Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5997 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Jannar u Frar separatament, kemm ingħataw siringi b'xejn mill-kliniċi f'Malta u f'Għawdex? Kemm ingħataw minn kull klinika tas-saħħa? Id-Dipartiment tas-Saħħa għamel xi studju dwar l-idea li tibda skema ta' tibdil ta' siringi? Ma' min saret din il-konsultazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onerevoli Interepellant li t-total ta` siringi li ngħataw b'xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa f'Malta sew lid-drogati u sew lid-dijabetiċi f'Jannar u Frar 1999 hu kif ġej:- Jannar Frar Dijabetiċi Drogati Dijabetiċi Drogati Floriana 1300 900 1100 900 Qormi 4200 2035 4100 1579 Gżira 2675 2600 3275 1300 Paola 9000 4300 7200 3100 Cospicua - 1124 - 1230 Mosta 2250 2249 2250 1492 Rabat - 413 - 448 Postal 100 - 100 - Il-figuri t'Għawdex iridu jintalbu lill-Ministru konċernat. Xi żmien ilu kien hemm kuntatti ma` l-Awtoritajiet tas-Saħħa kompetenti kemm fl-Olanda kif ukoll fi Franza u sar studju lokalment li fih ipparteċipaw is-Sedqa, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, u d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa dwar is-Sistemi li jistgħu jiġu adottati fit-tqassim ta` siringi b'xejn lil dawk l-individwi maħkuma mill-vizzju tad-droga. S'issa għadha ma ntlaħqet l-ebda konklużjoni finali dwar liema sistema jaqbel tiġi adottata.
Leg 9 PQ #4965 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Computer Scanners

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3561 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima? B'riferenza għar-risposta li tani diġa' għal din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid minn liema standing orders toħroġ it-talba tal-validita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-Dipartiment hemm 3 'Scanners' li jinsabu fis-sezzjonijiet kif jidher hawn taħt:- Sezzjoni Mudell Prezz Data tax-Xiri ------------------------------------------------ ------------ Health Information ARTISCAN ZI-1200 Lm248 1996 Health Promotion HP SCAN JET 4p Donazzjoni 1998 D.G.H. LEO Lm95 1998
Leg 9 PQ #4988 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Sudocrem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar San Luqa jeżistix il-cream sudocrem għal bedsores? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Orthopaedic Ward ma jeżistix? Jekk le, x'qiegħed jintuża minfloku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-cream Sudocream għal 'bed sores' ma jintużax fl-Isptar San Luqa. Floku jintużaw creams oħra. L-iktar li jintuża hu Zinc u Castor Oil cream.
Leg 9 PQ #6309 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5219?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tul ix-xahar ta' Frar il-persuna msemmija kienet temporanjament 'posted' fil-Construction and Maintenance Department tal-Works Division. Il-ħinijiet tax-xogħol li jaħdem jintbagħatu lid-Dipartiment tas-Saħħa fuq firma ta' Uffiċċjal inkarigat.
Leg 9 PQ #6311 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-grad u n-numru ta' l-identita' ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li tul Frar, 1999 għamlu aktar minn Lm100 f'overtime? Kemm daħħlu flus f'overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-imformazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #6312 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-grad, in-numra ta' l-identita' u l-ammont ta' flus f'overtime f'kull każ, ta' dawk l-impjegati li fid-dekasteru tiegħu qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime tul Marzu, 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpelllant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6387 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sleep laboratory

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz ta' l-isleep laboratory fl-isptarijiet governattivi? Meta ħarġu t-tenders għas-sleep laboratory?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-apparat tas-'sleep laboratory' diġa ntuża għal każ wieħed urġenti f'kamra attrezzata proviżorjament. Ninsab infurmat li ġiet identifikata kamra biex tkun tista' tintuża bħala sleep laboratory. Qed jiġu identifikati x-xogħolijiet strutturali meħtieġa biex is-servizz ikun jista' jiffunzjona regolarment mingħajr dewmien esaġerat. Is-sejħa għall offerti kienet ġiet ippublikata fl-4 ta' Settembru 1998.
