Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma irrevokabbilment li huma dawk l-applikanti li għandhom il-kwalifiki neċessarji tas-suġġetti fil-livell ordinarju mandatorji li għandhom il-jedd li jissejjħu għall-interview għall-ingaġġ bħala kuntistabbli fil-korp tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proċess ta' reklutaġġ li bħalissa għaddej fil-Korp tal-Pulizija huwa dak kif stipulat fis-sejħa għall-applikazzjonijiet kif pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Lulju 2004, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jwettqu atti mmorali ġewwa l-ġnien tal-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Gżira din is-sena? X'kien ir-reat? Billi jien informat li qed isiru atti oxxeni minn persuni ta' l-istess sess u issa anke qed ikun hemm persuni li jwettqu atti mmorali quddiem tfal fil-play ground, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija biex jinqatgħu dawn l-abbużi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 25 persuna li bejnithom tressqu quddiem il-Qorti 52 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni fl-inħawi tal-Gżira, Ta' Xbiex u l-Imsida, għalkemm l-ebda waħda ma kienet fil-ġnien imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tagħmel ronda fl-inħawi sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm abbużi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Qorti ordnat devjett fuq il-pubblikazzjoni ta' l -isem ta' akkużat din is-sena? X'kien ir-reat f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Billi issa saret moda illi jsiru parties fuq art tal-gvern bħal Paradise Bay, Ħal Far u Ta' Qali, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallsu l-organizzaturi għall-kera ta' l-art matul din is-sena? Fejn u kemm saru minn dawn il-parties fuq art pubblika?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ dawn il-permessi biex isiru parties fuq art tal-gvern:-
(i) Lapsi Park - Għar Lapsi Lm 10
(ii) Paradise Bay - Ċirkewwa Lm200
(iii) Couve Porte - Birgu Lm 75
(iv) Golden Bay Lm 45
(v) Għadira Bay Lm 80
(vi) Għadira Bay Lm500
(vii) Għadira Bay Lm 80
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' hacking ta' computers din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' fejn saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 il-Pulizija kellha sitt rapporti ta' hacking ta' computers. Erba' ġew irrapurtati fil-lokalitajiet ta' Marsascala, il-Pieta', San Ġiljan u l-Mosta, filwaqt li rapport ieħor kien ġej minn sorsi internazzjonali. Kien hemm ukoll rapport ieħor li sar fir-Rabat Għawdex, pero' mill-investigazzjoni irriżulta li kien każ ta' ħsara teknika.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Diċembru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru ta' l-2004 il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 63 każ ta' serq.
Hold up
4
Pick Pocketing
134
Snatch & grab
13
Serq minn dgħajjes
10
Serq ta' dgħajjes
2
Serq ta' karozzi
55
Serq minn karozzi
376
Serq minn residenzi
89
Serq minn barijiet / lukandi
40
Serq minn xtajtiet
1
Serq minn fabbriki
4
Serq minn ħwienet
34
Serq ieħor
236
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Diċembru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Diċembru ta' l-2004 kien hemm 29 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Against morals / honour of family
5
Arson
9
Attempted offences
123
Bodily harm
85
Damage
283
Drugs
7
Forgery
8
Fraud
16
Homicide
1
Illegal immigration
5
Perjury
1
Sexual offences
5
Theft
998
Threats and private violence
12
Violence against public officers
15
Qorti tal-Familja — Talbiet għal separazzjoni personali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irtirati talbiet għal separazzjoni personali fil-qorti tal-familja din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat li n-numru ta' talbiet għal separazzjoni personali li ġew irtirati fil-qorti tal-familja (Malta) din is-sena (sas-16 ta' Diċembru 2004) kien ta' 7, filwaqt li fil-qorti tal-maġistrati (Għawdex) kien ta' 1.