’ Santa Venera matul is-snin 2013, 2014 u 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid meta s-sit tal-Cafè Premier se jgħaddi għand il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li saru diversi laqgħat bejn il-partijiet konċernati li f’dan ir-rigward li kienu pożittivi immens.
Id-Direttorat tar-Restawr, li jaqa’ fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, ngħata l-inkarigu li jgħin lill-Kunsill Lokali sabiex isir dak kollu meħtieġ sabiex dan is-sit jiġi trasformat skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba mill-Kunsill stess. Wara konsultazzjonijiet bejn il-partijiet, id-Direttorat għadu kif għadda pjanti ġodda lill-Kunsill tal-Belt Valletta biex issa jkun f’pożizzjoni li dan jagħmel it-talba formali għad-devoluzzjoni tas-sit de quo.
Nieħu l-opportunita’ li nirringrazzja lill-partijiet kollha tal-koperazzjoni sħiħa li ntweriet mhux l-inqas mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li għarfu, b’għaqal, iżewġu l-ħtiġijiet tagħhom ma’ ċerti ħtiġijiet ta’ aċċess tal-Bibjoteka Nazzjonali sovrastanti.
Il-mira tal-Gvern hi li jsir dak kollu meħtieġ biex il-Kunsill Lokali jibda jopera minn dan is-sit f’din is-sena stess.
Fil-fehma tiegħi, bis-saħħa ta’ dan il-proġett ir-residenti tal-Belt u sa ċertu punt anke nies oħra li jidħlu l-Belt se jaraw titjib importanti fil-mod kif jirċievu numru ta’ servizzi li jkollhom bżonn minn żmien għal żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa lill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat ix-xogħol fuq Triq Dun Xand f’Ta’ Sannat? Kemm kienet l-istima oriġinali skont it-tender u kemm sewa iżjed mill-istima oriġinali dan ix-xogħol li sar mill-kunsill lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat li l-proġett ta’ Triq Dun Xand Aquilina u l-Pjazzetta tax-Xelina ġie jiswa €240,188.65. L-istima oriġinali għal dan il-proġett kienet ta’ €198,817.43, mit-tieni sejħa ta’ Miżura 313 minn Fondi Ewropej, differenza ta’ €41,371.22. Din id-differenza tirriżulta f’ żieda fl-ammont ta’ tappieri li kellhom jinbidlu matul iż-żmien, u resurfacing bit-tarmak ta’ Triq Dun Xand Aquilina biex dan il-wiċċ tat-triq issir kollu u ma jsirx f’biċċiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali f’Għawdex kull xahar, f’Ottubru 2014 u f’Novembru 2014? Jista’ jgħid għall-istess xahrejn, kemm-il siegħa ta’ xogħol kien hemm mill-gwardjani lokali f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali f’Għawdex kull xahar f’Ottubru 2015 u f’Novembru 2015? Jista’ jgħid għall-istess xahrejn, kemm-il siegħa ta’ xogħol kien hemm mill-gwardjani lokali f’Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li f’Għawdex, matul is-sena 2014, fix-xhur ta’ Ottubru ingħataw 1067 ċitazzjoni u f’Novembru inghataw 989 ċitazzjoni mill-Gwardjani Lokali. F’Ottubru 2014 kien hemm 690 siegħa ta’xogħol u f’Novembru 2014 kien hemm 707 siegħa ta’ xogħol.
Matul is-sena 2015 fix-xahar ta’ Ottubru ingħataw 811-il ċitazzjoni u fil-waqt li f’Novembru 2015 ingħataw 788 ċitazzjoni mill-Gwardjani Lokali. F’Ottubru 2015 kien hemm 629 siegħa ta’xogħol u f’Novembru 559 siegħa ta’ xogħol.
Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu, fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-Ministeru tiegħu, inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ drabi li entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali taw lill-kumpanija li isimha jidher separatament, huma s-segwenti:
· Kunsill Malti għall-Arti uża s-servizz tal-kumpanija 9 darbiet minn Marzu 2013 sa Dicembru 2015
· Public Broadcasting Authority uża s-servizz tal-kumpanija darntejn minn Marzu 2013 sa Dicembru 2015
· Id-Direttorat għas- Servizzi Kooperattivi uża s-servizz tal-kumpanija 10 darbiet minn Marzu 2013 sa Dicembru 2015
Każi l-Qorti — Diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali f’kawżi ta’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Qrati li qalbu d-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali f’kawżi tad-drogi minn mindu daħlet ir-riforma sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Minn mindu daħlet ir-riforma sal-lum l-ammont ta’ deċiżjonijiet tal-Qrati li qalbu d-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali f’kawżi tad-drogi huma sitta (6) b'kollox.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif qed titħaddem il-liġi l-ġdida tad-drogi minn mindu daħlet fis-seħħ sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Liġi l-ġdida tad-Drogi li daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ April li għadda hija liġi li mmarkat bidla radikali ta’ kif konna nħarsu mil-lat ta’ ġustizzja lejn min jiġi akkużat b’xi tip ta’ reat marbut mad-droga.
Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li tara li pajjiżna kien minn ta’ quddiem li kellu l-kuraġġ jibdel il-liġi minn waħda li kienet qed tħares lejn il-vittma tat-teħid tad-droga bħala kriminal għal persuna li għandha bżonn l-għajnuna biex toħroġ mill-vizzju.
S’issa għaddew ftit xhur minn mindu din il-liġi daħlet fis-seħħ u r-riżultati jidhru pożittivi.
Kif jaf l-Onor Interpellant, il-liġi tad-Droga, fost affarijiet oħra, ħolqot żewġ istituzzjonijiet ġodda li għandhom l-għan li jgħinu lill-vittma ġenwina tad-droga toħroġ mill-vizzju. L-ewwel istituzzjoni hija t-Tribunal għall-Ġustizzja ppresedut mis-Social Worker Victoria Scicluna li tisma’ każijiet ta’ pussess sempliċi waqt li t-tieni waħda huwa l-Bord għar-Rijabilitazzjoni mid-Droga ppresedut mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello li jisma’ każijiet ta’ pussess aggravat u reati iktar serji riferitu lilu mill-Qorti tal-Maġistrati fil-parametri tal-liġi.
Nibda mit-Tribunal għall-Ġustizzja. Sal-aħħar ta’ Diċembru 2015, ġew ipproċessati 146 każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga għall-ewwel darba quddiem il-Kummissarju Scicluna. Dawn il-kawżi ġew ittrattati fuq mertu ta’ bażi personali fejn is-Sja Scicluna ħadmet kull każ fl-aħjar interess tal-imputat u biex tgħinu mill-aħjar li tista kemm li ma jerġax jaqa fil-vizzju speċjalment meta jkunu għadhom żghar fl-eta’ li jkunu għamlu dan ir-reat bħala frugħa taż-żgħożija . Fil-każijiet fejn bniedem jitressaq quddiemha izda hemm reati ohra pendenti il-Qorti is-Sja Scicluna anke involviet lill-Aġenziji anke seduta stante biex kemm jista jkun jassistu fil-każ immedjatament. Infakkar li jekk bniedem jinstab ħati mill-Kummissarju Scicluna t-tieni darba fi żmien sentejn, dan jiġi riferut lill-Bord immexxi mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello. S’issa ebda persuna għadu ma nstab ħati għat-tieni darba fi żmien sentejn.
Ngħaddi issa għall-Bord ghar-rijabilitazzjoni ta’ persuni li inqabdu bid-droga mmexxi mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello. Dan il-Bord ġie kostitwit minnufih u beda jiffunzjona f’April 2015. Il-Bord iżomm laqgħat regolari, kemm biex jagħti l-kunsens tiegħu biex l-Qorti tal-Maġistrati tikkonverti ruħha f’ qorti tad-droga meta jkun il-każ, kif ukoll biex jisma u jiddelibera x’għandu jsir f’ dawk il-każi li jiġu riferiti lilu mil-qorti tad-droga. Huwa qiegħed f’ kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet governativi li jipprovdu servizzi ta’ rijabilitazzjoni, kif ukoll mal-entitajiet governativi u privati imwaqqfa għal dan il-għan.
Meta ssir talba sabiex il-Qorti tikkonverti f’Qorti dwar id-Droga – u minn dawn it-talbiet jiena informat li saru bl-għexieren tagħhom - il-Qorti tisma’ l-provi miġjuba mill-partijiet, tibgħat kopja tal-atti lill-Bord għar-Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-Droga għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu u tiddeċiedi dwar jekk għandhiex tikkonverti f’Qorti Dwar id-Droga ai termini tal-Artikolu 8 tal-istess Kap. Kemm-il darba l-Qorti hekk tiddeċiedi, tibgħat lill-imputat quddiem l-istess Bord sabiex jirċievi kwalunkwe għajnuna li l-Bord jidhirlu xieraq għar-rijabilitazzjoni tiegħu mill-vizzju tad-droga. Il-Bord sussegwentement jaġġorna lill-Qorti dwar l-andament tal-imputat kull tliet xhur.
S’intendi l-liġi ma titkellimx biss dwar dawn iż-żewġ istituzzjonijiet imma titkellem ukoll dwar tibdil kemm proċedurali u kemm sostantiv fil-qasam imsemmi. Inkun dispost li nagħti l-informazzjoni kollha li jitlobni l-Onor Interpellant dwar dan is-settur tant kruċjali.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma ta’ ŻfinMalta mit-twaqqif tagħha sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kumpanija Nazzjonali taż-Żfin ŻfinMalta mliet vojt li kien ilu jinħass għal ħafna snin. Bis-saħħa ta’ ŻfinMalta isem pajjiżna qed ikun rapprezentat fl-aqwa fora internazzjonali f’dan is-settur waqt li pprovdiet opportunita’ għaż-żeffiena tagħna li jeċċellaw f’din l-espressjoni artistika tant sabiħa.
