Legislature:
Category:
Reset
Active:

Drama Unit — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-impjegati li hemm fid-drama unit? Jista' jispeċifika jekk dawn humiex full-timers jew konsulenti? Jista' jelenka min huma l-membri tal-bord tad-drama unit u jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Drama Unit hi sezzjoni fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Fi ħdan il-Unit hemm Uffiċjal Edukattiv li jmexxi l-Unit. Hemm ukoll Subject Co-ordinator u tmintax-il għalliem regolari. Fil-Unit jaħdmu wkoll instructor III, skrivan, postperson, li qed taħdem b'sigħat imnaqqsa u support worker li tagħmel xogħol ta' tindif. Ma nafx għal liema Bord qed jirreferi l-Interpellant. L-għalliema li jaħdmu f'dan il-Unit huma kollha Regolari u ġew mill-iskejjel qabel ma bdew jaħdmu mad-Drama Unit. Dawn ma jaħdmux fuq bażi ta' kuntratt.

ETC — Biljetti ta' l-Ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ETC fil-fatt xtratx biljetti ta' l-ajru minn aġenziji ta' l-ivvjaġġar privati, kemm swew dawn il-biljetti u f'liema dati nqatgħu? Liema kienet jew kienu l-aġenziji li ntużaw? Tista' din l-informazzjoni tingħata għal dawn l-aħħar sitt snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-aġenziji privati ta' l-ivvjaġar li intużaw nirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija 8856. Dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija kemm swew il-biljetti u fl-liema dati fuq firxa ta' sitt snin, naħseb li l-Onor. Membru japprezza d-diffikulta u l-ħin biex jinġabar dan it-tagħrif.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li sa issa l-ebda dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma għamel stallazzjoni għal riżorsi ta' enerġija alternattiva. Madankollu, fil-bini u l-immodernizzar ta' l-iskejjel qed tibda tiġi konsidrata l-vijabilita' ta' l-użu ta' enerġija solari.

Edukazzjoni — Management

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fir-rank ta' management fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Kemm minn dawn għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom karozza u segretarja jew segretarju?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li hemm sitta u għoxrin (26) ħaddiem fir-rank ta' management fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Għaxra (10) minn dawn il-ħaddiema għandhom karozza għad-dispożizzjoni tagħhom. Informat ukoll dawn il-ħaddiema kollha għandhom magħhom xi skrivan jew skrivana li parti mix-xogħol tagħhom hu dak segretarjali.

Skola San Miguel

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemm huwa n-numru ta' tfal li kienu jmorru fl-iskejjel primarji u kellhom jerġgħu jmorru f'San Miguel minħabba li fl-iskejjel sekondarji m'hemmx faċilitajiet għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm l-ebda każ fejn studenti li jattendu skola tal-gvern kellhom jirritornaw lura għall-iskola San Miguel minħabba nuqqas ta' faċilitajiet. Jekk l-Onor. Membru għandu xi informazzjoni preċiża napprezza li jgħaddihieli.

Skejjel għal Tfal bi Bżonnijiet Speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali? Liema huma? Kemm hu n-numru tat-tfal li jattendu f'kull skola? Kemm huwa n-numru totali ta' impjegati f'kull skola f'kull grad? Kemm hija l-ispiża totali fis-salarji f'kull skola? Kemm hija l-ispiża għat-trasport f'kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub jingħata f'xi Seduta oħra.

