Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-traffic lights li hemm mar-roundabout ta' Regional Road (qrib fejn kien hemm it-tankijiet tal-gass) ilhom ma jaħdmu għal aktar minn ħamest ijiem bil-konsegwenza li qed joħolqu konġestjoni u periklu ta' traffiku speċjalment fir-rush hours?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Gejna nfurmati mill-Parlament li l-Mistoqsija Parlamentari numru 8191 giet irtirata mill-istess Onorevoli Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8015 u għar-risposta relattiva, peress li l-policy ta' l-awtortia' dwar it-trasport ta' Malta ġiet dikjarata bħala abbużiva mill-qorti ta' l-appell fid-19 ta' April 2004, jaqbel il-Ministru li l-policy għandha tinbidel biex taxis ta' sidien Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu Malta bla restrizzjonijiet?
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-parti ta' fuq ta' Triq il-Pitkali, bejn il-ġibjun u l-pitkali fil-limiti ta' Ta' Qali, hijiex se tiġi mogħtija wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Jista' jgħid meta ġew ingaġġati mill-awtorita' dwar it-trasport? Saret sejħa għall-offerti jew il-konsulenza ngħatat b'direct order? Kemm ħallset l-awtorita' dwar it-trasport għal din il-konsulenza sena b'sena?
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jgħid meta kienet impjegata ma' l-awtorita' tat-trasport il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u b'liema proċedura kienet impjegata? Kemm-il promotion ħadet minn dak iż-żmien 'il hawn, f'liema karigi u kemm żdiedet fis-salarju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-persuna imsemmija kienet impjegata f'Lulju 2002 wara li saret sejħa ma' l-ETC. Ħadet promotion waħda dik ta' Training & Development Officer b'żieda f'salarju ta' Lm1515.
Jista' il-Ministru jara li jsir it-tarmac fi Triq il-Madonna tad-Dutrina, f'Ħal Tarxien peress li din taqa' taħt il-gvern ċentrali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw min dan il-programm. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita sejrin imorru jagħmlu survey ta' l-area.
Jista' il-Ministru jara li jsir il-ġibjun u t-tarmac fi Triq Anġlu Mangion, f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw min dan il-programm. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita sejrin imorru jagħmlu survey ta' l-area.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-pjan ta' bieb il-Belt u t-terminus tal-Belt hemmx il-ħsieb li jkun hemm post ippjanat fejn joqogħdu l-karozzini? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk hux se jkun hemm kenn (shelter) għall-istess żwiemel?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-pjan ta' żvilupp, relatat ma' bieb il-Belt u l-venda tal-Belt għalissa jinsab wieqaf.
Rigward shelters għaż-żwiemel, l-Awtorita applikat għal diversi shelters ġewwa l-Belt Valletta mal-MEPA u qegħda preżentament tistenna risposta. Madankollu, f'bieb il-Belt ma jidhirx li hemm post adekwat għall-shelter taż-żwiemel.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fejn jipparkjaw il-coaches tat-turisti fil-Belt Valletta, ftit 'l isfel mit-terminus, isiru bankijiet biex it-turisti jkunu jistgħu jpoġġu fuqhom sakemm jistennew il-coach?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-street furniture, inklużi l-bankijiet jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.
Jien nfurmat ukoll li l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta ma tagħmilx oġġezzjoni jekk ikollha rikjesta sabiex dawn il-bankijiet isiru.
Wara li deher avviż nru. 7 mill-Awtorita' Maltija tat-Trasport li se jsiru xogħlijiet ta' asfaltar tat-toroq fi Triq Aurora, il-Mosta, u dan f'Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru sal-lum dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ir-raġuni għaliex ix-xogħolijiet ta' kostruzzjoni fi Triq Aurora Mosta għadhom ma bdewx hija li l-valur ta' l-orħos tender kien 30 fil-mija għola mill-istima ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport. Wara li l-Awtorita' irrevediet ir-rati tax-xogħolijiet, il-kuntrattur kien mitlub iraħħas l-offerta tiegħu. Kien biss ftit ilu li l-kuntrattur aċċetta li jraħħas it-tender għal livell aċċettabli.
Wara li deher avviż nru. 44 mill-Awtorita' Maltija tat-Trasport dwar il-kostruzzjoni fi Triq il-Waqqafa, fil-Mosta u dan fit-30 ta' Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ir-raġuni għaliex ix-xogħolijiet fi Triq il-Waqqafa Mosta għadhom ma bdewx minkejja li t-tender ħarġet fit-30 ta' Marzu hija li l-valur ta' l-orħos tender kien 38 fil-mija għola mill-istima ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport. Wara li l-Awtorita' irrevediet ir-rati tax-xogħolijiet, il-kuntrattur kien mitlub iraħħas l-offerta tiegħu u jagħti indikazzjonijiet kif ser jorganizza x-xogħolijiet minħabba li hu ġdid għal dan it-tip ta' xogħol. Meta u jekk tintbagħat risposta sodisfaċenti, ix-xogħolijiet ikunu jistgħu jibdew.
Wara li deher avviż nru. 45 dwar kostruzzjoni u formazzjoni ta' Triq l-Alwetta, fil-Mosta u dan fit-30 ta' Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ir-raġuni għaliex ix-xogħolijiet fi Triq l-Alwetta Mosta għadhom ma bdewx minkejja li t-tender ħarġet fir-30 ta' Marzu hija li l-valur ta' l-orħos tender kien 33.6 fil-mija għola mill-istima ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport. Wara li l-Awtorita' irrevediet ir-rati tax-xogħolijiet, il-kuntrattur kien mitlub iraħħas l-offerta tiegħu. Kien biss f'dawn il-ġranet li l-kuntrattur bgħat ir-risposta tiegħu.
Wara li deher avviż nru. 48 dwar twessiegħ ta' Triq il-Mitħna, fil-Mosta u dan fit-30 ta' Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ir-raġuni għaliex ix-xogħolijiet ta' kostruzzjoni fi Triq il-Mitħna Mosta għadhom ma bdewx hija li l-valur ta' l-orħos tender kien 46.3 fil-mija għola mill-istima ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport. Minħabba li l-valur totali tat-tender bir-rati riveduti hija għola minn Lm20,000 din intbagħtet lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-approvazzjoni.
Wara li deher avviż nru. 54 dwar kostruzzjoni ta' Triq il-Barjol, fil-Mosta u dan fit-12 ta' April 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ir-raġuni għaliex ix-xogħolijiet ta' kostruzzjoni fi Triq il-Barjol Mosta għadhom ma bdewx hija li l-valur ta' l-orħos tender kien 30.1 fil-mija għola mill-istima ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport. Wara li l-Awtorita' irrevediet ir-rati tax-xogħolijiet, il-kuntrattur kien mitlub iraħħas l-offerta tiegħu. Kien biss ftit ġimgħat ilu li l-kuntrattur aċċetta li jraħħas it-tender għal livell aċċettabli.