Mit- twaqqif tiegħu Zfin Malta ħadem f’dawn l-oqsma:
Sħubija ma’ artisti ta’ fama internazzjonali:
· Korjografi ta’ fama internazzjonali: Ivan Perez Aviles u Jose Agudo
· Kompożituri: Vincenzo Lamagna (Londra), Aaron Martin (USA) u Renzo Spiteri (Malta)
· Ħames producers internazzjonali mill-Ingilterra, l-Iskozja, l-Italja, Franza u r-Russja
Sħubija ma’ entitajiet:
· Arts Council England
· Sadlers Wells Theatre (Londra)
· Dancebase (Edinburgh)
· ACE Dance and Music (Birmingham)
· Korzo Theatre (The Hague, Olanda)
· Pusaka (Malażja)
· ICCR (Indja)
· British Council (UK)
Premieres u Performances Lokali:
· Marzu 2015 (MITP u Teatru Astra): Erbgħa(4), mixed bill ta’ erbgħa korjografiji minn erbgħa korjografi differenti. Erbgħa(4) hija parti mill-Malta Showcase.
· Mejju 2015 (Forti Sant Iermu): Stabat Mater, korjografija ta’ Mavin Khoo u mużika tal-kompożitur Malti-Taljan Girolamo Abos.
· Lulju 2015: Stabat Mater, korjografija ta’ Mavin Khoo u mużika tal-kompożitur Malti-Taljan Girolamo Abos. Din iż-żifna fethet serata ta’ żfin f’Dar il-Meditteran mill-kumpanija nazzjonali taż-żfin kontemporanju tal-Korea t’isfel.
· Lulju 2015: performance miż-żeffiena ta’ ŻfinMalta waqt l-eżebizzjoni annwali tal-MCAST.
· Lulju 2015 (Ġonna Botaniċi tal-Argotti): Je Tiens la Reine (korjografija oriġinali ta’ Mavin Khoo, kompożizzjoni originali ta’ Renzo Spiteri u dramaturġija ta’ Giuliana Fenech ikkummissjonata ghall-Malta Arts Festival 2015). Je Tiens la Reine hija parti mill-Malta Showcase.
· Novembru 2015 (Splendid, Valletta): l-apprentisti ħadmu fil-festival taż-ŻiguŻajg f’performance imtella minn Ellipsis Dance bl-isem ta’ Sense.5. Din kienet ukoll parti mill-Malta Showcase.
· Novembru 2015 (Dar il-Meditteran): Ċerimonja tal-ftuħ ta’ CHOGM Malta 2015, korjografija oriġinali ta’ Mavin Khoo.
Tours:
· April 2015: Palestina u Ġerusalem, parti mir-Ramallah Contemporary Dance Festival (RCDF)
· Awissu 2015: Il-Malażja u l-Indja, parti mill-Programm Kulturali Estern taċ-CHOGM Malta 2015
· Novembru 2015: Frankfurt, parti mill-Jiem Kulturali Ewropej tal-BĊE
Education & Outreach:
· Novembru 2014: kollaborazzjoni mal-Universita ta’ Malta (Dance Studies Programme) u Stella Maris College fejn l-apprentisti ħadmu ma’ studenti subien
· Novembru 2014 u Frar 2015: Programm edukattiv ta’ Teatru Manoel, Toi Toi
· Marzu 2015: workshop ġo Għawdex għal żeffiena Maltin u Għawdxin
· Lulju 2015: masterclass relatata mal-premiere ta’ Je Tiens la Reine
· Awissu 2015: workshops u creative residencies fil-Malażja u l-Indja, bħala parti mill-Programm Kulturali Estern taċ-CHOGM Malta 2015.
Research & Development
· Diċembru 2015: workshops f’Birmingham għaż-żeffiena ta’ ŻfinMalta u ACE Dance and Music
Nieħu l-opportunita’ li nirringrazzja lit-tim kollu li jieħu ħsieb din il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin li tant qed tagħmel unur lil pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid bħala medja kemm jittellgħu avvenimenti kulturali kull xahar fil-postijiet artistiċi/kulturali li huma mmexxija mill-Gvern?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-medja ta’ avvenimenti kulturali li ttellgħu fi Pjazza Teatru Rjal ikkalkulata a bażi tas-snin 2014 u 2015 hija ta’ madwar 5 avvenimenti fix-xahar. Minħabba n-natura tal-post l-avvenimenti huma l-aktar ikkonċentrati fix-xhur Mejju-Diċembru. Din il-figura ma tinkludix esebizzjonijiet u installazzjonijiet artistiċi.
Il-medja ta’ avvenimenti kulturali li ttellgħu fit- Teatru Manoel hi ta’ 11 fix-xahar mqassma fuq staġun teatrali ta’ 9 xhur (Ottubru- Mejju).
Madwar 25 avveniment kulturali siru kull xahar fi Spazju Kreattiv. Dawn jinkludu wkoll l-esebizzjonijiet li jdumu bejn wieħed u ieħor 4 ġimgħat mtellgħin għall-wiri.