Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 s'issa ġewx rapportati molestji sesswali bejn is-suldati, u jekk fl-affermattiv x'passi ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn is-snin 2000 u 2004 ma ġewx rapportati molestji sesswali bejn is-suldati.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk bejn l-2000 u l-2004 kienx hemm xi suldati li ġew rapportati li kkommettew atti kriminali u jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn is-snin 2000 u 2004, kien hemm disgħa u ħamsin suldat li tressqu l-qorti akkużati li kkommettew att kriminali. Għoxrin instabu ħatja, sbatax ġew illiberati u quddiem il-qrati għad fadal tnejn u għoxrin każ pendenti. Fost dawk li nstabu ħatja kien hemm sebgħa li ngħataw ‘Twissija Uffiċjali lill-akkużat’ skond l-Att tal-Forzi Armati ta’ Malta ta’ 1970, sitta oħra tkeċċew ‘fl-Interess tas-Servizz’ filwaqt li s-sebgħa l-oħra ma ttieħdux passi minn naħa tal-Forzi Armati ta’ Malta, peress li offiża kienet waħda żgħira. Dan, s’intendi, barra s-sentenza mgħotija mill-qorti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri ta' l-armata li nstabu li ħadu d-droga din is-sena u x'rank kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul din is-sena, cioé l-2004, sa l-aħħar ta’ Settembru, kien hemm erba’ każijiet ta’ membri ta’ l-Armata li nstabu li kienu b’xi mod jew ieħor jabbużaw minn drogi. Ir-rank ta’ dawn il-membri kien ta’ gunner. L-erba’ individwi m’għadhomx aktar membri ta’ l-Armata.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hijiex policy tal-gvern li fis-settur governattiv jiġu mpjegati biss ħaddiema li ġejjin mill-Unjoni Ewropea filwaqt li jiġu rifjutati persuni oħra li jkollhom l-istess kwalifiki u li jkunu ġew approvati minn bordijiet statutorji governattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li impieg fis-Servizz Pubbliku jsir skond il-parametri ta’ eliġibbiltà stabbilita fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet kif maħruġa mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Mill-ewwel ta’ Mejju, 2004 applikazzjonijiet bdew jiġu aċċettati wkoll minn applikanti minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, li jissodisfaw il-parametri stabbiliti tas-sejħa.
Ma neskludix li jista’ jkun hemm każi fejn applikazzjonijiet jinfetħu wkoll għall-persuni li m’humiex mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'kull ministeru, dipartimenti, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. persuni li għalqu l-61 sena? X'inhu l-ħlas f'kull każ u x'perkaċċi qed jieħdu? Kull persuna f'liema ministeru, dipartiment, aġenzija, fondazzjoni, awtorita', eċċ qiegħda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8200 fis-Seduta Numru 176.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern? Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal-karozzi tal-kiri għal multi li huma ħallsu għal karozzi li huma mikrija lill-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8204.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu? Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern? Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8090.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus kull xahar li huma intitolati għalih l-impjegati tal-gvern għal użu tal-mobile phones? Kemm huma l-impjegati li qabżu dan l-ammont mill-2003 sa Settembru 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8211.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7743?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kera li l-Gvern ħallas lill-privat għall-użu ta’ uffiċini/postijiet oħra mikrija lilu jew entitajiet tiegħu huwa kif jidher fil-lista mehmuża.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8090 u 7743 u cioe' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu? Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern? Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8090.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jgħaddi lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi l-opinjoni ta' KPMG dwar jekk il-Gvern Malti huwiex se jkun soġġett li jħallas ċertu ammont ta' taxxa jekk jikri parti minn Dar Malta fi Brussels għal skopijiet kummerċjali? Jista' jgħarraf lill-Kamra nnifisha wkoll bl-opinjoni esperta ta' KPMG?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-prinċipju ġenerali li l-awtoritajiet fiskali Belġjani jużaw f’każ li bini jinxtara minn stat sovran hu li jagħtu eżenzjoni totali mit-taxxa tar-reġistrazzjoni bir-rata ta’ 12½% fuq il-valur kuntrattwali ta’ meta tiġi trasferita l-proprjetà jew il-valur tas-suq jekk dan ikun iktar.
F’każ li parti mill-bini li jkun inxtara jibda jintuża għal skopijiet kummerċjali, il-liġi Belġjana titlob li fuq dik il-parti tal-bini li tinkera tkun trid titħallas din it-taxxa darba biss. Biss, il-Gvern hu nfurmat li ambaxxati ta’ pajjiżi oħra talbu eżenzjoni totali fuq il-bini kollu li xtraw, anke fuq dik il-parti li kienet qed tinkera. Jidher li dawn innegozja ma’ l-awtoritajiet fiskali Belġjani biex l-eżenzjoni tibqa’ tapplika peress li parti mill-bini kienet qed tinkera fuq bażi temporanja sakemm pajjiżhom jiġi bżonn il-bini kollu meta jassumi l-presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern Malti għandu ħsieb li jitlob l-applikazzjoni ta’ dan l-istess preċedent meta jasal iż-żmien biex tinkera xi parti mill-bini.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jgħaddi lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi l-opinjoni ta' KPMG dwar jekk il-Gvern Malti huwiex se jkun soġġett li jħallas ċertu ammont ta' taxxa jekk jikri parti minn Dar Malta fi Brussels għal skopijiet kummerċjali? Jista' jgħarraf lill-Kamra nnifisha wkoll bl-opinjoni esperta ta' KPMG?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-prinċipju ġenerali li l-awtoritajiet fiskali Belġjani jużaw f’każ li bini jinxtara minn stat sovran hu li jagħtu eżenzjoni totali mit-taxxa tar-reġistrazzjoni bir-rata ta’ 12½% fuq il-valur kuntrattwali ta’ meta tiġi trasferita l-proprjetà jew il-valur tas-suq jekk dan ikun iktar.
F’każ li parti mill-bini li jkun inxtara jibda jintuża għal skopijiet kummerċjali, il-liġi Belġjana titlob li fuq dik il-parti tal-bini li tinkera tkun trid titħallas din it-taxxa darba biss. Biss, il-Gvern hu nfurmat li ambaxxati ta’ pajjiżi oħra talbu eżenzjoni totali fuq il-bini kollu li xtraw, anke fuq dik il-parti li kienet qed tinkera. Jidher li dawn innegozjaw ma’ l-awtoritajiet fiskali Belġjani biex l-eżenzjoni tibqa’ tapplika peress li parti mill-bini kienet qed tinkera fuq bażi temporanja sakemm pajjiżhom jiġi bżonn il-bini kollu meta jassumi l-presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern Malti għandu ħsieb li jitlob l-applikazzjoni ta’ dan l-istess preċedent meta jasal iż-żmien biex tinkera xi parti mill-bini.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni dawk il-pustiera li kienu daħlu mal-gvern sa mill-1992 ddaħħlu kollha fi scale 14 u għadhom hekk sal-lum u biex jaqbżu għal scale ieħor iridu jagħmlu l-eżamijiet u dan meta pustiera li daħlu wara ma ġewx imċaħħda minn din il-progression?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti statistika ta': a) il-popolazzjoni attwali; b) persuni li għandhom 18-il sena u fuqhom; c) persuni li għandhom 60 sena u fuqhom; u d) persuni li għandhom 75 sena u fuqhom separatament għal Malta u għal Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.