Leg 9 PQ #6121 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema li jiggassjaw l-uċuħ tar-raba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar health impact assessments rigward saħħet il-ħaddiema li jiggasjaw l-uċuħ tar-raba? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jekk le, jista' jikkonsidra li jsiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant lit-Taqsima tas-Saħħa u Sigurta' fuq il- post tax-xogħol taqa' taħt ir-responsabbilita tad-Dipartiment tax-xogħol. L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #6122 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarux health impact assessments rigward l-effett li tħalli l-kimika f'bexx, eċċ fuq saħħet il-bdiewa li japplikaw sabiex ikabbru l-uċuħ tagħhom? Meta saru u x'kienu r-riżultati? Jekk ma sarux, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 6121.
Leg 9 PQ #6302 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi approvazzjoni mill-FMS jew xi ħaddieħor mis-segretarjat jew mid-Dipartiment tas-Saħħa biex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li huwa nkarigat mit-tmexxija tal-garage jagħmel xogħol ieħor barra l-ħin normali tax-xogħol tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma saret l-ebda talba ta' din ix-xorta, la lill-F.M.S. u lanqas lid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #6303 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid verament x'kienet ir-raġuni li wasslu biex jiġi tterminat il-kuntratt tad-disinjaturi Norman and Dawbarn ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq biex minflok ingħata kuntratt b'direct order lill-ħaddiema li qed jibnu l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa dan id-direct order li ngħata lid-disinjaturi l-ġodda wara li ġie tterminat il-kuntratt lid-disinjaturi Norman and Dawbarn li kienu ntgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6305 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Advisors

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentairi numru 3697?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari numru 3969.
Leg 9 PQ #5824 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tfal/adoloxxenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif għandu d-Dipartiment tas-Saħħa dwar problemi li minnhom ibatu tfal u adoloxxenti Maltin u Għawdxin fl-eta' ta' bejn it-3 snin u s-16-il sena? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn il-problemi u mard u kemm hemm tfal f'kull każ li jbatu mill-mard?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Rapporti epidemjoloġiċi 'ad hoc' fuq firxa wiesgħa kif qed jitlob l-Onorevoli, ma jistgħux isiru fi ftit ġranet.
Leg 9 PQ #5825 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Servizz awdjoloġiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jingħataw servizz awdjoloġiku mill-Isptar San Luqa? X'etajiet huma? X'tip ta' servizzi jingħataw? kemm idumu biex jiġu moqdija? Kif inhu meqjus il-kwalita' tas-servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5826 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Servizzi awdjoloġiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf il-kumitat biex jeżamina s-servizzi awdjoloġiċi li jingħataw mill-Isptar San Luqa li ġie mwiegħed lill-Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ f'Novembru li għadda? Min se jkun f'dan il-kumitat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

NInforma l-Onor. Interpellant li l-Kumitat li qed jirreferi għalih inħatar. Dan il-Kumitat Konġunt bejn il-Ministeru tas-Saħħa u l-Għaqda Nazzjonali għat-Tfal u Żgħażagħ neqsin mis-smiegħ hu magħmul kif ġej: Chairperson: Is-Sur Joseph Camilleri (KNPD) Membri: Is-Sur Chris Ripard (NAYD) Ms. Carmen Cascun (Diviżjoni tal-Edukazzjoni) Dr. Anthony Fenech (Diviżjoni tas-Saħħa) Il-ħatra tal-membri tibqa fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1999.
Leg 9 PQ #5827 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni li jbatu minn problemi tad-dahar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rekords għandu d-Dipartiment tas-Saħħa dwar persuni ta' etajiet differenti li jbatu minn problemi tad-dahar? Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif għas-sena 1997 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku dwar it-tip ta' problemi tad-dahar li qed jirreferi għalihom.
Leg 9 PQ #5828 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tfal/adoloxxenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi inizjattivi maħsuba mill-awtoritajiet tas-saħħa biex tqum aktar kuxjenza dwar x'għandu jsir għal stil ta' ħajja sana fost tfal u adoloxxenti ta' bejn it-3 snin u s-16-il sena? Fiex jikkonsistu dawn l-inizjattivi? Meta se jiġu organizzati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm diversi inizjattivi maħsuba mill-Health Promotion Department biex inrawnu fost it-tfal u ż-żgħażagħ il-kunċett ta' stil ta' ħajja aktar b'saħħitha. Sa mill-1995, Malta, permezz tal-Health Promotion Deparment, u bi ftehim bejn il-Ministeru ta l-Edukazzjoni u l-Ministeru tas-Saħħa, ssieħbet fil-European Network of Health Promoting Schools għall-'pilot phase' tal-proġett li dam sejjer tlett snin. Matul dan iż-żmien, ġew imħeġġa jorgannizzaw attivitajiet u jħejju policies biex jgħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ fl-għażla ta' stil ta' ħajja li tgħinhom aktar għal saħħithom. Il-Health Promotion Department f'dan il-perjodu ta l-għajnuna tiegħu f'dik li hi konsulenza għal dan il-proġett, materjal u provvediment ta' esperti li tkellmu fuq diversi suġġetti. Issa li l-'pilot phase' spiċċat, matul is-sena skolastika kurrenti, qed jiġi evalwat il-proġett sabiex insaħħu dak kollu li kien suċċess u jiġu diskussi l-problemi li nqalgħu. Fl-istess ħin qed jiġi ppjanat kif ser nimxu l-quddiem ħalli minn 'pilot phase' ngħaddu għal attivitajiet stabbiliti ta' Health Promotion fl-iskejjel. Fost pjanijiet oħra, hemm il-ħsieb li nħeġġu kemm jista' jkun numru ta' skejjel biex isiru Health Promoting Schools kif ukill il-kunċett ta' Health Promotion jiġi inklus kemm fil-'pre-service training' tat-Teachers, kif ukoll fl-'in-service training'. Huwa maħsub ukoll li jsir 'survey' fuq il-'Health Behaviour' ta ' tfal u adoloxxenti ta' bejn it-3 u s-16 il-sena. Minbarra dan, il-Health Promotion Department jiġi mistieden ġo skejjel regolarment biex esperti fl-oqsma tagħhom jagħtu talks kemm lill-ġenituri kif ukoll lit-tfal. Il-materjal ippublikat mill-Health Promotion Department jintbagħat regolarment lill-iskejjel. Il-Health Promotion Department għandu l-ħsieb ukoll li jippublika materja apposta għat-tfal u ż-żgħażagħ ta' din l-eta'. Hemm il-ħsieb ukoll, imma għalissa għadha fil-fażi embrijonika, li skond kif imwiegħed fil-programm elettorali, tiġi mwaqqfa taqsima ġdida ta' kura għaż-żgħażagħ li tieħu ħsieb problemi li jolqtu lilhom bħall-ikel, mard trasmess sesswalment, stress psikoloġiku fi żmien l-eżamijiet u l-għażla tal-karriera, minbarra d-droga u x-xorb.
Leg 9 PQ #5911 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Clerical Ward Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Settembru, 1998 'il hawn ġewx impjegati kandidati li għaddew mill-eżami tal-Clerical Ward Assistants li sar madwar erba' snin ilu? Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru ta' dawk li ġew impjegati? Kemm minn dawk li ġew impjegati kienu Maltin u kemm kienu Għawdxin ? Jekk saru xi mpjiegi, dawn l-impjiegi kienu temporanji jew permanenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minn Settembru 1998 l-hawn ma' ġew impjegati l-ebda Ward Clerical Assistants, li għaddew mill-eżami erba' snin ilu.
Leg 9 PQ #6296 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Mid-Dipartiment tas-Saħħa, min kienu l-impjegati li marru jaħdmu f'xi segretarjat ta' ministru (inkluż dak tas-saħħa) jew segretarju parlamentari? F'kull każ, jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-I.D. Card number?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' mjegati li mid-Diviżjoni tas-Saħħa marru jaħdmu f'xi segretarjat ta' Ministru (inkluż dak tas-Saħħa) jew Segretarji Parlamentari hu ta' wieħed u għoxrin(21). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tagħhom bl-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #6298 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Festa ta' San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-riċeviment tal-festa ta' San Luqa li sar fis-17 ta' Ottubru, 1998 li għalih kienu mistiedna bosta ħbieb tas-segretarjat? L-ikel tar-riċeviment inħadem f'xi kċina ta' wieħed mill-isptarijiet? Liema sptar kien? Kemm ġie mħallas overtime lill-impjegati fil-kċina biex lestew l-ikel? Kemm tħallsu l-waiters u dawk li kienu qed jieħdu ħsieb it-tqassim kollu ta' l-ikel u x-xorb?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.