Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ vjolenza domestika, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk:
2008
2009
2010
2011
2012
752
651
720
101
732
Infurmat ukoll illi t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma jinzammx taħt forma ta’ statistika.
(Ara dokument Nru 596 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 28 tat-Tnejn, 10 ta' Ġunju 2013)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ logħob illegali, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ logħob illegali matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk:
2008
2009
2010
2011
2012
65
31
44
41
38
Infurmat ukoll illi t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ money laundering jew reati simili, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija b’konnessjoni ma’ money laundering matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk:
2008
2009
2010
2011
2012
2
10
8
7
1
Il-lokalitajiet li fihom kienu residenti dawn il-persuni kienu jinkludu: Attard, Buġibba, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħamrun, Luqa, Mosta, Marsaskala, Naxxar, Sliema, Siġġiewi, San Pawl il-Baħar, San Ġwann, Żabbar, kif ukoll l-Olanda, Spanja u il-Ġermanja
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex iż-żewġ persuni mir-Renju Unit u li joqgħodu f’Malta li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, legalment qegħdin jiġu rifjutati milli jbiddlu l-indirizz tal-karti tal-identità tagħhom wara li huma biddlu l-indirizz tar-residenza tagħhom f’Malta u qed jgħidulhom li dan minħabba dawn jagħlqu f’Novembru 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif jidher fl-Avviz għall-iStampa tas-26 ta' Diċembru 2012, (anness), l-Uffiċċju Elettorali, mill-1 ta' Jannar 2013, ma baqax jaqdi l-funzjoni marbuta ma' pproċessar ta' applikazzjoni u ħruġ ta' dokumenti ta' identità għal kull min mhux ta' ċittadinanza Maltija.
Din il-funzjoni issa hija r-responsabbiltà tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates. Għalhekk dawn il-persuni huma mitluba biex jagħmlu applikazzjoni lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates sabiex jinħarġilhom id-dokument ta’residenza u identità.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar is-suġġett tal-allegati arretrati li huma allegatament dovuti lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bħala sahra, suġġet li kien tqajjem kemm-il darba mill-Partit Laburista fix-xhur li għaddew u li l-Partit Laburista kien wiegħed li, kemm-il darba jkun fil-Gvern, jitħallsu u kienet issemmiet ċifra ta' għexieren ta' miljuni ta' ewro?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru taħdidiet mal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta kif inhi maħtura sal-lum bil-għan li jintlaħaq ftehim ġust għal partijiet kollha involuti.
Minsiteru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Nefqa għall-użu ta' mobiles
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant in-nefqa tal-Ministeru għall-użu tal-mobiles kollha tas-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienet ta’ €2,464.74.
Ma kien hemm l-ebda nefqa għall-użu tal-mobile tal-Ministru fil-perijodu indikat peress li kien irriżenja fit-30 ta’ Mejju 2012.
Jista' l-Ministru jikkomferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġie impjegat mal-Public Broadcasting Services (PBS) bħala Head of Drama? Jista' jgħid jekk saritx sejħa biex jimtela' dan il-post u jekk iva, jista' jindika hekk kenitx interna jew pubblika ? Jista jgħid x'salarju annwali qed jitħallas?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Frederick Testa m’huwiex impjegat mal-PBS, iżda ġie ingaġġat fuq bażi ta’ “contract for service” fuq proġetti speċifiċi għal perijodu ta’ 12-il xahar b’remunerazzjoni ta’ €2,350 fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha li ddaħlet fis-seħħ il-Freedom of Information Act, kemm-il talba kien hemm min-naħa tal-mezzi tax-xandir, fejn fiha ġiet rikjesta informazzjoni taħt din l-liġi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk:
a) teżistix
policy
dwar
reinstatement
ta' pulizija;
b) jekk iva, x'inhi tali policy ta' reinstatement; u
ċ) jekk m' hemmx tali policy, hemm il-ħsieb li din issir fil-futur qarib?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji interni tar-reinstatements fil-Korp tal-Pulizija huma:
a) li ma jkunux ilhom li telqu mill-Korp iktar minn għaxar snin;
b) li jkunu taħt il-55 sena;
ċ) li ma jkunux instabu ħatja ta’ xi reat kriminali;
d) li ma jkunux instabu ħatja ta’ reat serju mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku;
e) li ma jkunux ġew assoġġettati għal dixxiplina interna aktar minn darba kull sena u aktar minn għaxar darbiet b’kollox matul il-perijodu li jkunu għamlu fil-Korp: u
f) li jkunu medikament b’saħħithom.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra:
a) kemm ġew
reinstate
d
pulizija sena b'sena, fis-snin 1999 sal-2012;
b) f'liema grad kienu dawk li ġew reinstated sena b'sena fis-snin 1999 sal-2012; u
ċ) kemm minn dawn il-pulizija li ġew reinstated, kienu nisa u kemm kienu irġiel u dawn sena b'sena fis-snin 1999 sal-2012?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw maħfriet Presidenzjali matul din il-Presidenza u kemm f`dik ta’ qabilha?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ingħataw 40 maħfriet Presidenzjali matul il-Presidenza (2009-2013) attwali ta’ l-E.T. Dr George Abela u 276 maħfriet Presidenzjali matul il-Presidenza preċedenti (2004-2008) ta’ l-E.T. Dr Edward Fenech Adami.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm kawżi pendenti quddiem is-sezzjonijiet kollha tal-qrati ta' Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-istess sezzjonijiet tal-Qorti ta' Għawdex fl-aħħar ta' April 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — prekawzjoni kontra t-tixrid ta' mard infettiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'prekawzjonijiet jittieħdu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fit-trażżin tat-tixrid ta' STIs/STDs u mard infettiv ieħor li jittieħed permezz tas-sess? Teżisti politika ta' projbizzjoni, politika ta' protezzjoni jew it-tnejn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kull meta tkun se ssir xi extended visit bejn priġunier u l-partner dawk li jkunu ġejjin minn barra l-faċilità, jitħallew idaħħlu magħhom priservattivi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ingħata kuntratt wieħed (1) mill-ħdax ta’ Marzu sal-lum mill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.
Isem il-Konsulent/kumpanija/
Partnership
Ix-Xogħol mitlub li jagħmlu
Valur ta’ kull kuntratt
Dr Franco Debono LL.D.
Law Commissioner (Law Revision Act 1980 Chapter 12)
€29,292
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Isem u Kunjom
Kariga
Skala
Ġejjin mis-settur Pubbliku/ Privat
Abdilla Rodnick
Ministry Co-Ordinator
7
Privat
Arnaud Alison
Secretariat Pool
13
Privat
Attard Ramona
Deputy Chief of Staff & Communications Officer
4
Privat
Azzopardi Tony
Secretariat Messenger
14
Privat
Bugeja Lucienne
Private Secretary
5
Privat
Camilleri Joseph
SecretariatOfficer
10
Privat
Cutajar Clint
Customer Care Officer
6
Privat
Debono Christian
Secretariat Officer
10
Privat
Farrugia Emmanuel
Ministry Co-ordinator
7
Privat
Fenech Victor
Secretariat Messenger
14
Privat
Fiorentino Ryan
Asst. Private Secretary
7
Privat
Galea Joseph
Personal Driver/Security
14
Privat
Grech Antione
Secretariat Officer
10
Privat
Magro Paul
Personal Driver/Security
14
Pubbliku
Saguna Alan
Secretariat Officer
10
Privat
Scerri Silvio
Chief of Staff
3
Privat
Zammit Luana
Secretariat Pool
13
Privat
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwieġba u nitolbok tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 335.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kkonsinjati passaporti ġodda u passaporti mġedda bejn l-2001 u l-2010 liċ-ċittadini Maltin minn rappreżentanzi diplomatici jew konsolari Maltin barra minn Malta, sena b'sena u pajjiż b'pajjiż?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati twelid mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta ta' persuni li kienu twieldu barra minn Malta u f'liema pajjiż kienu twieldu, sena b'sena bejn l-2001 u l-2010?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, pajjiż b'pajjiż bejn l-2007 u l-2010, ma' rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta biex persuni jsiru ċittadini Maltin abbażi ta' dixxendenza? Kemm intlaqgħu s'issa minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-istess tribunal fl-aħħar ta' April 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar sena b’sena mill-2005 huwa s-segwenti: