Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6220 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Bormla u l-Imtarfa – servizzi ta’ saħħa mentali fil-kliniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħalqu jew jitnaqqsu s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità fil-kliniċi ta’ Bormla u l-Imtarfa? Jekk iva, x’servizzi se jonqsu u x’servizzi se jitħallew?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa ma għandu l-ebda ħsieb li jingħalqu jew jitnaqqsu s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità fil-kliniċi, anzi huwa l-ħsieb ta’ dan il-Gvern li jkompli jsaħħah dawn is-servizzi.
Leg 12 PQ #6226 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

milk of magnesia

Question

Jista' l-Minsitru jikkonferma jekk il-milk of magnesia ġiex irtirat mis-suq?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-CPSU jixtri ‘magnesium hydroxide mixture’ però mhux tad-ditta ‘milk of magnesia’ .
Leg 12 PQ #5744 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għax- xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
Leg 12 PQ #5761 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5762 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' lmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, f’Settembru u Ottubru 2013, kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5763 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji – mediċini skaduti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), xahar b’xahar, f’Settembru u Ottubru 2013 u kemm kienet tiswa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mediċina li tkun skadiet f’kull spiżerija fil-kommunita’ li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) kif ukoll dik li tkun inġabret minħabba f’xi ħsara li tkun ġarbet, xahar b’xahar, bejn Settembru u Ottubru 2013 hija kif gej: Numru ta’ Spizeriji li bhalissa qed jippartecipaw fl-Iskema tal-POYC Settembru 2013 Ottubru 2013 Grand Total 213 1,238.72 10,745.75 11,984.47 Ta’ min jgħid li l-figuri jirriflettu l-mediċina li tkun inġabret fil-perijodu imsemmi. Din il-figura tirraprezenta 250-il tip ta’ mediċina differenti u tammonta għal 0.42% tal-istock li kien mqassam lill-pubbliku minn dawn l-ispiżeriji għall-istess perjodu
Leg 12 PQ #5764 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — House visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa bejn f’Settembru u Ottubru 2013 xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’Settembru saru 1,023 u f’Ottubru saru 1,102 il-House Visit. House Visits li saru bejn Settembru u Ottubru 2013 Ċentru tas-Saħħa Settembru Ottubru Furjana 237 296 Gżira 131 99 Qormi 67 80 Mosta 299 295 B'kara* - - Rabat 50 52 Raħal Ġdid 218 238 Bormla 21 42 Il- House Visits ta’ B’Kara jsiru miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Leg 12 PQ #5765 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f`kull ċentru tas-saħħa , xahar b’xahar, f’Settembru u Ottubru 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa fil-Kura Primarja ma jżommx statistika ta’ kemm nies jiġu riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Numru ta’ Pażjenti li marru iċ-Ċentri tas-Saħħa Settembru Ottubru Furjana 15345 16281 Gżira 9159 7140 Rabat 9285 10339 Hal-Qormi 10581 11199 Bormla 6658 7531 Raħal Ġdid 20437 23870 Mosta 20480 22003 B'kara 6809 8036
Leg 12 PQ #5766 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – listi ta’ stennija għal operazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perijodi li ġejjin: a) Anqas minn tliet xhur; b) 3 u sitt xhur; ċ) 7 u 12-il xahar; d) 13 u 24 xahar; e) 25 u 36 xahar; u f) aktar minn 36 xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5755 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn f’Settembru u Ottubru 2013, kategorija b`kategorija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’ Settembru 2013, kategorija b`kategorija, kienu bħal ma jidher hawn taħt. Ta’ min jinnota li l-istatistika għax-xahar ta’ Ottubru m’ hijiex disponibbli f’dan il-mument peress li għadha qed tiġi ipproċessata. September 2013 Bupa Hospital Category CMO Major+ Major Inter Minor Unknown Total No. of procedures 148 375 510 1494 1364 8 3899
Leg 12 PQ #5756 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn f’Settembru u Ottubru 2013, konsulent b’konsulent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’ Settembru 2013, dipartiment b’dipartiment li jammonta għal 3899. Ta’ min jinnota li l-istatistika għax-xahar ta’ Ottubru m’ hijiex disponibbli f’dan il-mument peress li għadha qed tiġi pproċessata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ operazzjonijiet li saru fix-xahar ta’ Settembru 2013.
Leg 12 PQ #5757 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti fuq stretcher