Skola San Miguel — Trasport

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għat-trasport tat-tfal li jattendu San Miguel fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u kemm mistennija tkun din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa għat-trasport tat-tfal li jattendu l-iskola San Miguel għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 hija :- Mil 25 ta' Settembru 2000 sa 6 ta' Lulju 2001 Lm14,792.00 Mil 24 ta' Settembru 2001 sa 5 ta' Lulju 2002 Lm15,308.00 Mil 23 ta' Settembru 2002 sa 3 ta' Lulju 2003 Lm14,964.00 Mil 29 ta' Settembru 2003 sa 2 ta' Lulju 2004 Lm15,050.00 Mil 27 ta' Settembru 2000 sa 1 ta' Lulju 2005 Lm23,322.00

Skola San Miguel — Nefqa Kapitali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa kapitali u rikorrenti fl-iskola San Miguel fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, sena b'sena u kemm mistennija tkun din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

In-nefqa kapitali u rikorrenti fl-iskola San Miguel kienet ta : Sena Kapitali Lm 2000 21,451 2001 15,000 + 2,917.84 2002 8,590 2003 12,300 + 44,479.63 2004 11,689 + 74,882.80 Dwar l-ispiża rikorrenti tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru tad-diżimpjieg din is-sena u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa' Settembru 2004 inqatgħu 1,040 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Mill-1,040 persuna, 265 persuna nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 518 persuna irrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 257 persuna irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jirreġistraw illum għax-xogħol u li qatt ma ħadmu? Kemm ilhom jirreġistraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru u li qatt ma ħadmu kien 912. - 458 kienu ilhom jirreġistraw taħt l-20 ġimgħa - 188 kienu ilhom jirreġistraw minn 20 sa 52 ġimgħa - 266 kienu ilhom jirreġistraw minn 53 ġimgħa u 'l fuq.

Universita' — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' studenti li qed jattendu l-Universita' ta' Malta? Jista' il-Ministru jgħid kif huma mqassma fil-korsijiet diversi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li qed jattendu l-Universita' ta' Malta hu 8919. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-korsijiet.

Universita' — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix struttura biex studenti prospettivi ta' l-Universita' jingħataw pariri dwar liema kors ikun adattat għalihom? Jekk iva, kif taħdem is-sistema? Jekk le, wasal iż-żmien li tiġi introdotta?

Response (GALEA, LOUIS)

Fl-Universita’, jeżisti Unit ta’ l-iStudents Advisory Services fi ħdan l-Uffiċju tar-Reġistratur li xogħolu huwa proprju li jaħdem sabiex studenti prospettivi ta' l-Universita’ jingħataw informazzjoni u pariri sabiex dawn ikunu f’pożizzjoni aħjar li jagħzlu liema kors ikun l-aktar addattat għalihom. Ħidma li min-natura tagħha titqassam f’diversi inizzjattivi fosthom: · Tingħata għajnuna personali lil studenti prospettivi li jagħzlu li jiġu f’dan l-uffiċċju sabiex jiġu mogħtija informazzjoni u għajnuna għall- għażla tagħhom. · L-iStudents Advisory Servicesiżur l-iskejjel post sekondarji li jkunu jixtiequ jlaqqgħu l-istudenti biex jingħataw l-ewwel informazzjoni, jistaqsu xi mistoqsijiet filwaqt li jsiru konxji mis-servizzi offruti f’każ li jkunu jixtiequ jagħmlu użu minnhom. · F’kollaborazzjoni mal-Guidance and Counselling Unit tad-Dipartiment ta l-Edukazzjoni qed jiġu organizzati laqgħat għall-istudenti tal- ħames sena tas-sekondarja. Dawn jigu milqugħa fl-Universita’ stess fejn jingħataw ċans jorjentaw ruħhom għal din ir-realta’ filwaqt li jingħataw spjega tat-triq li jridu jimxu mis-sekondarja lejn l-Universita’ u l-punti importanti li jridu jżommu f’moħhom sabiex dan il-proċess iseħħ bl-aħjar mod. · B’mod kontinwu tinġabar u tiġi addattata l-informazzjoni dwar kull kors li tkun qegħda toffri jew ser toffri l-Universita’. L-informazzjoni tkun tinkludi o tagħrif dwar l-istitut/fakulta li joffri il-kors; o il-professjoni li jwasslek għaliha l-kors jekk hu l-każ; o l-oġġettivi tal-kors; o ir-rekwiżiti mitluba biex wieħed ikun jista japplika u o l-istruttura tal-kors. Din imbagħad tiġi disseminatata f’diversi forom sabiex l-istudenti kollha jkunu jistgħu jaċċessawha. Fost affarijiet oħra din l-informazzjoni: o titqiegħed fuq il-websajt http://home.um.edu.mt/sas o titqiegħed fuq cd li titqassam lil kull għalliem tal-guidance u/jew counsellor f’Malta u Għawdex sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu minnha ma' l-istudenti tagħhom. o Tiġi prodotta f’forma ta' leaflet li jitqassam mill-ufficcju. · Regolarment issir riċerka estensiva (Tracer Study) mal-popolazzjoni tal-gradwati biex nifhmu aħjar ir-realta’ li qed jiffaċċjaw wara li jitilqu mill-Universita’. L-informazzjoni tvarja minn karrieri għal indikaturi oħra ta‘ opportunitajiet u kwalita’ ta’ ħajja tal-gradwati minn diversi korsijiet. Din l-informazzjoni hija għodda importanti kemm għall-Universita’ kif ukoll għall-għalliema fl-iskellel sekondarji u post-sekondarji fil-gżejjer Maltin, fejn tiġi mqassma. · Il-Unit qiegħed fil-bidu ta’ proċess sabiex jinħoloq kuntatt akbar ma’ entitajiet f’diversi setturi ta’ l-impjiegi, sabiex student li wasal biex jigradwa ikun aktar espost għad- dinja tax- xogħol.

Kunsill Malti għall-Isport — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport? Kif inhuma mqassma? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom għadhom attivi f'xi sport? Min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal-Mistoqsija numru 7847 għall-ewwel parti tal-mistoqsija. Nixtieq nitlob lill-Membru Interpellant jagħti spegazzjoni ta' x'irid ifisser meta jgħid "attivi f'xi sport".

Skejjel ta' l-Istat — Għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika kemm hemm għalliema ta’ l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel ta’ l-Istat? Kemm minnhom iridu jattendu aktar minn skola waħda? Kemm f' kull każ huma għalliema rġiel u kemm nisa?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li f'din is-sena skolastika (2004/2005) hemm erbgħa u disgħin (94) għalliem ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel ta' l-Istat. Hemm żewġ (2) għalliema li iridu jattendu aktar minn skola waħda. Informat ukoll li hemm tnejn u ħamsin (52) rġiel u wieħed u erbgħin (41) għalliema nisa.

Occupational health & safety unit — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti l-occupational health and safety unit dwar xogħol perikoluż jew ħaddiema jaħdmu mingħajr ilbies protettiv fis-sena 2003 u 2004 (sal-lum)? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2003 daħlu 403 ilment rigward xogħol perikoluż li uħud minnhom kienu jinkludi nuqqas ta' lbies protettiv. Bejn Jannar u Awissu 2004, ġew reġistrati 394 ilment simili. L-ilmenti kollha li ġew reġistrati fit-2003 ġew investigati kollha. Fid-diversi każi, nħarġu ordnijiet sabiex jitwaqqaf ix-xogħol sakemm issir titjib, f'uħud saru rakkomandazzjonijiet, waqt li f'oħrajn hemm proċeduri kriminali pendenti. Fir-rigward ta' lmenti li daħlu matul is-sena 2004, parti sostanzjali minnhom ġew investigati, filwaqt li hemm oħrajn li għadhom qed jiġu nvestigati. Minn dawk li ġew investigati hemm uhud li nħarġulhom diversi ordnijiet, oħrajn rakkomandazzjonijiet fiwaqt li hemm oħrajn li ser jitresqu l-Qorti. Informat ukoll li barra l-ilmenti li ġew investigati mill-Awtorita' saru 161 viżta f'postijiet tax-xogħol oħra matul l-2003 u 185 viżti matul l-2004 (sa l-aħħar ta' Awissu 2004).