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm inqabdu DVD's, videos, diski u cassettes foloz mill-pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar ta' l-2000 u t-30 ta' Novembru ta' l-2004, il-Pulizija qabdet 225, 352, bejn DVD's, videos, CD's u cassettes mhux oriġinali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jsir f'Ta' Qali wara li jinżamm is-suq fil-Ħdud u festi u jkun hemm litteralment miżbla u ħadd ma jnaddaf? Jista' jara li tittieħed azzjoni immedjata peress li dawn huma nħawi li jiffrekwentawhom il-Maltin u t-turisti waqt il-ħin liberu tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond ir-Raba Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363), Ta' Qali huwa eskluż mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli Lokali.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin dan l-aħħar? X'inhuma s-suġġetti mgħallma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm ħdax-il għalliem u ko-ordinatur fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni. Is-suġġetti mgħallma huma s-segwenti:-
Arti u ċeramika/fuħħar, Chess, Computer, Dibattiti kulturali, Sengħa ta' l-elettriku, Ingliż, Taljan, Lifeskills, Malti, Matematika, Filosofija u Spanjol.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xogħol strutturali li għadu għaddej fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jekk iva, fiex jikkonsisti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-uniku xogħol strutturali li qiegħed isir bħalissa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin huwa ta' żewġt kmamar. Dawn qegħdin jinbnew mill-priġunieri u l-impjegati tal-ħabs.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru controlled deliveries ta' droga bis-superviżjoni tal-pulizija skond kif jipprovdi Kap. 101 tal-Liġijiet ta' Malta, f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħossx illi dan it-tagħrif għandu jkun ippublikat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gwardjani li ġew ingaġġati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin dan l-aħħar? Kemm hu t-total issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm erbgħin (40) kadett gwardjan li qegħdin isegwu l-kors għall-gwardjani. Minn dawn huwa maħsub li jiġu mpjegati mhux anqas minn tletin, dejjem jekk itemmu l-kors tagħhom b'suċċess.
Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm mija u wieħed u tmenin gwardjan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid s’issa din is-sena kemm kien hemm każi ta’frodi li tressqu quddiem il-Qorti? X’kienet is-somma totali involuta? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-akbar somma li l-pulizija qed tallega li ġiet iffrodata? Il-każi ta’ frodi qed jiżdiedu? Jista' jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq frodi mill-2000 sena b’sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 101 persuni fuq akkużi ta' frodi, li kif rappurtat globalment jammontaw għal Lm708,588. Mir-rapporti magħmula lill-Pulizija jidher illi l-akbar każ kien jinvolvi s-somma ta' Lm400,000. Infurmat ukoll illi l-persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi ta' frodi mis-sena 2000 kienu hekk:
2000
2001
2002
2003
2004*
60
77
150
130
101
*sa 30.11.04
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet online għal ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mewt minn meta dan sar possibbli, grazzi għall-investiment fl-informatika?
Response (BORG, TONIO)
Applikazzjonijiet on line għal ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mwiet saru possibli mit-23 ta' Jannar ta' l-2003. Ninsab infurmat illi minn din id-data sal-4 ta' Diċembru ta' l-2004, fuq talbiet on line inħarġu total ta' 10,136.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' multiple entry visas li nħarġu lil Libjani biex jidħlu Malta din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Mejju u it-23 ta' Novembru 2004, in-numru ta' multiple entry visas maħruġa lill-persuni ta' nazzjonalita' Libjana kien ta' 1,925.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, jekk huwa possibbli, x'inhu n-numru ta' multiple entry visas li nħarġu mill-Gvern Libjan lil Maltin biex imorru fil-Libja sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li tali nformazzjoni mhix disponibbli peress li dawn jinħarġu mill-awtoritajiet Libjani, mhux Maltin..
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-pulizija għal dħaħen eċċessivi minn vetturi fis-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar ta' l-2001 u l-aħħar ta' Novembru ta' l-2004, il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ħarġet 730 ċitazzjoni lil sewwieqa li kienu qed isuqu vettura li mill-exhaust pipe tagħha kien qed jarmi duħħan eċċessiv.