Jista' il-Minstru jara kif jagħmel biex juża l-influwenza tiegħu ħalli jitnaqqas it-tiġnis li joriġina mill-Fish Farms fil-bajjiet l-aktar popolari f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu diġa' għamlet ir-rappreżentazzjonijiet tagħha fuq dan is-suġġett.
Stazzjon televiżiv CNN — Reklamar turistiku fuq Malta
Question
Jogħġbu l-Ministru jikkonsidra li jibda jiġi rreklamat turiżmu lejn Malta fuq l-istazzjon CNN, stazzjon segwit minn miljuni kbar ta' nies, ġaladarba dan l-istazzjon qed ixandar ħafna reklami tal-Kroazja u t-Tuneżija li t-tnejn li huma huma kompetituri diretti ta' Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu m'għandhiex pjani biex jibda jiġi rreklamat turiżmu lejn Malta fuq l-istazzjon CNN. L-għażla fejn jidħlu r-reklami ssir skond kemm hu effettiv rigward prezz u target audience.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm host families f'Malta u Għawdex separatament, lokalita' b'lokalita'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li, din is-sena, s'issa hemm 993 applikazzjonijiet li ġew reġistrati bħala 'host families' - 968 f'Malta u 25 f'Għawdex. Applikazzjonijiet oħra għadhom deħlin.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' 'host families' lokalita' b'lokalita'.
B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 250 u r-risposta mogħtija, jikkonferma li fil-proġett tal-White Rocks ser ikun hemm Hotel li takkomoda 1000 sodda, jew dan il-proġett ta' lukanda ġie abbandunat? Jekk abbandunat, biex ser ikun sostitwit?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-proġett tal-White Rocks hu regolat b'Development Brief li nħareġ mill-Gvern. Il-proġett li qed jiġi diskuss bħalissa jinkludi elf sodda. Għalkemm id-diskussjonijiet mhux magħluqa, il-Gvern qed jinsisti li ma jkun hemm ebda tibdil ta' sustanza minn dak li kien indikat fid-Development Brief.
Jista' il-Ministru jgħid kemm l-MTA nefqet flus f'kampanji ta' marketing barra minn Malta fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002? Jista' jgħid ukoll kemm hemm ivvotati fondi għal dan l-iskop għas-sena kurrenti (2003)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lukandi f'Malta u Għawdex u Kemmuna separatament? Jista' jgħid ukoll ta' liema stilel huma dawn il-lukandi, liema huma u f'liema lokalita' jinsabu? Jista' jgħid x'inhi l-kapaċita' tal-beds/sleeping capacity f'kull lukanda?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jogħġbu l-Ministru jgħid kemm studenti ser jiggradwaw mill-Institute for Tourisim Studies fi tmiem din is-sena skolastika?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li jistgħu jiggradwaw mill-I.T.S. fi tmiem din is-sena skolastika hu ta' mitejn u erbatax (214)-il student fil-livell ta' Ċertifikat u tmenin (80) student fil-livell ta' Diploma. Ma' dawn hemm erba' (4) studenti barranin li wkoll jistgħu jiggradwaw.
Ta' min isemmi li mill-istudenti li qed jistudjaw għad-Diploma, hemm tlettax(13) fil-Higher Diploma in Hospitality Management u li jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fit-tielet sena tal-kors BA (Hons) Tourism Studies fl-Universita' ta' Malta.
Jogħġbu il-Ministru jindika kemm-il post ta' irmiġġ ser ikun hemm fil-marina li qed issir ġewwa l-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fil-Marina li qed issir ġewwa l-Kottonera ser ikun hemm 213-il post ta' irmiġġ fuq il-pontoons u 33 post ta' irmiġġ għall-superyachts. Ser ikun hemm ukoll irmiġġi għas-sajjieda u dilettanti tal-lokal.
Possibbli l-Ministeru tat-Turiżmu jara li l-public convenience li hemm fil-craft centre f'Ta' Qali tinfetaħ għax minkejja li ilha mibnija snin, baqgħet dejjem magħluqa bil-konsegwenza li t-turisti li ta' kuljum iżuru dan il-post m'għandhomx aċċess għal public convenience u jkollhom jinqdew fi ħwienet privati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' repeat tourism pajjiż pajjiż, bejn is-snin 1998 u l-2002 sena b'sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li statistika uffiċjali rigward 'repeat visits' mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ma teżistix.
Permezz ta' sample survey li jitwettaq mid-Diviżjoni 'Strategic Planning and Research' ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu joħorġu ċ-ċifri li kopja tagħhom qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proġett turistiku tal-White Rocks? Kemm ser iżid in-numru ta' sodod għat-turisti meta jitlesta dan il-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li rigward l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' dan il-proġett, il-MEPA waslet biex tikkondkludi l-evalwazzjoni tagħha fuq ir-rapport sottomess mill-iżviluppaturi skond it-terms ta' l-E.I.S. (Environmental Impact Statement). Il-konklużjonijiet għandhom sussegwentement jitilgħu quddiem il-Bord tal-MEPA għall-approvazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-iżvilupp.
Il-proġett jipproponi żvilupp li jinkludi elf sodda.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kien hemm impjegati reġistrati fl-MTA fil-31 ta' Marzu, 2003?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' impjegati reġistrati fl-M.T.A. fil-31 ta' Marzu 2003, kien kif ġej:
147 Impegati Lokali
7 Residenti barra minn Malta
38 Istitut għall-Istudji Turistiċi (Staff Akkademiku)
Il-Malta Tourism Authority għandha wkoll lista ta' 102 persuni li joffru s-servizz tagħhom meta l-M.T.A. torganizza events, bħall-'In Guardia' u enactments storiċi oħra.