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, f’Settembru u Ottubru 2013? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5758 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta f’Settembru u Ottubru 2013? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5759 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija nazzjonali kontra l-obeżità — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar f’Settembru u Ottubru 2013 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Ministeru qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obeżita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-ħajja”. Il-Ministeru qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Isir ukoll xogħol ma’ professjonisti mill-qasam tal-edukazzjoni u l-universita biex tfal u studenti ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiżiku. Infurmat ukoll li d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-mard jorganizza klassijiet tal-aerobika u klassijiet tal- “weight management”. F’dawn ix-xhur bbenifikaw 514 persuna minn dan is-servizz. Ġiet mwaqqfa klinika ġewwa B’Kara mid-Dipartiment għall-Kura Primarja flimkien ma’ l-assoċjazzjoni tad- Down’s Syndrome . F’din il-klinika jsir eżami ħolistiku u testijiet dwar il-piż għall-Down’s Syndrome 'il fuq minn 16-il sena. Dawk li għandhom piż żejjed jiġu rreferuti lid- dietician għall-għajnuna. Il-membri tad- Direttorat ipparteċipaw fuq bażi regolari f’ programmi fuq ir-radju u t-televiszjoni. Fuq ir-radju inkunu fuq programmi f’medja ta' ħames darbiet fil-ġimgħa fuq l-akbar stazzjonijiet kif ukoll ħadu sehem f’attivitajiet ta ‘ outreach’ fil-kommunita fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2013 bil-għan li n-nies ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l-importanza ta’ l-eżerċizzju fiżiku.
Leg 12 PQ #5760 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

pjan nazzjonali tal-kanċer — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar f’Settembru u Ottubru 2013 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l- Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont action plan li kien approvat qabel mal-pjan kien mniedi fl-2011. F’Settembru u Ottubru 2013: 1. Tkomplew il-preparamenti sabiex tiġi delegazzjoni minn Franza biex tagħmel evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer hekk kif qed joqrob iż-żmien tal-mid-term tiegħu. Dawn l-esperti se jkunu Malta bejn il-19-20 ta’ Novembru. 2. Il-programm nazzjonali tal-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira li kien tnieda tard fl-2012 beda joppera b’mod regolari fl-2013. Sal-aħħar ta’Settembru ġew mistiedna kważi 14,000 persuna biex jipparteċipaw fil-programm u 40% minhom aċċetaw din l-istedina li minnhom instabu 15-il każ ta’ Kanċer tal-għonq tal-utru. 3. Il-programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq tal-utru permezz ta’ tilqim ta’ kontra l-infezzjonijiet tal-Human Papilloma virus (HPV) mixi tajjeb. Tfajliet mwielda fl-2000 u 2001 qegħdin jiġu mistiedna sabiex jattendu għal dan it-tilqim li qed jingħata mid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Medja ta’ 'l fuq minn 80% tat-tfajliet mistiedna qegħdin jilqgħu l-istedina u jmorru għat-tilqima. 4. L-istallazzjoni ta’ PET/CT scanner fl-Isptar Mater Dei tlestit. Dan l-apparat il-ġdid beda jopera.
Leg 12 PQ #5749 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
Leg 12 PQ #5750 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Xiri ta’ prodotti farmaċewtiċi – flus dovuti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Ottubru 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5751 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Ottubru 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5751 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Ottubru 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5752 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, f’Settembru u Ottubru 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Settembru kien ta’2123 u Ottubru kien ta’ 1955. Id-dettalji jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma liema kategorija il-pażjenti ddaħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza, minn fejn ġew referuti, l-attendenzi u kemm minnhom iddaħħlu l-isptar.